Home » L-Indikaturi Ewlenin dwar is-Suq tax-Xogħol: 2017-2022
Daħla
Din l-istqarrija tippreżenta għadd ta’ indikaturi ewlenin li joħorġu mill-Istħarriġ dwar is-Suq tax-Xogħol (LFS), li huwa tiftixa taʼ kull tliet xhur li ssir mal-familji. L-indikaturi ppreżentati jirreferu għaż-żmien taʼ bejn l-2017 u l-2022. Fejn tidħol id-data tal-2022, qiegħda ssir ukoll tqabbila mal-livelli tas-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE 27). L-LFS huwa meqjus bħala wieħed mill-għodod ta’ monitoraġġ l-aktar importanti madwar l-Unjoni Ewropea għall-valutazzjoni tal-progress li sar fir-rati tal-impjiegi u l-kisbiet edukattivi.
Il-popolazzjoni attiva
Matul l-aħħar sitt snin, ir-rata ta’ attività għall-grupp ta’ età bejn il-15 u l-64 sena żdiedet minn 72.2 fil-mija fl-2017 għal 80.0 fil-mija fl-2022. Ir-rata ta’ attività tan-nisa żdiedet bi 12.7 punti perċentwali (Tabella nru 1). Min-naħa l-oħra, is-sehem tal-irġiel fiż-żjieda ġenerali fir-rata ta’ attività kien ta’ 2.8 punti perċentwali bejn l-2017 u l-2022.
L-ogħla rata ta’ attività kienet irreġistrata fost dawk ta’ bejn il-25 u l-54 sena. Bħala medja, minn kull 100 raġel ta’ bejn il-25 u l-54 sena, 96 kienu attivi. Għan-nisa f’dan il-grupp ta’ età, ir-rati ta’ attività rreġistraw żjieda sostanzjali u fil-fatt bejn l-2017 u l-2022, żdiedu bi 11.9 punti perċentwali.
Fl-2022, ir-rata totali ta’ attività nazzjonali (15-64 sena) kienet 5.5 punti perċentwali ogħla minn dik irreġistrata għall-UE 27. Ir-rati ta’ attività nazzjonali kienu ogħla mill-indikaturi tal-UE 27 għall-gruppi ta’ età kollha ħlief għal dawk ta’ bejn il-55 u l-64 sena. Minkejja t-tkabbir konsiderevoli osservat matul l-aħħar sitt snin, ir-rati ta’ attività tal-UE 27 għall-grupp ta’ età bejn il-55 u l-64 sena nstabu li kienu 10 punti perċentwali ogħla mir-rati nazzjonali.
2022
No Data Found
Ix-xogħol
Fl-2022, bħala medja, minn kull 100 persuna ta’ bejn il-15 u l-64 sena, kważi 78 kienu qed jaħdmu. Matul dawn is-snin, ir-rati tal-impjieg tal-irġiel żdiedu b’medja ta’ 0.8 fil-mija fis-sena, filwaqt li r-rati tan-nisa żdiedu bi 2.6 fil-mija fis-sena.
Kemm fl-UE kif ukoll f’Malta r-rata ta’ impjieg għall-irġiel għandha t-tendenza li tkun ogħla mir-rata għan-nisa. Fil-livell nazzjonali, aktar irġiel u nisa għandhom it-tendenza li jkollhom impjieg meta mqabbla mal-medja tal-UE 27. L-akbar differenza ġiet irreġistrata għaż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena bir-rata ta’ impjieg nazzjonali rreġistrata b’51.9 fil-mija meta mqabbla ma’ 34.7 fil-mija għall-UE-27. Min-naħa l-oħra, il-grupp ta’ età bejn il-55 u l-64 sena wera li r-rati ta’ impjieg tal-UE 27 kienu 7.8 punti perċentwali ogħla mir-rati nazzjonali. Minkejja l-fatt li fil-kategoriji kollha tal-età r-rata tal-impjieg kienet qed tiżdied, l-istruttura tal-età ta’ dawk fl-impjieg kienet qed tesperjenza bidliet matul dawn l-aħħar snin. Il-kategorija ż-żgħira kellha żjieda ta’ 4.6 punti perċentwali bejn l-2017 u l-2022, filwaqt li fost dawk ta’ bejn 55 u 64 sena ż-żjieda matul l-istess perjodu kienet ta’ 7.3 punti perċentwali. Matul is-snin ittrattati minn din l-istqarrija, deher tnaqqis fid-disparità bejn is-sessi fl-impjiegi. Dan it-tnaqqis jista’ jiġi attribwit għal għadd ta’ inċentivi li jħeġġu lin-nisa jidħlu jew jibqgħu fis-suq tax-xogħol. Fl-2022, id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi ta’ Malta kienet 2.6 punti perċentwali aktar meta mqabbla mal-livelli tal-UE 27.
Ir-rata ta’ impjieg għall-grupp ta’ bejn l-20 u l-64 sena hija waħda mill-indikaturi ewlenin tal-Ewropa. Iċ-ċifri nazzjonali jindikaw li fl-2022 ir-rata ta’ impjieg għal Malta kienet ta’ 81.1 fil-mija. Ċart nru 2 turi li ż-żjieda fir-rati tal-impjieg hija attribwita l-aktar lin-nisa. It-tkabbir sinifikanti fil-livelli tal-impjiegi għall-persuni fl-età bejn il-55 u l-64 sena ukoll affettwat ż-żjieda fir-rati tal-impjieg.
2012-2022
No Data Found
Tabella nru 3 turi li ż-żjieda fl-impjiegi matul l-aħħar sitt snin kienet ġejja l-aktar mit-tkabbir tas-servizzi. Is-sehem fl-attivitajiet tal-manifattura u tal-agrikoltura baqa’ relattivament l-istess bejn l-2017 u l-2022.
L-impjiegi fil-qasam tas-servizzi żdiedu matul il-perjodu trattat hawn, li jibda minn 54.8 fil-mija fil-2017 u jilħaq it-63.4 fil-mija fl-2022 (Tabella nru 3). Fl-2022, 61.7 fil-mija tal-irġiel kienu jaħdmu fis-servizzi, liema rata hija 1.2 punti perċentwali ogħla mill-medja tal-UE 27. Fl-istess sena, is-sehem tal-impjieg tan-nisa fis-servizzi kien 18.9 punti perċentwali inqas mill-medja tal-UE 27.
Fl-2022, 15 minn kull 100 persuna li kienet qed taħdem kienu jaħdmu għal rashom, 1.2 punti perċentwali ogħla mil-livelli tal-UE 27. Bħala medja, matul l-aħħar sitt snin, l-irġiel li jaħdmu għal rashom ammontaw għal 19.5 fil-mija tat-total tal-irġiel li kellhom xogħol. Min-naħa l-oħra, ir-rati nazzjonali tan-nisa li kienu jaħdmu għal rashom kienu aktar baxxi minn dawk irreġistrati għall-UE 27 (Tabella nru 4).
Bħala medja, matul l-aħħar sitt snin, madwar 12 minn kull 100 ħaddiem kienu qed jaħdmu fuq bażi part-time. Matul l-2022, kważi għoxrin fil-mija tal-ħaddiema nisa f’Malta kellhom dan it-tip ta’ arranġament ta’ xogħol, filwaqt li fl-UE 27, terz tal-ħaddiema nisa kienu mħaddma fuq bażi part-time. Meta mqabbel mal-UE 27, is-sehem nazzjonali tal-ħaddiema part-time kien 7.4 punti perċentwali inqas, b’differenza ta’ 11.2 punti perċentwali aktar baxxa għan-nisa u 3.1 punti perċentwali inqas għall-irġiel (Tabella nru 5).
Il-qgħad
Ir-rati tal-qgħad ilhom jonqsu b’mod kostanti matul l-aħħar snin, madankollu matul l-2022 din ir-rata naqset għal 2.9 fil-mija (Tabella nru 9, Ċart nru 3). Fl-2022, ir-rati tal-qgħad fost l-irġiel u n-nisa kienu ta’ 3.1 u 2.6 fil-mija rispettivament.
Meta mqabblin mal-UE 27, ir-rati nazzjonali għall-2022 kienu aktar baxxi għaż-żewġ sessi u fost il-gruppi kollha ta’ età. L-akbar differenzi bejn il-livelli tal-UE 27 u r-rati nazzjonali kienu madankollu prevalenti fil-kategorija ż-żgħira fejn id-differenza kienet ta’ 3.8 punti perċentwali għall-irġiel u 8.9 punti perċentwali għan-nisa (Tabella nru 9).
2012-2022
No Data Found
Din l-istqarrija tagħti wkoll tagħrif dwar il-proporzjon tal-qgħad fost iż-żgħażagħ li huwa mifhum bħala n-numru ta’ persuni qiegħda ta’ bejn il-15 u l-24 sena bħala perċentwal tal-popolazzjoni kollha fl-istess kategorija ta’ età (Tabella nru 10). Għall-2022, il-proporzjon tal-qgħad fost iż-żgħażagħ kien ta’ 4.7 fil-mija, li huwa 1.2 punti perċentwali inqas mill-medja tal-UE 27. Matul is-snin kollha ttrattati f’din l-istqarrija, il-proporzjonijiet tal-qgħad fost l-irġiel (15-24) kellhom it-tendenza li jkunu ogħla minn dawk irreġistrati għan-nisa. Dan huwa minnu kemm għal Malta kif ukoll għall-UE 27.
L-indikatur tar-rata tan-NEET, li huwa l-proporzjon ta’ żgħażagħ li la jkunu fl-edukazzjoni, la jkunu f’impjieg u lanqas ikunu f’taħriġ, kiseb importanza konsiderevoli fix-xenarju lokali u globali peress li jkejjel il-vulnerabbiltà taż-żgħażagħ. Fl-2022, ir-rata tan-NEET kienet ta’ 7.1 fil-mija; 2.5 punti perċentwali inqas mill-medja tal-UE 27 (Ċart nru 4, Tabella nru 11). Dan juri li f’Malta l-persuni bejn il-15 u l-24 sena huma aktar probabbli li jkunu f’impjieg jew fl-edukazzjoni meta mqabblin ma’ dawk fl-UE.
Għall-2022, ir-rata nazzjonali tal-qgħad fit-tul, li tirrappreżenta l-għadd ta’ persuni li kienu qiegħda għal 12-il xahar jew aktar, kienet ta’ 1.1 fil-mija, li kienet 1.3 punti perċentwali inqas mill-medja tal-UE 27 għall-istess perjodu (Tabella nru 12).
2022
No Data Found
L-edukazzjoni
Fl-2022, ir-rata tal-ELET kienet ta’ 10.1 fil-mija, u rreġistrat tnaqqis ta’ 3.9 punti perċentwali mil-livelli tal-2017. Dan l-indikatur huwa r-rata ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ (ELET). Fl-aħħar sitt snin, ir-rata tal-ELET irreġistrat tnaqqis kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa b’4.6 u 3.1 punti perċentwali, rispettivament. (Tabella nru 13).
Għalkemm il-livelli ta’ Malta għal dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ naqsu b’mod sinifikanti matul is-snin, iċ-ċifri nazzjonali għadhom ogħla meta mqabblin mal-livelli Ewropej tant li r-rata tal-ELET għall-2022 kienet 0.5 punti perċentwali ogħla mill-medja tal-UE 27 (Ċart nru 5).
Sadattant, iċ-ċifri tal-2022 juri li l-għadd ta’ persuni bejn l-20 u l-24 sena li kisbu mill-inqas livell sekondarju għoli ta’ edukazzjoni kien ta’ 87.4 fil-mija, bir-rata nazzjonali tkun 3.8 punti perċentwali ogħla mill-medja tal-UE 27 (Tabella nru 14).
2012-2022
No Data Found
Il-livell tal-ħiliet u t-taħriġ kontinwu tal-popolazzjoni adulta tal-età tax-xogħol fil-kategorija tal-età ta’ bejn il-25 u l-64 sena jitkejlu permezz tal-indikatur tat-tagħlim tul il-ħajja. Kif turi Tabella nru 15, fl-2022 din ir-rata kienet ta’ 12.8 fil-mija, li hija żjieda ta’ 2.2 punti perċentwali fuq il-livelli tal-2017. Il-perċentwal nazzjonali ta’ persuni bejn il-25 u l-64 sena li ħadu xi tagħlim tul il-ħajja kien ogħla mill-medja tal-UE 27 b’0.9 punti perċentwali.
Indikatur ieħor ta’ monitoraġġ tal-edukazzjoni huwa l-kisba ta’ edukazzjoni terzjarja għall-grupp ta’ età bejn it-30 u l-34 sena (Ċart nru 6). F’dan il-grupp ta’ età, kien hemm tendenza dejjem tikber ta’ persuni li jiksbu edukazzjoni terzjarja kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Il-kisba tal-edukazzjoni terzjarja żdiedet b’9.0 punti perċentwali matul l-aħħar sitt snin. Fl-2022, il-kisba tal-edukazzjoni terzjarja kienet ta’ 42.5 fil-mija, kważi daqs il-medja tal-UE 27.
2012-2022
No Data Found
General Note
The Labour Force Survey (LFS) is carried out on an ongoing basis using a quarterly gross sample of 3,200 private households. The objective is to have a continuous assessment of labour market trends given that the reference weeks are evenly spread throughout the 13 weeks of the quarter. One-fourth of the sample is made up of households who have been selected to participate in the LFS for the first time. Three-fourths of the quarterly sample is made up of households who were selected to participate in the survey in previous instances, either one quarter before, one year before, or one year and a quarter before (2-(2)-2). Unless otherwise indicated, figures provided in this release refer to persons aged 15 and over and living in private households during the reference period. All criteria used for this survey match international methodologies used by the International Labour Organisation (ILO).
The LFS is designed to satisfy the concepts and definitions as outlined by Eurostat. This allows the comparability of results with other EU member states and countries following ILO definitions of employment and unemployment. Occupations are classified according to the ISCO-08 classification (International Standard Classification of Occupations) whereas the economic activity is classified according to NACE Rev. 2 (Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes). Education attainment is classified according to ISCED 2011.
Figures for Malta in this release may vary from those present in Eurostat’s database due to a difference in the calculation of annual estimates. The difference is completely due to rounding of figures and not due to the definitions used to calculate the indicators.
Eurostat figures for EU 27 have been extracted from Eurobase on 22nd May 2023.
Concepts and Definitions
1. Labour force
● Activity rate: the number of persons in the labour force falling within a particular age bracket as a percentage of the working population in the same age bracket (15-24, 25-54, 55-64 and 15-64).
● Activity gender gap: the difference in activity rates between males and females for different age groups (15-24, 25-54, 55-64 and 15-64).
2. Education
● Early leavers from education and training rate: the percentage of persons aged 18-24 who achieved secondary education or less (ISCED ≤ 2) and are not pursuing further education or training.
● Lifelong learning rate: the percentage of persons aged 25-64 participating in regular education, or in non-formal training such as courses, seminars and conferences. Students on holiday are considered to be part of the population in lifelong learning.
● Tertiary educational attainment rate: the percentage of persons aged between 30-34 years having achieved at least tertiary level of education (ISCED ≥5).
● Youth educational attainment rate: the percentage of persons aged 20-24 years having achieved at least upper secondary education (ISCED ≥3).
3. Employment
● Employment rate: the number of employed persons falling within a particular age bracket as a percentage of the working population in the same age bracket (15-24, 25-54, 55-64, 15-64 and 20-64).
● Employment gender gap: the difference in employment rates between males and females for different age groups (15-24, 25-54, 55-64, 15-64 and 20-64).
● Employment share in services: the number of employed persons (15-64 years) working in the services sector (NACE Rev 2.0 G to U) as a percentage of the working population in the same age group.
● Average weekly number of hours usually worked per week: the sum of hours usually worked by full-time employees divided by the number of full-time employees. The average excludes persons working variable hours.
● Self-employed: this component is made up of persons who are self-employed with or without employees. The rate is worked out as a percentage of the total employment.
● Type of employment: grouped into full-time employment and part-time employment. For the purpose of this release part-time employment is made up of full-time with reduced hours jobs and part-time jobs. The rate is worked out as a percentage of the total employees.
● Fixed-term contracts: refers to all those persons working with a definite contract or on a temporary basis. The rate is worked out as a percentage of the total employees.
● Time-related under-employment: refers to the number of persons having a main job but willing/wishing to work more than the number of hours currently worked in their job. The rate is worked out as a percentage of the total employment.
4. Unemployment
● Unemployment rate: the number of unemployed persons aged within a particular age bracket as a percentage of the labour force in the same age bracket (15-24, 25-74 and 15-74).
● Youth unemployment ratio: refers to the number of unemployed persons aged 15-24 as a percentage of the total population falling within the same age bracket.
● Not in employment or in education: the number of persons aged 15-24 years not in employment, education or training as a percentage of total persons aged 15-24. This indicator is referred to as the NEET rate.
● Long-term unemployment rate: the number of long-term unemployed (12 months or more) aged 15-74 years as a proportion of the labour force in the same age bracket.
5. More information relating to this news release may be accessed at:
Statistical Concepts
Metadata
NACE Classification
ISCED Classification
6. References to this news release are to be cited appropriately.
7. A detailed news release calendar is available online.