Il-Punti ewlenin
- Meta mqabbel mat-tielet kwart tal-2025, il-fatturat tal-attivitajiet tas-servizzi magħżulin, aġġustat bil-jiem tax-xogħol, żdied bʼ10.1 fil-mija.
- L-akbar żieda kienet irreġistrata fil-kummerċ bl-ingrossa (30.7 fil-mija).
- Meta mqabbel mal-istess kwart tal-2025, in-numru taʼ persuni impjegati, il-pagi u s-salarji gross, u s-sigħat maħduma żdiedu bʼ0.1 fil-mija, bʼ5.3 fil-mija u bʼ1.9 fil-mija, rispettivament.
- Il-fatturat tas-servizzi aġġustat għall-effetti tal-istaġun telaʼ bʼ0.9 fil-mija, bl-akbar żieda seħħet fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (19.0 fil-mija) meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2026.
Il-Kummentarju
Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi żdied bʼ0.9 fil-mija bejn it-tieni kwart u t-tielet kwart tal-2026.
L-akbar żieda fil-fatturat kienet irreġistrata fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (19.0 fil-mija). Wara din, kien hemm it-trasport u l-ħażna (6.9 fil-mija), il-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (4.0 fil-mija), l-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (2.3 fil-mija), u l-kummerċ bl-imnut (0.7 fil-mija). Min-naħa l-oħra, il-fatturat naqas fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi, u tekniċi (3.3 fil-mija), fil-kummerċ bl-ingrossa (2.5 fil-mija), u fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (1.0 fil-mija). Ma kienx irreġistrat tibdil fil-fatturat tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (Tabella nru 1).
Bejn it-tieni u t-tielet kwart tal-2026, in-numru taʼ persuni impjegati żdied bʼ1.1 fil-mija (Tabella nru 3), il-pagi u s-salarji gross telgħu bʼ1.5 fil-mija (Tabella nru 5), u s-sigħat maħduma żdiedu bʼ1.3 fil-mija (Tabella nru 7).
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Matul it-tielet kwart tal-2026, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi rreġistra żieda taʼ 10.1 fil-mija fuq bażi annwali wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol.
Żidiet fil-fatturat kienu rreġistrati fil-kummerċ bl-ingrossa (30.7 fil-mija), fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (20.8 fil-mija), fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (12.7 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (7.5 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (7.4 fil-mija), fil-kummerċ bl-imnut (4.7 fil-mija), fit-trasport u l-ħażna (3.7 fil-mija), u fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni (3.3 fil-mija). Għall-kuntrarju taʼ dawn, kien irreġistrat tnaqqis taʼ 5.0 fil-mija fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi, u tekniċi (Tabella nru 2).
Meta mqabblin mat-tielet kwart tal-2025, l-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 6), u s-sigħat maħduma (Tabella nru 8) żdiedu bʼ0.1 fil-mija, bʼ5.3 fil-mija u bʼ1.9 fil-mija, rispettivament.
Tables
- xlsx Table 1. Services turnover index by period and NACE classification (Seasonally adjusted) 15.94 KB
- xlsx Table 2. Services turnover index by period and NACE classification (Working-day adjusted) 18.75 KB
- xlsx Table 3. Services employment index by period and NACE classification (Seasonally adjusted ) 17.59 KB
- xlsx Table 4. Services employment index by period and NACE classification (Unadjusted) 17.82 KB
- xlsx Table 5. Services gross wages and salaries index by period and NACE classification (Seasonally adjusted ) 19.31 KB
- xlsx Table 6. Services gross wages and salaries index by period and NACE classification (Working-day adjusted) 18.10 KB
- xlsx Table 7. Services hours worked index by period and NACE classification (Seasonally adjusted) 17.54 KB
- xlsx Table 8. Services hours worked index by period and NACE classification (Working-day adjusted) 18.60 KB
- xlsx All Tables 61.46 KB
Methodological Notes
| NACE Section / Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours worked | Gross wages and salaries |
| G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 43.5 | 28.5 | 28.2 | 23.3 |
| G45 | Motor vehicles trade | 2.7 | 2.6 | 2.0 | 1.6 |
| G46 | Wholesale trade | 26.9 | 9.5 | 11.3 | 11.2 |
| G47 | Retail trade | 13.9 | 16.4 | 14.9 | 10.5 |
| H | Transportation and storage | 14.6 | 10.5 | 10.5 | 12.1 |
| I | Accommodation and food service activities | 4.0 | 15.1 | 13.7 | 10.1 |
| J | Information and communication | 15.1 | 8.8 | 9.8 | 15.7 |
| L | Real estate activities | 3.0 | 3.0 | 2.4 | 2.1 |
| M | Professional, scientific, and technical activities | 12.6 | 15.3 | 14.0 | 18.1 |
| N | Administrative and support service activities | 7.2 | 18.8 | 21.4 | 18.6 |
| Total | 100.0 | 100.0 | 100.0 | 100.0 |
10. The calculation of the percentage changes from the indices table may slightly differ from the published percentage changes due to rounding.
11. More information relating to this news release may be accessed at:
12. A detailed news release calendar is available online.
13. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
14. For further assistance send your request through our online request form.
