News Releases

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K1/2024

NR 109/2024
Data tal-Ħruġ: 14 taʼ Ġunju 2024

Fl-ewwel kwart tal-2024, l-għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti kien ta’ 8,694, żieda ta’ 27.9 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
shutterstock_520314379

Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħti r-riżultati tal-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS). Dan l-istħarriġ, li jsir taʼ kull tliet xhur mal-intrapriżi, jagħti għarfien dwar id-domanda għax-xogħol billi jistma l-għadd ta’ postijiet vakanti u postijiet mimlijin.

Postijiet tax-xogħol vakanti

Fl-ewwel kwart tal-2024, kien hemm b’kollox 8,694 post vakant fʼintrapriżi li jħaddmu persuna waħda jew aktar. Dan l-ammont fisser żieda ta’ 27.9 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel (Ċart nru 1, Tabella nru 1).

Ċart nru 1. L-għadd taʼ postijiet tax-xogħol vakanti u mimlijin

No Data Found

Drag to view in full

L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna, u tal-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz tal-ikel ħalqu mat-23.6 fil-mija tal-postijiet vakanti kollha fl-ewwel tliet xhur tal-2024. Min-naħa l-oħra, is-settur tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli rreġistra l-inqas għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti, li kien fil-livell ta’ 1.3 fil-mija tal-għadd kollu tas-sejħiet għall-applikazzjoni fʼK1 2024 (Ċart nru 2, Tabella nru 1).

L-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u ħidma soċjali rreġistraw l-ogħla żieda, sena għal sena, fl-għadd ta’ postijiet vakanti bʼżieda taʼ 1,144 post vakant. Warajhom, kien hemm l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u l-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ, li kellhom żieda taʼ 708 postijiet vakanti. Għall-kuntrarju, l-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna, u tal-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizz tal-ikel kellhom l-akbar tnaqqis meta mqabblin ma’ K1 2023, bi tnaqqis taʼ 201 post vakant (Tabella nru 1).

Ċart nru 2. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bl-attività ekonomika tal-intrapriża

No Data Found

Drag to view in full

Id-data turi wkoll korrelazzjoni bejn id-daqs tal-intrapriża u l-għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Għaldaqstant, l-intrapriżi ż-żgħar (minn impjegat wieħed sa 49 impjegat) ikkontribwew għal madwar erbgħa minn kull għaxar postijiet vakanti filwaqt li l-kumpaniji b’250 impjegat jew aktar iġġeneraw 20.6 fil-mija tal-postijiet vakanti kollha ta’ K1 2024 (Ċart nru 3, Tabella nru 2).

Ċart nru 3. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bil-klassi tad-daqs tal-intrapriża

No Data Found

Drag to view in full

Fis-settur privat, il-postijiet tax-xogħol vakanti żdiedu b’1,002 bejn K1 2023 u K1 2024, filwaqt li s-settur pubbliku kellu żieda ta’ 897 post tax-xogħol vakant matul l-istess perjodu (Tabella nru 3). Kif turi Ċart nru 4, is-settur privat għadu jiddomina fis-suq tal-postijiet tax-xogħol vakanti u jirrappreżenta 84.8 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol vakanti kollha, u jħalli lis-settur pubbliku b’sehem ta’ 15.2 fil-mija (Ċart nru 4).

Ċart nru 4. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bis-settur ekonomiku

K1 2023

No Data Found

K1 2024

No Data Found

Postijiet tax-xogħol mimlijin

Matul l-ewwel kwart tal-2024, l-għadd kollu ta’ postijiet tax-xogħol mimlijin fi ħdan l-intrapriżi li jħaddmu mill-inqas impjegat wieħed kien ta’ 264,379. (Ċart nru 1, Tabella nru 4). Ftit aktar minn kwart ta’ dawn il-postijiet kienu rreġistrati fil-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport u l-ħażna, u l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel. Fi żmien sena, din il-kategorija ta’ attivitajiet ekonomiċi rreġistrat tkabbir ta’ 3.7 fil-mija. Daqs 65,705 post tax-xogħol ieħor mimli kienu stmati li qegħdin fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali. Dawn laħqu mal-24.9 fil-mija tal-għadd kollu ta’ postijiet mimlijin (Tabella nru 4).

FʼK1 2024, 38.7 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol mimlijin kienu stmati li qegħdin f’intrapriżi li jħaddmu 250 impjegat jew aktar. Intrapriżi li kellhom magħhom bejn 50 u 249 impjegat kienu jiffurmaw ftit aktar minn kwart tal-postijiet mimlijin (Tabella nru 5).

Il-postijiet tax-xogħol mimlijin fis-settur privat kienu jilħqu l-209,428, jiġifieri 79.2 fil-mija tal-impjiegi kollha. Is-settur pubbliku, min-naħa l-oħra, kellu 54,951 jew 20.8 fil-mija tal-impjiegi (Tabella nru 6).

Rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti

Fl-ewwel kwart tal-2024, 3.2 fil-mija tal-impjiegi f’Malta kienu vakanti. Bʼhekk, żdiedu b’0.4 punti perċentwali meta mqabblin mat-tliet xhur taʼ qabel u b’0.6 punti perċentwali fuq l-ewwel kwart tal-2023 (Ċart nru 5, Tabella nru 7). Ir-rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti kienet l-ogħla fis-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (6.1 fil-mija), filwaqt li l-qasam tal-manifattura, il-minjieri u l-barrieri, u industrija oħra rreġistra l-inqas rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti (2.2 fil-mija) (Tabella nru 7).

Intrapriżi medji, li jħaddmu bejn 50 u 249 impjegat, urew rata ogħla ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 4.5 fil-mija, li jissuġġerixxi domanda akbar għax-xogħol f’dan il-qasam. L-intrapriżi l-kbar, li jħaddmu 250 impjegat jew aktar, urew rata aktar baxxa ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 1.7 fil-mija (Tabella nru 8).

Fl-ewwel kwart tal-2024, is-settur privat irreġistra rata ta’ 3.4 fil-mija ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Min-naħa l-oħra, 2.3 fil-mija biss tal-impjiegi fis-settur pubbliku kienu vakanti matul l-istess perjodu (Tabella nru 9).

Ċart nru 5. Ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti

bʼrabta mar-rata tal-qgħad

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The Job Vacancy Survey (JVS) is a quarterly enterprise survey carried out with over 2,500 private sector entities employing one or more employees. Administrative sources are used to compile information relating to the public sector.

2. The objective of this survey, as laid down in the regulation (EC) No. 453/2008, is to provide information on the demand for labour at a reference date across units employing one or more employees and engaged in NACE sections B-S. The economic activity is classified according to NACE Rev. 2 (Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes).

3. Definitions:

● A job vacancy is defined as a paid post that is newly created, unoccupied, or about to become vacant, for which the employer is taking active steps and is prepared to take further steps to find a suitable candidate from outside the enterprise concerned, and the employer intends to fill either immediately or within a specific period of time.

Active steps to find a suitable candidate include:

notifying the job vacancy to the public employment services;
contacting a private employment agency;
advertising the vacancy in the media, for example, internet, newspapers and magazines;
advertising the vacancy on a public notice board;
approaching, interviewing or selecting possible candidates/potential recruits directly;
approaching employees and/or personal contacts;
using internships.

● The term ‘within a specific period of time‘ refers to the maximum time the vacancy is open and intended to be filled. When the period is unlimited, all vacancies for which active steps are ongoing after the reference date shall be reported.

● An occupied post means a paid post within the organisation to which an employee has been assigned. This value excludes all board members, self-employed owners, directors, partners and managers who are solely paid by way of profits, persons on unpaid leave, posts unoccupied due to long-term absences (e.g., parental leave or long-term sickness) together with employees of temporary employment agencies, outside contractors or consultants, and voluntary workers.

● The Job Vacancy Rate (JVR) is calculated using this formula:

JVR =
number of job vacancies
number of job vacancies + number of occupied posts
x 100

● The Job Vacancy Survey takes a snapshot of the number of job vacancies and occupied posts on a specific day, known as the reference date. For 2017, the reference date was the 30th day of the end of quarter month (i.e., March, June, September and December). As from 2018, the reference date was the 15th day of the end of quarter month (i.e., March, June, September and December). Starting from the first quarter of 2024, the reference date has been changed to the 28th day of the middle quarter month (i.e., February, May, August and November).

● The unemployment rate refers to the number of unemployed persons (15-74 years) as a percentage of the total labour force (15-74 years). Unemployment rates were obtained from the Labour Force Survey (LFS).

4. Data in this news release is provisional and therefore subject to revisions. These revisions generally occur annually to align the estimates with the latest population figures. Additionally, quarterly revisions may be necessary to ensure the consistency of the data series.

5. Figures that have a relative margin of error of 30 percent or more should be interpreted with caution. Such data may not be statistically representative due to the high potential for error.

6. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts
Metadata
NACE Rev. 2 Classification

7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

8. A detailed news release calendar is available online.

9. For further assistance send your request through our online request form.

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K1/2024  

NR 109/2024
Data tal-Ħruġ: 14 taʼ Ġunju 2024

shutterstock_520314379
  • Fl-ewwel kwart tal-2024, kien hemm bʼkollox 8,694 post tax-xogħol vakant.
  • Bi 23.6 fil-mija, l-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport u l-ħażna, u l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet ta’ servizz tal-ikel kellhom l-akbar sehem ta’ postijiet tax-xogħol vakanti.
  • L-intrapriżi ż-żgħar li jħaddmu minn impjegat wieħed sa 49 impjegat kellhom 42.3 fil-mija tal-postijiet vakanti kollha, filwaqt li s-sehem ta’ postijiet vakanti maħluqin minn kumpaniji b’250 impjegat jew aktar laħaq l-20.6 fil-mija.
  • Bʼ84.8 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol vakanti kollha, is-settur privat iddomina dan is-suq, filwaqt li s-settur pubbliku kellu 15.2 fil-mija tal-vakanzi.

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K1/2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content