Home » L-Edukazzjoni Formali Ta’ Qabel il-Primarja, Primarja u Sekondarja: 2021-2022
Il-maġġoranza tal-istudenti rreġistrati fl-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja, tal-primarja u tas-sekondarja kienu subien, b’51.9 fil-mija (Ċart nru 1). Il-proporzjonijiet bejn is-sessi żdiedu ftit b’0.1 punt perċentwali għan-numru ta’ nisa rreġistrati meta mqabblin mas-sena skolastika ta’ qabel (Tabella nru 1).
Matul is-sena akkademika 2021-2022, 46.1 fil-mija tal-istudenti rreġistrati kellhom bejn il-ħames u l-għaxar snin. Warajhom, kien hemm dawk ta’ bejn il-11 u l-15-il sena, b’37.3 fil-mija (Ċart nru 2; Tabella nru 1).
No Data Found
1 Tinkludi studenti li jattendu l-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja (eskluża ċ-Childcare), tal-primarja u tas-sekondarja biss.
1 Tinkludi studenti li jattendu l-edukazzjoni ta’ qabel il-primarja (eskluża ċ-Childcare), tal-primarja u tas-sekondarja biss.
Nota: Il-persentaġġi jista’ jkun ma jgħoddux għal mija fil-mija minħabba l-arrotondament.
L-istituzzjonijiet immexxija mill-istat irrappreżentaw 58.9 fil-mija tar-reġistrazzjonijiet kollha. Dawn kienu segwiti mill-iskejjel tal-knisja b’27.4 fil-mija, filwaqt li studenti rreġistrati fi skejjel indipendenti ammontaw għal 13.7 fil-mija tar-reġistrazzjonijiet kollha f’dawn il-livelli (Tabella nru 1).
Fl-2021-2022, l-għadd sħiħ ta’ studenti rreġistrati fl-edukazzjoni obbligatorja kien ta’ 49,033. Minn dawn, 55.1 fil-mija attendew l-iskola primarja, filwaqt li l-44.9 fil-mija l-oħra attendew l-iskola sekondarja. Meta mqabblin mas-sena akkademika ta’ qabel, l-istudenti żdiedu b’0.4 fil-mija u 0.9 fil-mija fl-iskejjel primarji u sekondarji, rispettivament (Tabella nru 2). Aktar minn nofs it-tfal kollha rreġistrati f’kull livell ta’ edukazzjoni obbligatorja attendew skejjel immexxija mill-istat (Ċart nru 3).
sena akkademika 2021-2022
No Data Found
Id-daqs medju tal-klassi għall-iskejjel kollha fil-livell primarju kien ta’ 17.2-il student għal kull klassi, filwaqt li fil-livell sekondarju il-medja kienet ta’ 18.7-il student għal kull klassi. Id-daqs medju tal-klassi kien l-aktar baxx fl-iskejjel statali, filwaqt li l-iskejjel tal-knisja kellhom l-ogħla daqs medju tal-klassi, b’mod partikolari fis-Sitt sena tal-primarja bi 23.8 student għal kull klassi (Tabella nru 3).
Fl-2021-2022, id-distrett li jilqa’ fih l-akbar għadd ta’ livelli ta’ skejjel kien id-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (33.7 fil-mija), segwit mid-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port (18.9 fil-mija) (Ċart nru 4; Tabella nru 4). Sadattant, il-maġġoranza tal-istudenti attendew skejjel li jinsabu fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (37.5 fil-mija), segwiti mid-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port (17.1 fil-mija) (Ċart nru 4; Tabella nru 5a; Mappa nru 1).