News Releases

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K3/2024  

NR 239/2024
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Diċembru 2024

shutterstock_520314379
  • Fit-tielet kwart tal-2024, kien hemm bʼkollox 8,579 post tax-xogħol vakant.
  • L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport u l-ħażna, l-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel, l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u l-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ ħalqu aktar minn nofs il-postijiet tax-xogħol vakanti.
  • L-intrapriżi ż-żgħar li jħaddmu minn 1 sa 49 impjegat kellhom 56.2 fil-mija tal-postijiet vakanti kollha, filwaqt li s-sehem ta’ postijiet vakanti maħluqin minn kumpaniji b’250 impjegat jew aktar laħaq il-15.9 fil-mija.
  • Bʼ95.4 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol vakanti kollha, is-settur privat iddomina dan is-suq, filwaqt li s-settur pubbliku kellu 4.6 fil-mija tal-vakanzi.

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K3/2024

L-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS): K3/2024

NR 239/2024
Data tal-Ħruġ: 12 taʼ Diċembru 2024

Fit-tielet kwart tal-2024, l-għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti kien ta’ 8,579, żieda ta’ 7.1 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
shutterstock_520314379

Din l-istqarrija tal-aħbarijiet tagħti r-riżultati tal-Istħarriġ dwar il-Postijiet tax-Xogħol Vakanti (JVS). Dan l-istħarriġ, li jsir taʼ kull tliet xhur mal-intrapriżi, jagħti għarfien dwar id-domanda għax-xogħol billi jistma l-għadd ta’ postijiet vakanti u postijiet mimlijin.

Fit-tielet kwart tal-2024, kien hemm b’kollox 8,579 post vakant fʼintrapriżi li jħaddmu persuna waħda jew aktar. Dan l-ammont fisser żieda ta’ 7.1 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel (Ċart nru 1, Tabella nru 1).

Ċart nru 1. L-għadd taʼ postijiet tax-xogħol vakanti u mimlijin

No Data Found

Drag to view in full

L-oqsma tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, tat-trasport u l-ħażna, tal-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u tal-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ ħalqu aktar minn nofs tal-postijiet vakanti kollha fit-tielet kwart tal-2024. Min-naħa l-oħra, is-settur tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli rreġistra l-inqas għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti, li kien fil-livell ta’ 1.0 fil-mija tal-għadd kollu tas-sejħiet għall-applikazzjoni fʼK3 2024 (Ċart nru 2, Tabella nru 1).

L-oqsma tal-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi, u tal-attivitajiet ta’ amministrazzjoni u ta’ servizz ta’ appoġġ irreġistraw l-ogħla żieda, sena għal sena, fl-għadd ta’ postijiet vakanti bʼżieda taʼ 351 post vakant għal total taʼ 2,251 vakanza. Warajhom, kien hemm il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport u l-ħażna, l-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel, li kellhom żieda taʼ 250 post vakant. Għall-kuntrarju, l-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali kellhom l-akbar tnaqqis meta mqabblin ma’ K3 2023, bi tnaqqis taʼ 254 post vakant (Tabella nru 1).

Ċart nru 2. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bl-attività ekonomika tal-intrapriża

No Data Found

Drag to view in full

Id-data turi wkoll korrelazzjoni bejn id-daqs tal-intrapriża u l-għadd ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Għaldaqstant, l-intrapriżi ż-żgħar (1-49 impjegat) ikkontribwew bejn wieħed u ieħor sitta minn kull għaxar vakanzi, filwaqt li l-kumpaniji b’250 impjegat jew aktar iġġeneraw 15.9 fil-mija tal-postijiet vakanti kollha ta’ K3 2024 (Ċart nru 3, Tabella nru 2).

Ċart nru 3. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bil-klassi tad-daqs tal-intrapriża

No Data Found

Drag to view in full

Fis-settur privat, il-postijiet tax-xogħol vakanti żdiedu b’972 bejn K3 2023 u K3 2024, u kienu jgħoddu 8,183, filwaqt li s-settur pubbliku kellu żieda ta’ 396 post tax-xogħol vakant matul l-istess perjodu (Tabella nru 3). Kif turi Ċart nru 4, is-settur privat għadu jiddomina fis-suq tal-postijiet tax-xogħol vakanti u jirrappreżenta 95.4 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol vakanti kollha, u jħalli lis-settur pubbliku b’sehem ta’ 4.6 fil-mija (Ċart nru 4).

Ċart nru 4. Il-postijiet tax-xogħol vakanti bis-settur ekonomiku

K3 2023

No Data Found

K3 2024

No Data Found

Postijiet tax-xogħol mimlijin

Matul it-tielet kwart tal-2024, l-għadd kollu ta’ postijiet tax-xogħol mimlijin fi ħdan l-intrapriżi li jħaddmu mill-inqas impjegat wieħed kien ta’ 268,101 (Ċart nru 1, Tabella nru 4). Aktar minn nofs dawn il-postijiet kienu rreġistrati fil-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, fit-trasport u l-ħażna, u fl-akkomodazzjoni u l-attivitajiet tas-servizz tal-ikel, u fl-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali. Fi żmien sena, kull waħda minn dawn il-kategoriji ta’ attivitajiet ekonomiċi rreġistraw tkabbir ta’ 3.1 fil-mija (Tabella nru 4). Fit-tielet kwart tal-2024, 38.7 fil-mija tal-postijiet tax-xogħol mimlijin kienu stmati li qegħdin f’intrapriżi li jħaddmu 250 impjegat jew aktar. Intrapriżi li kellhom magħhom bejn 50 u 249 impjegat kienu jiffurmaw ftit aktar minn kwart tal-postijiet mimlijin (Tabella nru 5).

Il-postijiet tax-xogħol mimlijin fis-settur privat kienu jilħqu l-212,182, jiġifieri 79.1 fil-mija tal-impjiegi kollha. Is-settur pubbliku, min-naħa l-oħra, kellu 55,919 jew 20.9 fil-mija tal-impjiegi (Tabella nru 6).

Rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti

Fit-tielet kwart tal-2024, 3.1 fil-mija tal-impjiegi f’Malta kienu vakanti. Bʼhekk, żdiedu b’0.1 punti perċentwali kemm meta mqabblin mat-tliet xhur taʼ qabel kif ukoll meta mqabblin it-tielet kwart tal-2023 (Ċart nru 5, Tabella nru 7). Ir-rata ta’ postijiet tax-xogħol vakanti kienet l-ogħla fis-settur tal-informatika u l-komunikazzjoni (5.5 fil-mija), filwaqt li l-qasam tal-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-ħidma soċjali rreġistra l-aktar rata baxxa taʼ postijiet tax-xogħol vakanti (1.2 fil-mija) (Tabella nru 7).

Intrapriżi żgħar, li jħaddmu bejn 1 u 49 impjegat, urew rata ogħla ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 4.9 fil-mija, li jissuġġerixxi domanda akbar għax-xogħol f’dan il-qasam. L-intrapriżi l-kbar, li jħaddmu 250 impjegat jew aktar, urew rata aktar baxxa ta’ postijiet tax-xogħol vakanti – 1.3 fil-mija (Tabella nru 8).

Fit-tielet kwart tal-2024, is-settur privat irreġistra rata ta’ 3.7 fil-mija ta’ postijiet tax-xogħol vakanti. Min-naħa l-oħra, 0.7 fil-mija tal-impjiegi fis-settur pubbliku kienu vakanti matul l-istess perjodu (Tabella nru 9).

Ċart nru 5. Ir-rata tal-postijiet tax-xogħol vakanti

bʼrabta mar-rata tal-qgħad

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The Job Vacancy Survey (JVS) is a quarterly enterprise survey carried out with over 2,500 private sector entities employing one or more employees. Administrative sources are used to compile information relating to the public sector.

2. The objective of this survey, as laid down in the regulation (EC) No. 453/2008, is to provide information on the demand for labour at a reference date across units employing one or more employees and engaged in NACE sections B-S. The economic activity is classified according to NACE Rev. 2 (Nomenclature générale des Activités économiques dans les Communautés Européennes).

3. Definitions:

● A job vacancy is defined as a paid post that is newly created, unoccupied, or about to become vacant, for which the employer is taking active steps and is prepared to take further steps to find a suitable candidate from outside the enterprise concerned, and the employer intends to fill either immediately or within a specific period of time.

Active steps to find a suitable candidate include:

notifying the job vacancy to the public employment services;
contacting a private employment agency;
advertising the vacancy in the media, for example, internet, newspapers and magazines;
advertising the vacancy on a public notice board;
approaching, interviewing or selecting possible candidates/potential recruits directly;
approaching employees and/or personal contacts;
using internships.

● The term ‘within a specific period of time‘ refers to the maximum time the vacancy is open and intended to be filled. When the period is unlimited, all vacancies for which active steps are ongoing after the reference date shall be reported.

● An occupied post means a paid post within the organisation to which an employee has been assigned. This value excludes all board members, self-employed owners, directors, partners and managers who are solely paid by way of profits, persons on unpaid leave, posts unoccupied due to long-term absences (e.g., parental leave or long-term sickness) together with employees of temporary employment agencies, outside contractors or consultants, and voluntary workers.

● The Job Vacancy Rate (JVR) is calculated using this formula:

JVR =
number of job vacancies
number of job vacancies + number of occupied posts
x 100

● The Job Vacancy Survey takes a snapshot of the number of job vacancies and occupied posts on a specific day, known as the reference date. For 2017, the reference date was the 30th day of the end of quarter month (i.e., March, June, September and December). As from 2018, the reference date was the 15th day of the end of quarter month (i.e., March, June, September and December). Starting from the first quarter of 2024, the reference date has been changed to the 28th day of the middle quarter month (i.e., February, May, August and November).

● The unemployment rate refers to the number of unemployed persons (15-74 years) as a percentage of the total labour force (15-74 years). Unemployment rates were obtained from the Labour Force Survey (LFS).

4. Data in this news release is provisional and therefore subject to revisions. These revisions generally occur annually to align the estimates with the latest population figures. Additionally, quarterly revisions may be necessary to ensure the consistency of the data series. Also, totals may not add up due to rounding.

5. Figures that have a relative margin of error of 30 percent or more should be interpreted with caution. Such data may not be statistically representative due to the high potential for error.

6. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts
Metadata
NACE Rev. 2 Classification

7. Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. Further information on the regulation (EC) No. 453/2008 can be accessed here.

10. A detailed news release calendar is available online.

11. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content