L-Istatistika tal-Affiljati Barranin: 2023
L-istatistika dwar l-affiljati barranin ta’ kumpaniji fʼMalta (IFATS) tagħti tagħrif dwar l-istruttura ta’ kontroll ta’ intrapriżi li joperaw fl-ekonomija Maltija. Din l-istatistika tikkomplementa l-Istatistika Strutturali tan-Negozju (SBS) billi tagħraf sehem l-intrapriżi taħt kontroll barrani u l-kontribut tagħhom għall-ekonomija domestika.
Min-naħa l-oħra, l-Istatistika dwar affiljati Maltin taʼ kumpaniji li jinsabu barra minn Malta (OFATS) tiddeskrivi l-attivitajiet ta’ kumpaniji barra mill-pajjiż li huma kkontrollati minn entitajiet residenti fʼMalta. Intrapriża tintgħadd bħala ta’ sjieda Maltija jekk aktar minn 50 fil-mija tal-interess ta’ kontroll aħħari tagħha jkun ta’ persuni residenti f’Malta.
Fl-2023, kemm l-intrapriżi kkontrollati minn barra kif ukoll l-intrapriżi kkontrollati minn residenti rreġistraw tkabbir fil-biċċa l-kbira tal-varjabbli ewlenin. L-għadd sħiħ taʼ negozji telaʼ bʼ10.5 fil-mija, iżda l-proporzjon taʼ intrapriżi kkontrollati minn barra niżel għal 2.4 fil-mija tat-total fl-2023, meta mqabbel mat-2.6 fil-mija tal-2022.
Bʼkollox, l-impjiegi fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja ta’ Malta żdiedu bʼ9.7 fil-mija, l-aktar minn intrapriżi kkontrollati minn residenti. L-intrapriżi kkontrollati minn barra wkoll ikkontribwew għal din iż-żieda, bl-impjiegi jiżdiedu bʼ5.4 fil-mija għal 45,020 persuna. L-ispejjeż tal-benefiċċji tal-impjegati mħallsin mill-intrapriżi kkontrollati minn barra żdiedu bʼ€149.8 miljun (9.2 fil-mija), biex laħqu bʼkollox €1,770.3 miljun.
Il-Valur miżjud żdied b’€1,821.9 miljun, u laħaq it-€13,484.9 miljun fl-2023, li jirrifletti żidiet ta’ 17.3 fil-mija mill-intrapriżi kkontrollati minn barra u 14.3 fil-mija mill-intrapriżi kkontrollati minn residenti. B’kuntrast, l-Investiment gross f’assi tanġibbli mhux kurrenti naqas b’39.4 fil-mija, l-aktar minħabba tnaqqis ta’ 60.0 fil-mija fost l-intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż (Tabella nru 1).
Ċart nru 1. Il-varjabbli ewlenin tal-intrapriżi kkontrollati minn residenti u tal-intrapriżi kkontrollati minn barra fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja
Il-prestazzjoni bil-klassi tad-daqs
Fl-2023, l-intrapriżi kkontrollati minn barra wrew prestazzjonijiet imħalltin bi klassijiet tad-daqs differenti. L-intrapriżi kbar kienu l-kontributuri ewliena għat-tkabbir fost l-intrapriżi kkontrollati minn barra, bil-Valur miżjud jiżdied minn €3,688.5 miljun fl-2022 għal €4,671.4 miljun. L-intrapriżi mikro rreġistraw żieda żgħira minn €93.9 miljun għal €103.2 miljuni. Min-naħa l-oħra, l-intrapriżi medji u żgħar irreġistraw tnaqqis taʼ 3.4 fil-mija u 24.0 fil-mija rispettivament.
L-intrapriżi ta’ daqs kbir baqgħu jiddominaw fost l-intrapriżi kkontrollati minn barra, u ammontaw għal 79.1 fil-mija tal-Valur miżjud, 60.6 fil-mija tal-Persuni li jaħdmu, u 61.0 fil-mija tal-Ispejjeż tal-benefiċċji tal-impjegati. Minkejja li kienu jagħmlu mat-53.1 fil-mija tal-unitajiet tan-negozju kkontrollati minn barra, l-intrapriżi ta’ daqs mikro kkontribwew biss 1.7 fil-mija tal-Valur miżjud u 0.9 fil-mija tal-Fatturat nett. Sadattant, l-intrapriżi kkontrollati minn residenti wrew firxa aktar ibbilanċjata fil-Valur miżjud u t-tkabbir fil-klassijiet kollha tad-daqs tal-intrapriżi (Tabella nru 2).
Il-prestazzjoni taʼ intrapriżi żgħar bʼkapitalizzazzjoni medja (SMCs)
Fl-2023, l-għadd ta’ intrapriżi żgħar bʼkapitalizzazzjoni medja (SMCs) ikkontrollati minn barra l-pajjiż ma nbidilx mill-2022, u baqa’ bʼħames unitajiet ta’ negozju biss. Minkejja dan l-għadd żgħir, huma kkontribwew €252.2 miljun f’Valur miżjud, li jirrappreżenta 4.3 fil-mija tat-total taħt kontroll barrani.
Meta mqabblin mal-2022, l-SMCs irreġistraw tnaqqis ta’ 4.0 fil-mija fil-Persuni impjegati taħt kontroll barrani, iżda żidiet ta’ 14.3 fil-mija fil-Valur miżjud u 22.2 fil-mija fl-Ispiża tal-benefiċċji tal-impjegati (Tabella nru 2).
Ċart nru 2. It-taqsim tal-intrapriżi kkontrollati minn residenti u tal-intrapriżi kkontrollati minn barra fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja, bil-Valur miżjud, il-klassi tad-daqs u l-intrapriżi żgħar bʼkapitalizzazzjoni medja
Indikaturi ewlenin fl-oqsma tal-attività
Fl-2023, il-qasam tal-Attivitajiet tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri (Diviżjoni tan-NACE R92) kellu l-ogħla persentaġġ ta’ kontroll barrani, filwaqt li l-akbar kontribuzzjoni għall-Valur miżjud minn intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż kienet miġbura fil-qasam tas-Soluzzjonijiet teknoloġiċi, is-servizzi professjonali u ta’ appoġġ għan-negozju (Taqsimiet tan-NACE J, M u N). Dan il-qasam tal-aħħar kien ukoll responsabbli għall-akbar żieda nominali fil-Valur miżjud, li tela’ b’€778.8 miljun għal €2,965.2 miljun, u kien jirrappreżenta l-akbar biċċa ta’ impjegaturi kkontrollati minn barra, u kien jinvolvi 36.9 fil-mija tal-Persuni kollha impjegati. L-Ispiża tal-benefiċċji tal-impjegati f’dan il-qasam laħqet is-€667.6 miljun, l-ogħla fost l-oqsma kollha tal-attivitajiet.
L-Attivitajiet tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri ħaddmu 7,829 persuna, jew 17.4 fil-mija tat-total taħt kontroll barrani. Dan il-qasam irreġistra wkoll żieda ta’ 5.2 fil-mija fl-Ispiża tal-benefiċċji tal-impjegati, li laħqet l-€425.6 miljun, flimkien ma’ żidiet fil-Valur miżjud (żieda ta’ 6.1 fil-mija għal €1,440.1 miljun) u l-Qligħ operattiv gross (żieda ta’ 6.5 fil-mija għal €1,014.5-il miljun).
L-Attivitajiet ta’ servizzi ta’ mobbiltà, loġistika u ospitalità (Taqsimiet tan-NACE H, I u L) taħt kontroll barrani rreġistraw tkabbir fil-Fatturat nett, filwaqt li kemm il-Valur miżjud kif ukoll l-Investiment gross f’assi tanġibbli mhux kurrenti naqsu, b’dan tal-aħħar jinżel b’€998.2 miljun, ekwivalenti għal tnaqqis ta’ 69.4 fil-mija. Min-naħa l-oħra, l-intrapriżi kkontrollati mir-residenti fl-istess qasam irreġistraw tkabbir aktar bʼsaħħtu, bil-Fatturat nett u l-Valur miżjud jiżdiedu b’rati simili ta’ 20.0 fil-mija u 20.4 fil-mija rispettivament, u l-Investiment gross f’assi tanġibbli mhux kurrenti jiżdied bi 63.8 fil-mija.
Il-Kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut (Taqsima tan-NACE G) wera xejra oħra, bl-intrapriżi kkontrollati minn barra jirrappurtaw tnaqqis fil-Valur miżjud u l-Persuni impjegati minkejja t-tkabbir fil-Fatturat nett. L-intrapriżi kkontrollati mir-residenti, min-naħa l-oħra, urew tkabbir bʼsaħħtu fost il-varjabbli ewlenin bil-Fatturat nett, il-Valur miżjud, u l-Persuni impjegati jiżdiedu bi 3.5, bi 8.4 u bʼ5.6 fil-mija rispettivament.
Il-Kostruzzjoni (Taqsima tan-NACE F) baqgħet relattivament żgħira u fil-biċċa l-kbira orjentata lejn il-kontroll tar-residenti, iżda hemm ukoll biċċa kkontrollata minn barra li, għalkemm minuri, aktar milli rdoppjat il-Valur miżjud tagħha filwaqt li xorta waħda rreġistrat Qligħ operattiv gross negattiv (Tabella nru 3).
Ċart nru 3. It-taqsim tal-intrapriżi kkontrollati minn residenti u tal-intrapriżi kkontrollati minn barra fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja Maltija, bil-qasam ta’ attività u varjabbli ewlenin
L-indikaturi ewlenin bir-reġjun
Fl-2023, ir-residenti taʼ pajjiżi Ewropej, inklużi l-Istati Membri tal-UE, baqgħu jiddominaw il-kontroll tal-intrapriżi kkontrollati minn barra, u ammontaw għal 73.6 fil-mija tal-intrapriżi kollha fi ħdan l-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja. Residenti ta’ Stati mhux membri tal-UE kellhom kontroll fuq 757 unità ta’ negozju, li jirrappreżentaw 56.4 fil-mija tal-affiljati kollha kkontrollati minn barra fi ħdan l-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja Maltija.
Fost il-kontinenti tal-Istati li mhumiex membri fl-UE, l-intrapriżi kkontrollati mill-Ewropa rreġistraw l-ogħla valuri għall-Persuni impjegati, il-Valur miżjud u l-Qligħ operattiv gross bi 8,096 persuna, €1,404.8 miljuni u €1,031.7 miljun, rispettivament.
L-Istati li mhumiex membri fl-UE ħaddmu 24,756 persuna, u kienu responsabbli wkoll għall-47.3 fil-mija tal-Valur miżjud kollu u 44.1 fil-mija tal-Qligħ operattiv gross kollu. Kważi l-intrapriżi kollha kkontrollati minn Stati li mhumiex membri fl-UE rreġistraw tnaqqis fl-Investiment tanġibbli gross f’assi mhux kurrenti b’affiljati taħt kontroll Ewropew jirreġistraw l-akbar tnaqqis, b’95.3 fil-mija meta mqabbel mal-2022.
Għalkemm affiljati kkontrollati minn Stati Membri tal-UE kellhom inqas unitajiet ta’ negozju minn Stati li mhumiex membri fl-UE, huma baqgħu kontributuri ewlenin għall-Valur miżjud u l-Qligħ operattiv gross, fil-livell ta’ €3,114.8-il miljun u €2,311.1-il miljun rispettivament. Huma ħaddmu 20,264 persuna, ekwivalenti għal 45.0 fil-mija tat-total, u ħallsu €803.6 miljuni fi Spiża tal-benefiċċji tal-impjegati, żieda ta’ 8.1 fil-mija mill-2022 (Tabella nru 4).
Ċart nru 4. Il-Valur miżjud iġġenerat minn intrapriżi ta’ sidien barranin fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja Maltija, bir-reġjun ġeografiku
L-indikaturi ewlenin bil-pajjiż
Kemm fl-2023 kif ukoll fl-2022 l-intrapriżi taħt kontroll Svediż kellhom waħda mill-ogħla kontribuzzjonijiet ta’ Valur miżjud fost l-intrapriżi b’kontroll barrani, li telaʼ minn €1,379.0 miljun fl-2022 għal €1,630.1 miljun fl-2023. Filwaqt li intrapriżi bʼkontroll Svediż żammew kontribut bʼsaħħtu, l-akbar żieda fil-Valur miżjud dehret fʼkumpaniji bʼkontroll mir-Renju Unit, bil-Valur miżjud jitla’ minn €303.0 miljuni fl-2022 għal €605.5 miljuni fl-2023, żieda taʼ 99.8 fil-mija.
Meta kienu meqjusa bl-ogħla għadd ta’ persuni impjegati, l-intrapriżi kkontrollati mill-Istati Uniti impjegaw l-aktar għadd taʼ nies b’6,808, segwiti mill-qrib mir-Renju Unit b’5,580 u l-Iżvezja b’5,527.
Intrapriżi kkontrollati mill-Italja rreġistraw Investiment gross f’assi tanġibbli mhux kurrenti taʼ kważi ħames darbiet aktar mill-investiment taʼ €6.1 miljuni li kellhom fl-2022, filwaqt li kumpaniji kkontrollati mill-Iżvezja u t-Turkija telgħu bi 28.5 fil-mija u bʼ65.5 fil-mija rispettivament. Bil-maqlub taʼ dan, kumpaniji kkontrollati mill-Ġermanja kellhom tnaqqis fl-Investiment gross f’assi tanġibbli mhux kurrenti li waqaʼ minn €36.2 miljun fl-2022 għal €20.7 miljun fl-2023, tnaqqis taʼ 42.7 fil-mija (Tabella nru 5).
Ċart nru 5. Intrapriżi kkontrollati minn barra fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja: Fatturat nett, Persuni impjegati, u Valur miżjud (Daqs tal-isfera), bil-pajjiż magħżul
Nota: Il-Valur miżjud u l-Fatturat nett qegħdin f’miljuni tal-ewro.
Affiljati barranin ikkontrollati minn residenti Maltin
Affiljati barranin ikkontrollati minn residenti Maltin fʼ59 pajjiż madwar id-dinja ġġeneraw €1,904.9 miljuni f’Fatturat nett u ħaddmu 16,582 persuna, żieda ta’ 35.7 fil-mija u 11.8 fil-mija, rispettivament, fuq is-sena ta’ qabel. Affiljati barranin ikkontrollati minn kumpaniji residenti fʼMalta ġġeneraw il-biċċa l-kbira tal-Fatturat nett tagħhom fi Stati Membri tal-UE, b’€1,298.3 miljun jew 68.2 fil-mija tat-total. Il-persuni impjegati f’affiljati barranin ta’ sidien Maltin kienu predominanti fl-Istati Membri tal-UE, bi 13,293 jew 80.2 fil-mija tat-total (Tabella nru 6).
Fl-2023, il-Fatturat nett iġġenerat minn affiljati barranin ta’ sidien Maltin fir-Renju Unit żdied b’€55.2 miljun fuq is-sena ta’ qabel. L-affiljati fir-Rumanija kienu jirrappreżentaw l-akbar għadd ta’ persuni impjegati b’6,178, filwaqt li dawk fil-Polonja rreġistraw l-aktar tkabbir perċentwali qawwi, bl-impjiegi jiżdiedu b’47.7 fil-mija, minn 411 għal 607 (Tabella nru 7).
Mappa nru 1. Il-preżenza dinjija taʼ intrapriżi kkontrollati minn residenti Maltin: Il-Fatturat nett iġġenerat fʼekonomiji barranin
Methodological Notes
1. Inward Foreign Affiliates Statistics (IFATS) examine the overall activities of foreign-owned enterprises operating in a country. These enterprises are defined as resident companies under the control of, non-resident enterprises and persons . This data is essential for evaluating the influence and contribution of foreign affiliates on the Maltese economy. Foreign affiliates statistics are a key instrument for understanding globalisation and its effect on national economies.
2. Outward Foreign Affiliates Statistics (OFATS) cover Maltese-owned enterprises that have at least 50 per cent shareholding in subsidiaries abroad. These statistics analyse the sectoral and geographical position of the affiliates controlled by resident enterprises.
3. The methodology adopted to produce OFATS data is based on a census survey. Statistical units are identified using information from the previous year’s data, the Business Register, Research and Innovation unit, and indicators from the Euro Groups Register (EGR). Each year, questionnaires are sent to all identified units; in 2023 this amounted to 123.
4. Variables requested in the OFATS questionnaire are:
● Name of the subsidiaries abroad;
● Country of the subsidiary;
● Percentage shareholding;
● NACE description;
● Total number of Persons employed;
● Total Net turnover.
Two additional variables are requested only from subsidiaries with activity in NACE 85:
● Employee benefits expense;
● Gross investment in tangible non-current assets
5. FATS statistics can be broken down by industry domain, employment size class levels, and by country of ultimate controlling institution (UCI).
6. From reference year 2021, the legal basis for the production of FATS is defined according to the European Business Statistics and refers to Regulation (EU) 2019/2152 of the European Parliament and of the Council and Implementing Regulation (EU) 2020/1197 of the European Commission.
7. IFATS data is based on the existing results from the Structural Business Statistics (SBS). IFATS does not involve a separate survey but uses all the units included in SBS to compile its statistics. There are no distinct unique sampling methods specific to IFATS. IFATS data is supplemented with information from past UCIs assigned at micro-level, the EGR and other relevant sources. Each year, individual profiles are carried out covering at least up to the 60th percentile for the total Value added, Net turnover, and Persons employed, and at least up to the 80th percentile for the total Gross investments in tangible non-current assets.
8. The NACE classification system used in IFATS is the same as in SBS and can be accessed here. The 2-digit country code is allocated according to ISO 3166-1. The United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland are referred to as United Kingdom and the United States of America are referred to as United States in this release.
9. Enterprises may change their classification from one year to the other if significant changes occur in their respective NACE or employment.
10. The activity domain names used in this news release are not internationally recognised but were established internally taking into account the respective domestic industry categories, national exigencies and the users’ needs.
11. The geographical classification of the data follows Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1470, which outlines the country and territory nomenclature for European statistics on international trade in goods and the geographical categorisation for other business statistics. The geographical breakdown is based on GEO level 1, referring to foreign-controlled enterprises, and GEO level 3, which covers enterprises abroad that are ultimately controlled by institutional units of the reporting country.
12. In line with the Structural Business Statistics (SBS) news release, the data in this release has been classified according to the SME classification in the Commission Recommendation 2003/361/EC “definition of micro, small and medium-sized enterprises” adopted by the Commission. The ceilings of this classification were applied to Net turnover and employment only (both criteria must be met by individual statistical units). The balance sheet total ceiling was not applied as such information is not available for statistical units involving self-employed. Users of this news release must appreciate that there is not a single definition of what a SME is. Other SME definitions may be used by other institutions, authors and publications. For instance, Eurostat defines SMEs solely based on the employment within an enterprise.
| Company category | Staff headcount | Net turnover |
|---|---|---|
| Medium | <250 | ≤ €50m |
| Small | <50 | ≤ €10m |
| Micro | <10 | ≤ €2m |
Companies that do not fall within these categories, i.e. either more than 249 employees or with Net turnover greater than €50 million, are considered as Large.
Similarly, there are also different definitions of Small Mid-Cap (SMC) enterprises. The definition used in this release, as enterprises with 250–499 employees and Net turnover between €50 and €100 million, is consistent with the Structural Business Statistics release of 8 July 2025.
13. The business activities covered are defined under the European Business Statistics (EBS) regulation (EU) 2019/2152. Coverage includes NACE Sections B to N and P to S, excluding S94. Activities classified under Section K (financial and insurance activities, NACE 64–66) are not included in this news release. Sections A (Agriculture and Fisheries) and O (Public administration) are also excluded.
14. The definitions of statistical concepts surrounding FATS are as follows:
● Foreign affiliate in the framework of FATS is an enterprise resident in one country which is under the control of an institutional unit resident in another country.
● Domestic affiliate refers to an enterprise resident in the compiling country over which a UCI resident in the same compiling country has control.
● Ultimate Controlling Institutional unit of a foreign affiliate (UCI) refers to the institutional unit, proceeding up a foreign affiliate’s chain of control, which is not controlled by another institutional unit.
● Control is the ability to determine the general policy of the affiliate by choosing appropriate directors, if necessary. In this context, enterprise A is deemed to be controlled by an institutional unit B when B controls, whether directly or indirectly, more than half of the shareholders’ voting power or more than half of the shares.
● Indirect control means that an institutional unit may have control through another affiliate which has control over enterprise A.
15. Definitions of the key indicators for FATS (based on the Commission Implementing Regulation (EU) 2020/1197):
● Net turnover includes total sales and other operating income and is expressed net of VAT.
● Value of output measures the amount actually produced, based on sales, including changes in stocks and neutralising the impact of goods resold in the same condition as purchased.
● Value added represents the value a business adds through its production process. It reflects the net contribution of a business to the economy and is equivalent to the combined Gross operating surplus and Employee benefits expense;
● Gross operating surplus is the surplus generated by operating activities after the labour factor input has been recompensed. It can be calculated from the Gross value added less the Employee benefits expenses. Simply put, Gross operating surplus is a measure of profitability before accounting for interest, income taxes, depreciation, amortisation, revaluations, provisions and other non-operating expenses.
● Employee benefits expense is defined as the total remuneration, in cash or in kind, payable by an employer to an employee (regular and temporary employees as well as home workers) in return for work done by the latter during the reference period. Employee benefits expenses also include taxes and employees’ social security contributions retained by the unit as well as the employer’s compulsory and voluntary social contributions.
● Gross investment in tangible non-current assets is defined as investment during the reference period in all tangible goods. Included are new and existing tangible capital goods, whether bought from third parties or produced for own use (i.e. capitalised production of tangible capital goods), having a useful life of more than one year including non-produced tangible goods such as land. Investments in intangible and financial assets are excluded.
● Persons employed are people engaged in productive activities in an economy. The concept includes both employees and self-employed (i.e. inclusive of working proprietors, partners and unpaid family workers). The latter category may include persons who do not receive compensation in the form of wages, salaries, fees, gratuities, piecework pay or remuneration in kind. The name used, for this variable by Eurostat in the Eurobase is Number of employees and self-employed persons.
● Number of employees is defined as those persons who work for an employer through a contract of employment and receive compensation in the form of wages, salaries, fees, gratuities, piecework pay or remuneration in kind.
16. In some cases, totals may not match because of rounding.
17. More information relating to this news release may be accessed at:
18. Values available on Eurostat’s database (Eurobase) differ from those in this news release due to the differences in size classification and the inclusion of the financial sector.
19. The data for 2023 in this news release should be considered as provisional and subject to revision. The data for 2022 is final.
20. Data in this news release is in line with data found in the SBS news release available here.
21. A detailed news release calendar is available online.
22. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
23. For further assistance send your request through our online request form.
L-Istatistika tal-Affiljati Barranin: 2023
- L-intrapriżi kkontrollati minn barra l-pajjiż ammontaw għal 2.4 fil-mija tan-negozji fl-ekonomija kummerċjali mhux finanzjarja u kkontribwew 43.8 fil-mija tal-Valur miżjud kollu.
- Minkejja li kellhom ħames unitajiet ta’ negozju biss, l-intrapriżi żgħar bʼkapitalizzazzjoni medja (SMCs) ikkontrollati minn barra l-pajjiż iġġeneraw €252.2 miljun f’Valur miżjud.
- Il-kontroll barrani kien qawwi l-aktar fil-qasam tal-Attivitajiet tal-logħob tal-azzard u tal-imħatri, fejn kellu 43.5 fil-mija tal-unitajiet tan-negozju u 94.3 fil-mija tal-Valur miżjud maħluq.
- Residenti ta’ pajjiżi Ewropej, inklużi l-Istati Membri tal-UE, ikkontrollaw 73.6 fil-mija tal-intrapriżi barranin f’Malta, u rreġistraw tkabbir taʼ 18.9 fil-mija fil-Valur miżjud.
- Affiljati barranin ikkontrollati minn kumpaniji residenti fʼMalta ġġeneraw daqs €1.9 biljun f’Fatturat nett u impjegaw 16,582 persuna f’59 pajjiż madwar id-dinja.
