Home » L-Istatistika tal-Affiljati Barranin: 2022
L-istatistika dwar l-affiljati barranin ta’ kumpaniji fʼMalta (IFATS) tagħti tagħrif dwar l-istruttura ta’ kontroll ta’ intrapriżi li joperaw fl-ekonomija Maltija. Din l-istatistika tikkumplimenta l-Istatistika Strutturali tan-Negozju (SBS) billi tagħti dettalji dwar intrapriżi Maltin li huma kkontrollati minn entitajiet barranin.
Min-naħa l-oħra, l-Istatistika dwar affiljati Maltin taʼ kumpaniji li jinsabu barra minn Malta (OFATS) tiddeskrivi l-attivitajiet ta’ kumpaniji barra mill-pajjiż li huma kkontrollati minn entitajiet residenti fʼMalta. Intrapriża hija kklassifikata bħala ta’ sjieda Maltija jekk aktar minn 50 fil-mija tal-interess ta’ kontroll aħħari tagħha ikun ta’ persuni residenti f’Malta.
Fl-2022, l-intrapriżi fʼMalta kkontrollati minn barra rrappreżentaw 2.8 fil-mija tal-għadd sħiħ ta’ negozji tal-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja ta’ Malta, u żammew l-istess proporzjon tal-2021. L-għadd globali ta’ negozji żdied b’1,951, li minnhom 43 kienu kkontrollati minn barra. L-għadd taʼ Persuni impjegati f’intrapriżi kkontrollati minn barra żdied bi 8.5 fil-mija minn 40,208 fl-2021 għal 43,617 fl-2022.
L-intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż ħallsu €1,652.9 miljun fi Spejjeż tal-benefiċċji tal-impjegati fl-2022, żieda minn €1,447.9 miljun fl-2021. L-intrapriżi kkontrollati minn residenti kkontribwew 56.4 fil-mija tal-Valur miżjud totali, filwaqt li l-intrapriżi kkontrollati minn barra ġġeneraw 43.6 fil-mija, li jindikaw l-impatt sinifikanti tagħhom fuq l-ekonomija Maltija (Tabella nru 1).
No Data Found
Il-prestazzjoni bil-klassi tad-daqs
Meta l-intrapriżi kienu evalwati bil-klassi tad-daqs, intrapriżi mikro u żgħar urew l-akbar zidiet fil-Valur miżjud u l-Qligħ operattiv gross fost l-intrapriżi kkontrollati minn barra meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Il-Valur miżjud għall-intrapriżi mikro żdied b’31.7 fil-mija u b’27.8 fil-mija għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir. Min-naħa l-oħra, l-akbar żieda fl-Investiment gross f’assi tanġibbli mhux kurrenti kienet osservata f’intrapriżi ta’ daqs kbir, li żdiedu minn €574.6 miljun għal €1,533.2 miljun.
Intrapriżi ta’ daqs kbir kellhom irwol dominanti fil-kompożizzjoni ta’ entitajiet ikkontrollati minn barra, li ammontaw għal 70.5 fil-mija tal-Valur miżjud u 59.3 fil-mija tal-Ispejjeż tal-benefiċċji tal-impjegati. Bil-maqlub ta’ dan, l-intrapriżi ta’ daqs mikro, li kienu jiffurmaw 52.6 fil-mija tal-unitajiet tan-negozju kkontrollati minn barra, iġġeneraw biss 2.3 fil-mija u 1.2 fil-mija tal-Valur miżjud u l-Fatturat nett rispettivament (Tabella nru 2).
Ċart nru 2. It-taqsim tal-intrapriżi kkontrollati minn residenti u tal-intrapriżi kkontrollati minn barra fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja, bil-Valur miżjud u l-klassi tad-daqs
L-indikaturi ewlenin fl-oqsma tal-attività
Il-qasam tas-Soluzzjonijiet teknoloġiċi, is-servizzi professjonali u ta’ appoġġ għan-negozju (Taqsimiet tan-NACE J, M u N) kien l-aktar qasam dominanti taħt kontroll barrani, li jammonta għal 58.6 fil-mija tat-total taħt kontroll barrani. Intrapriżi barranin f’dan il-qasam għamlu wkoll l-akbar kontribuzzjonijiet għall-Valur miżjud bi 18.2 fil-mija u l-Qligħ operattiv gross bi 22.6 fil-mija tal-intrapriżi kkontrollati kemm mill-barranin kif ukoll minn residenti Maltin.
L-Attivitajiet tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri (Taqsima tan-NACE R92) urew prestazzjoni mħallta bl-Ispejjeż tal-benefiċċji tal-impjegati għall-intrapriżi kkontrollati minn barra f’dan il-qasam jiżdiedu bi 11.0 fil-mija, filwaqt li l-Valur miżjud jonqos bi 18.4 fil-mija, minn €1,673.6 miljun għal €1,366.1 miljun.
Il-persuni impegjati taħt kontroll barrani kienu l-aktar involuti fil-qasam tas-Soluzzjonijiet teknoloġiċi, is-servizzi professjonali u ta’ appoġġ għan-negozju (Taqsimiet tan-NACE J, M u N) u l-qasam tal-Industrija (Taqsimiet tan-NACE minn B sa E), li jirrappreżentaw 36.1 u 24.2 fil-mija rispettivament (Tabella nru 3).
Ċart nru 3. It-taqsim tal-intrapriżi kkontrollati minn residenti u tal-intrapriżi kkontrollati minn barra fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja Maltija, bil-qasam ta’ attività u varjabbli ewlenin
L-indikaturi ewlenin bir-reġjun ġeografiku
Fl-2022, residenti ta’ pajjiżi Ewropej, inklużi l-istati mhux membri tal-UE, kellhom kontroll fuq 73.7 fil-mija tal-affiljati barranin, bl-Istati Membri tal-UE jkollhom l-akbar sehem ta’ kontroll. Residenti ta’ stati mhux membri tal-UE kellhom kontroll fuq 734 negozju, li jirrappreżentaw 53.3 fil-mija tal-affiljati barranin. Dan juri tnaqqis żgħir ta’ 2.1 fil-mija fis-sehem ta’ kontroll miżmum minn stati mhux membri tal-UE meta mqabbel mas-sena ta’ qabel.
Fost il-kontinenti tal-istati mhux membri tal-UE, l-Ewropa kienet responsabbli għall-ogħla Valur miżjud, b’total ta’ €1,031.1 miljun u rat żieda sinifikanti fl-Investiment gross f’assi tanġibbli mhux kurrenti minn €445.4 miljun għal €1,268.1 miljun. L-Asja kellha €3,512.9-il miljun fil-Fatturat nett fl-2022, li huwa ekwivalenti għal żieda taʼ 83.3 fil-mija fuq l-2021, l-akbar tkabbir għal dan il-varjabbli. L-Ewropa u l-Amerika żammew l-akbar għadd ta’ impjegati b’7,421 u 6,417 rispettivament.
Minkejja li kellhom numru aktar baxx ta’ negozji, intrapriżi kkontrollati minn stati membri tal-UE kellhom l-akbar proporzjon taʼ impjegati li ammontaw għal 22,219 jew 50.9 fil-mija tat-total. Huma ħallsu €829.4 miljun fi Spejjeż tal-benefiċċji tal-impjegati, żieda ta’ 13.0 fil-mija mis-sena ta’ qabel. L-Istati membri tal-UE ġġeneraw 57.0 fil-mija tal-Valur miżjud kollu u 60.4 fil-mija tal-Qligħ operattiv gross, għal €2,851.3 miljun u €2,021.9 miljun rispettivament (Tabella nru 4).
Ċart nru 4. Il-Valur miżjud iġġenerat minn intrapriżi ta’ sidien barranin fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja Maltija, bir-reġjun ġeografiku tas-sjieda
L-indikaturi ewlenin bil-pajjiż
Kemm fl-2022 kif ukoll fl-2021 l-intrapriżi barranin taħt kontroll Svediż kellhom l-ogħla kontribuzzjoni ta’ Valur miżjud fost l-intrapriżi b’kontroll barrani. Filwaqt li intrapriżi kkontrollati minn residenti Svediżi kellhom l-akbar kontribut lejn il-Valur mizjud, l-akbar żieda kienet osservata minn kontroll Żvizzeru, bil-Valur miżjud jitla’ minn €308.3 miljuni għal €555.5 miljun. Min-naħa l-oħra, intrapriżi kkontrollati mir-Renju Unit esperjenzaw l-akbar tnaqqis, bil-Valur miżjud tagħhom jonqos b’31.1 fil-mija. Intrapriżi bil-kontroll fl-Iżvizzera rreġistraw l-aktar żieda sinifikanti fl-Investiment gross f’assi tanġibbli mhux kurrenti, li żdied minn €414.6-il miljun għal €1,240.6 miljun.
Intrapriżi kkontrollati mir-Renju Unit, l-Italja u l-Ġermanja kienu jirrappreżentaw l-ogħla għadd ta’ affiljati barranin f’Malta kemm fl-2022 kif ukoll fl-2021, b’total ta’ 377 u 367 negozju, rispettivament. Intrapriżi kkontrollati mill-Istati Uniti kellhom l-akbar għadd ta’ impjegati fil-livell ta’ 5,860, żieda ta’ 10.5 fil-mija meta mqabbel mal-2021. Warajha kien hemm l-Iżvezja b’5,679 u r-Renju Unit b’4,811-il impjegat (Tabella nru 5).
Ċart nru 5. Intrapriżi kkontrollati minn barra fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja: Fatturat nett, Persuni impjegati, u Valur miżjud (Daqs tal-isfera), bil-pajjiż magħżul
Nota: Il-Valur miżjud u l-Fatturat nett qegħdin f’miljuni tal-ewro.
Affiljati barranin ikkontrollati minn residenti Maltin
Bi preżenza f’51 pajjiż madwar id-dinja, il-Fatturat nett irrappurtat minn affiljati barranin ta’ sidien Maltin kien ta’ €1,403.7 miljuni, żieda ta’ 50.3 fil-mija meta mqabbel mal-2021. Affiljati barranin ikkontrollati minn residenti Maltin iġġeneraw l-aktar il-Fatturat nett tagħhom fil-pajjiżi tal-istati membri tal-UE, li jammonta għal €1,027.0 miljun jew 73.2 fil-mija tat-total. Impjegati li jaħdmu f’affiljati barranin ikkontrollati minn Maltin kienu jinsabu l-aktar fi Stati membri tal-UE, bi 11,918 jew 80.3 fil-mija tat-total, l-aktar f’pajjiżi li ma humiex membri taż-żona tal-ewro (Tabella nru 6).
Fl-2022, il-Fatturat nett iġġenerat minn entitajiet barranin ta’ sidien Maltin fir-Renju Unit żdied b’€70.7 miljun fuq is-sena ta’ qabel. Affiljati barranin ta’ sidien Maltin ħaddmu 14,834 persuna barra minn Malta, żieda ta’ 11.3 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel (Tabella nru 7).
1. Inward Foreign Affiliates Statistics (IFATS) examine the overall activities of foreign-owned enterprises operating in a country. These enterprises are defined as resident companies under the control of a foreign, non-resident institutional unit. This data is essential for evaluating the influence and contribution of foreign affiliates on the Maltese economy. Foreign affiliates statistics are a key instrument for understanding globalisation and its effect on national economies.
2. Outward Foreign Affiliates Statistics (OFATS) cover Maltese-owned enterprises that have at least 50 per cent shareholding in subsidiaries abroad. These statistics analyse the sectoral and geographical position of the affiliates controlled by resident enterprises.
3. The methodology adopted to produce OFATS data is based on a census survey. For 2022, 106 questionnaires were sent. Statistical units are identified based on the information obtained from the data of the preceding year, the Business Register, Research and Innovation Unit and using indicators from the Euro Groups Register (EGR).
4. Variables requested in the OFATS questionnaire are:
● Name of the subsidiaries abroad;
● Country of the subsidiary;
● Percentage shareholding;
● NACE description;
● Total number of Persons employed;
● Total Net turnover.
Two additional variables are requested only from subsidiaries with activity in NACE 85:
● Employee benefits expense;
● Gross investment in tangible non-current assets
5. FATS statistics can be broken down by industry domain, employment size class levels, and by country of ultimate controlling institution (UCI).
6. From reference year 2021, the legal basis for the production of FATS is defined according to the European Business Statistics and refers to Regulation (EU) 2019/2152 of the European Parliament and of the Council and Implementing Regulation (EU) 2020/1197 of the European Commission.
7. IFATS data is based on an existing Structural Business Statistics (SBS) result. IFATS does not involve a separate survey but uses all the units included in SBS to compile its statistics. There are no distinct unique sampling methods specific to IFATS. IFATS data is supplemented with information from past UCIs assigned at micro-level, the EGR and other relevant sources.
8. The NACE classification system used in IFATS is the same as in SBS and can be accessed here. The 2-digit country code is allocated according to ISO 3166-1.
9. Enterprises may change their classification from one year to the other if significant changes occur in their respective NACE or employment.
10. The activity domain names used in this news release are not internationally recognised but were established internally taking into account the respective domestic industry categories, national exigencies and the users’ needs.
11. The geographical classification of the data follows Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1470, which outlines the country and territory nomenclature for European statistics on international trade in goods and the geographical categorisation for other business statistics. The geographical breakdown is based on GEO level 1, referring to foreign-controlled enterprises, and GEO level 3, which covers enterprises abroad that are ultimately controlled by institutional units of the reporting country.
12. Similar to SBS, data in this news release was classified according to the SME classification in the Commission Recommendation 2003/361/EC “definition of micro, small and medium-sized enterprises” adopted by the Commission. The ceilings of this classification were applied to Net turnover and employment only (both criteria must be met by individual statistical units). The balance sheet total ceiling was not applied as such information is not available for statistical units involving self-employed. Users of this news release must appreciate that there is not a single definition of what a SME is. Other SME definitions may be used by other institutions, authors and publications. For instance, Eurostat defines SMEs solely based on the employment within an enterprise.
Company category | Staff headcount | Net turnover |
---|---|---|
Medium | <250 | ≤ €50m |
Small | <50 | ≤ €10m |
Micro | <10 | ≤ €2m |
Companies that do not fall within these categories, i.e. either more than 249 employees or with Net turnover greater than €50 million, are considered as Large.
13. From reference year 2021, the coverage of business activities has been extended, following the implementation of the European Business Statistics (EBS) regulation 2019/2152. Coverage includes Mining and quarrying (B), Manufacturing (C), Electricity, gas, steam and air conditioning supply (D), Water supply, sewerage, waste management and remediation activities (E), Construction (F), Wholesale and retail trade, repair of motor vehicles and motorcycles (G), Transportation and storage (H), Accommodation and food service activities (I), Information and communication(J), Real estate activities (L), Professional, scientific and technical activities (M), Administrative and support service activities (N), Education (P), Human health and social work activities (Q), Arts, entertainment and recreation (R), Repair of computers and personal and household goods (S95) and Other personal service activities (S96). The financial business economy (NACE 64-66) is excluded from this news release.
14. The definitions of statistical concepts surrounding FATS are as follows:
● Foreign affiliate in the framework of FATS is an enterprise resident in one country which is under the control of an institutional unit resident in another country;
● Domestic affiliate refers to an enterprise resident in the compiling country over which a UCI resident in the same compiling country has control;
● Ultimate Controlling Institutional unit of a foreign affiliate (UCI) refers to the institutional unit, proceeding up a foreign affiliate’s chain of control, which is not controlled by another institutional unit;
● Control is the ability to determine the general policy of the affiliate by choosing appropriate directors, if necessary. In this context, enterprise A is deemed to be controlled by an institutional unit B when B controls, whether directly or indirectly, more than half of the shareholders’ voting power or more than half of the shares;
● Indirect control means that an institutional unit may have control through another affiliate which has control over enterprise A.
15. Definitions of the key indicators for FATS (based on the Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1197):
● Net turnover includes total sales and other operating income and is expressed net of VAT;
● Value of output measures the amount actually produced, based on sales, including changes in stocks and neutralising the impact of goods resold in the same condition as purchased;
● Value added is a composite indicator of net operating income, adjusted for depreciation, amortisation and employee benefits, all components being recognised as such by the statistical unit during the reference period;
● Gross operating surplus is the surplus generated by operating activities after the labour factor input has been recompensed. It can be calculated from the Gross value added less the Employee benefits expenses. Simply put, Gross operating surplus is a measure of profitability before accounting for interest, income taxes, depreciation, amortisation, revaluations, provisions and other non-operating expenses;
● Employee benefits expense is defined as the total remuneration, in cash or in kind, payable by an employer to an employee (regular and temporary employees as well as home workers) in return for work done by the latter during the reference period. Employee benefits expenses also include taxes and employees’ social security contributions retained by the unit as well as the employer’s compulsory and voluntary social contributions;
● Gross investment in tangible non-current assets is defined as investment during the reference period in all tangible goods. Included are new and existing tangible capital goods, whether bought from third parties or produced for own use (i.e. capitalised production of tangible capital goods), having a useful life of more than one year including non-produced tangible goods such as land. Investments in intangible and financial assets are excluded;
● Persons employed are people engaged in productive activities in an economy. The concept includes both employees and self-employed (i.e. inclusive of working proprietors, partners and unpaid family workers). The latter category may include persons who do not receive compensation in the form of wages, salaries, fees, gratuities, piecework pay or remuneration in kind. The name used, for this variable by Eurostat in the Eurobase is Number of employees and self-employed persons;
● Number of employees is defined as those persons who work for an employer through a contract of employment and receive compensation in the form of wages, salaries, fees, gratuities, piecework pay or remuneration in kind.
16. In some cases, totals may not match because of rounding.
17. More information relating to this news release may be accessed at:
18. Values available on Eurostat’s database (Eurobase) differ from those in this news release due to the differences in size classification and the inclusion of the financial sector.
19. The data for 2022 in this news release should be considered as provisional and subject to revision. The data for 2021 is final.
20. FATS data is unadjusted and reflects the official data reported by active resident enterprises operating in the non-financial business economy of Malta.
21. A detailed news release calendar is available online.
22. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
23. For further assistance send your request through our online request form.