Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: K1/2026

NR 117/2026
Data tal-Ħruġ: 06 ta’ Lulju 2026

Data,Analysis.,Pen,With,Notebook,On,Business,And,Financial,Report.
  • Fl-ewwel kwart tal-2026, il-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit ta’ €339.0 miljun.
  • Meta mqabblin mat-trimestru korrispondenti tal-2025, id-dħul sħiħ żdied bi €42.5 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet b’€296.3 miljun.
  • Fi tmiem l-ewwel kwart tal-2026, id-dejn tal-Gvern Ġenerali kien ta’ €11,457.6 miljun, żieda ta’ €549.3 miljun fuq l-istess żmien fl-2025.
  • Fl-aħħar ta’ Marzu 2026, id-dejn iggarantit mill-Gvern kien ta’ €896.7 miljun, tnaqqis ta’ €81.3 miljun meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2025.

Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: K1/2026

Il-Kontijiet taʼ Kull Tliet Xhur tal-Gvern Ġenerali: K1/2026

NR 117/2026
Data tal-Ħruġ: 06 ta’ Lulju 2026

Fl-ewwel tliet xhur tal-2026, il-Gvern Ġenerali rreġistra defiċit taʼ €339.0 miljun.
Data,Analysis.,Pen,With,Notebook,On,Business,And,Financial,Report.

Il-kontijiet mhux finanzjarji taʼ kull tliet xhur (t/t-4)

Minn Jannar sa Marzu 2026, id-dħul sħiħ kien ta’ €2,002.3 miljuni, li huwa żieda ta’ €42.5 miljun meta mqabbel mal-istess żmien fl-2025. Dan kien ġej l-aktar minn żieda fit-Taxxi fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni (€66.2 miljun), fit-Trasferimenti kapitali riċevibbli (€26.0 miljun), fl-Output tas-suq (€25.5 miljun) u fil-Kontribuzzjonijiet soċjali netti (€14.6-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fit-Taxxi kurrenti fuq id-dħul u l-ġid (€93.7 miljun) u fid-Dħul mill-proprjetà riċevibbli (€1.5 miljun) (Tabella nru 2).

Fl-istess żmien, in-nefqa sħiħa ammontat għall-€2,341.3 miljun, żieda taʼ €296.3 miljun fuq l-istess perjodu fl-2025. L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-Konsum intermedju (€93.3 miljun). Warajha, kien hemm iż-żidiet fil-Benefiċċji soċjali u trasferimenti soċjali mhux monetarji (€66.5 miljun), fil-Kumpens lill-impjegati (€54.4 miljun) u fit-Trasferimenti kurrenti pagabbli (€46.5 miljun). B’kuntrast ma’ dan, kienu rreġistrati tnaqqisiet fit-Trasferimenti kapitali pagabbli (€10.0 miljuni) u fis-Sussidji pagabbli (€2.9 miljuni) (Tabella nru 3).

Saru aġġustamenti lid-data tal-Fond Konsolidat tal-Gvern sabiex din tinqaleb għal sistema taʼ kontabilità bbażata fuq id-dovuti (accruals) u bʼhekk tkun taqbel mal-ħtiġijiet tal-ESA 2010. Fl-ewwel kwart tal-2026, dawn l-aġġustamenti ġabu żieda taʼ €254.7 miljun fid-defiċit tal-Fond Konsolidat, li minn €84.3 miljun telaʼ għal €339.0 miljun (Tabella nru 4).

General Government surplus (+) / deficit (-)

Il-Kontijiet Finanzjarji taʼ Kull Tliet Xhur (t/t-1)

Fl-ewwel kwart tal-2026, kien hemm tnaqqis fit-tranżazzjonijiet finanzjarji tal-assi, l-aktar fil-Munita u d-depożiti (€399.7 miljun), fʼKontijiet oħra riċevibbli (€6.2 miljuni), u fit-Titoli taʼ dejn bʼterminu twil (€4.3 miljuni). B’kuntrast ma’ dan, l-Ishma taʼ fond taʼ investiment żdiedu bʼ€7.8 miljuni (Tabella nru 7).

Meta jitqiesu t-tranżazzjonijiet finanzjarji f’obbligazzjonijiet, l-akbar tnaqqisiet kienu rreġistrati f’Kontijiet oħra pagabbli (€118.6-il miljun) u fit-Titoli taʼ dejn bʼterminu qasir (€44.5 miljun). Min-naħa l-oħra, it-Titoli taʼ dejn bʼterminu twil żdiedu bʼ€94.2 miljun, filwaqt li s-Self bʼterminu twil żdied bi €12.6-il miljun (Tabella nru 8).

Id-Dejn taʼ Kull Tliet Xhur (t/t-4)

Fl-aħħar taʼ Marzu 2026, id-Dejn tal-Gvern Ġenerali kien taʼ €11,457.6 miljun, jew 45.9 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross (PDG)1. Din hija żieda taʼ €549.3 miljun fuq l-istess trimestru tal-2025, li kienet ġejja l-aktar mid-Dejn tal-Gvern Ċentrali li kien jammonta għal €11,455.4 miljun. Il-Munita u d-Depożiti laħqu t-€398.8 miljun, jew €32.6 miljun anqas meta mqabblin mal-aħħar taʼ Marzu 2025. Dan jinkludi l-muniti tal-ewro maħruġa fʼisem it-Teżor, li huma meqjusa bħala piż għall-Gvern Ċentrali, u l-iStokk 62+ ta’ Tifdil tal-Gvern li kienu jġibu l-€286.5 miljun. It-Titoli taʼ dejn bʼterminu twil żdiedu bi €383.6 miljun, filwaqt li t-Titoli taʼ dejn bʼterminu qasir żdiedu bʼ€197.1 miljun. Barra minn hekk, is-Self bʼterminu qasir żdied b’€1.8 miljun, filwaqt li s-Self bʼterminu twil naqas bʼ€0.7 taʼ miljun. Id-dejn tal-Gvern lokali kien ta’ €2.1 miljuni (Tabella nru 11).

Fl-aħħar taʼ Marzu 2026, id-dejn iggarantit mill-Gvern Ġenerali ammonta għal €896.7 miljun, li huwa ekwivalenti għal 3.6 fil-mija tal-PDG1. B’hekk, kien hemm tnaqqis taʼ €81.3 miljun meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2025 (Tabella nru 11).

1 Maħdum fuq is-somma tal-PDG ta’ kull tliet xhur għall-aħħar erba’ kwarti.

Methodological Notes

1. All data in this news release are in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States.

2. General Government Sector (S.13 sector according to the ESA2010 definitions) is made up of the Central Government Sector (S.1311) and the Local Government Sector (S.1313). The Central Government Sector includes the Budgetary Central Government, made up of Government ministries and departments and the Extra Budgetary Units (EBUs).

3. As a general rule, ESA 2010 states that all financial assets and liabilities are to be valued using current market prices on the date to which the balance sheet relates. Changes between opening and closing stocks may also include other economic flows which are not due to financial transactions. The other economic flows are broken down into revaluations in financial assets and liabilities, and other changes in the volume of financial assets and liabilities.

4. The deficit calculated from the non-financial accounts (B.9) should be consistent with the deficit measured from the financial accounts (B.9f) however, differences arise due to different sources and estimations.

5. General Government Debt (Table 11) may not be consistent with the reported government liabilities in the Financial Accounts for General Government (QFAGG) (Table 6). They differ because of the different valuation rules: government liabilities are reported at market value, whereas government debt is reported at nominal value excluding accrued interest. In Table 11, General Government debt is in line with Maastricht debt provisions, at the end of the period indicated. All aggregates are consolidated between the different sub-sectors of General Government. The government guarantees reported in Table 11 are on debt instruments. Government guarantees include guarantees granted by the EBUs but exclude government guarantees provided to EBUs. There are two types of guarantees: one-off (individual and large amounts) and standardised (issued in large numbers, for fairly small amounts and identical terms).

6. The figures for taxes on production and imports are treated differently between the compilation of the GDP and the General Government Sector accounts. In the latter, an adjustment is made for the payment of the EU own resource on import duties.

7. The European Financial Stability Facility (EFSF) was established on 7 June 2010 for the purpose of providing stability support to Euro Area Member States (EAMS). The EFSF finances such support by issuing or entering into bonds, notes, commercial paper, or other financing arrangements. The operations are backed by guarantees of the EAMS on the basis of an agreed ‘adjusted contribution key’. On 27 January 2011, Eurostat decided that the debt issued by the EFSF for each support operation must be rerouted to the public accounts of the EAMS providing guarantees, proportionately to their contribution key. Therefore, the recording of such flows impacts the gross government debt (as defined in the Maastricht Treaty) but not the net debt. In addition, all revenue/expenditure streams (interest, margins and service fees) are recorded in the General Government accounts, resulting in a positive impact on the deficit/surplus of the EAMS.

8. The GDP used in the fiscal ratios is calculated using the sum of the quarterly GDP for the last four quarters. Source of GDP data: News Release 095/2026 dated 28th May 2026.

9. All data in this release should be considered as provisional and therefore subject to revision. Figures may not add up due to rounding.

10. t/t-4 refers to the change over the corresponding quarter in the previous year.
t/t-1 refers to the change over the previous quarter.

11. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.

12. More information relating to this news release may be accessed at:

13. A detailed news release calendar is available online.

14. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

15. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content