News Releases

Il-Provvista tal-Ħaddiema Reġjonali bil-Post tar-Residenza u tax-Xogħol: 2022
NR174/2023,
Data tal-Ħruġ: 03 ta’ Ottubru 2023
Fl-2022, l-għadd sħiħ tal-persuni li kienu jaħdmu (full-time u part-time bħala impjieg primarju) f’MALTA laħaq il-296,110, żieda ta’ 7.8 fil-mija meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. L-ishma tar-reġjun ta’ Malta skont il-post tar-residenza u l-post tax-xogħol kienu ta’ 93.2 u 94.7 fil-mija rispettivament.

Regional Labour Supply

Il-provvista tal-ħaddiema hija magħmula mill-persuni li kienu qegħdin jaħdmu u l-persuni li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol. Sabiex tkun eżaminata l-provvista tal-ħaddiema reġjonali f’MALTA fil-livell taʼ NUTS 3, l-istatistika dwar l-impjiegi qed tiġi murija taħt żewġ varjanti differenti; skont il-post tar-residenza u skont il-post tax-xogħol, rispettivament. Persuni li jaħdmu barra r-reġjun tar-residenza tagħhom jissejħu ħaddiema li jivvjaġġaw.

L-għadd sħiħ tal-persuni li kienu jaħdmu (full-time u part-time bħala impjieg primarju) fir-reġjuni taʼ Malta, u taʼ Għawdex u Kemmuna (NUTS 3)

Il-persuni li kienu jaħdmu fir-reġjun ta’ Malta (skont il-post tax-xogħol), qabżu l-għadd totali ta’ persuni li kienu jaħdmu u li kienu wkoll residenti fir-reġjun ta’ Malta (skont il-post ta’ residenza). Il-kuntrarju kien jipprevali fil-każ tar-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna. Id-differenza tirrappreżenta l-bilanċ nett tal-ħaddiema li jivvjaġġaw fir-reġjuni rispettivi. Il-ħaddiema li jivvjaġġaw kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom residenti ta’ Għawdex u Kemmuna li jaħdmu fir-reġjun ta’ Malta, li jammontaw għal 3,939 persuna li kienu jaħdmu fl-2022. Dan ifisser li, bejn wieħed u ieħor, wieħed minn kull ħames persuni li kienu jaħdmu u li kienu residenti fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna ħadem fir-reġjun ta’ Malta u 50.7 fil-mija tagħhom kienu nisa (Tabelli nri 1 u 2).

Fl-2022, il-biċċa l-kbira tal-persuni li kienu jaħdmu f’MALTA kienu fil-qasam tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; fil-qasam tat-trasport u l-ħżin; u fil-qasam tal-akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizz tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) u fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; fil-qasam tal-edukazzjoni; u fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q), b’25.6 u 20.8 fil-mija, rispettivament (Tabelli nri 1 u 2).

Ir-reġjun ta’ Malta kellu l-ogħla proporzjon ta’ persuni li kienu jaħdmu fil-qasam tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; fil-qasam tat-trasport u l-ħżin; u fil-qasam tal-akkomodazzjoni u attivitajiet ta’ servizzi tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I), filwaqt li fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna l-maġġoranza ħadmet fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; fil-qasam tal-edukazzjoni; u fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem u attivitajiet ta’ ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q) (Tabelli nri 1 u 2).

 Ix-xogħol full-time: ir-reġjun ta Malta

Bil-post tar-residenza

Fl-2022, ir-residenti ta’ Malta li kienu jaħdmu fuq bażi full-time laħqu l-245,059, żieda ta’ 8.6 fil-mija meta mqabblin mal-2021 (Tabella nru 3). Is-settur privat ammonta għal 81.6 fil-mija tat-total, filwaqt li l-bqija kienu jaħdmu fis-settur pubbliku (Ċart nru 1).

Ċart nru 1. L-Impjiegi full-time bir-reġjun (NUTS 3), is-settur u l-post

Malta

Għawdex u Kemmuna

Bil-post tax-xogħol

Fl-2022, l-impjiegi full-time fir-reġjun ta’ Malta laħqu il-249,100, li hija żieda taʼ 8.6 fil-mija fuq l-2021. L-impjiegi full-time fis-settur privat kienu jammontaw għal 81.1 fil-mija tal-għadd kollu, filwaqt li it-18.9 fil-mija li jifdal kienu fis-settur pubbliku (Tabella nru 4 u Ċart nru 1). Il-ħaddiema rġiel fis-settur privat ammontaw għal 51.2 fil-mija tat-total ta’ impjiegi full-time fir-reġjun ta’ Malta (Tabella nru 4). L-akbar għadd ta’ impjiegi full-time fir-reġjun ta’ Malta kien irreġistrat fil-qasam tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; fil-qasam tat-trasport u l-ħżin, u fl-attivitajiet ta’ servizzi ta’ akkomodazzjoni u ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I), li laħqu l-24.5 fil-mija tat-total (Ċart nru 6).

Ix-xogħol full-time: ir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna

Bil-post tar-residenza

Fl-2022, ir-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li kellhom impjieg full-time kienu jgħoddu bʼkollox 17,702, li juru żieda taʼ 5.7 fil-mija meta mqabblin mal-2021. Minnhom kollha, is-settur privat kien responsabbli għal 66.0 fil-mija (Tabella nru 3 u Ċart nru 1).

L-akbar sehem ta’ residenti ta’ Għawdex u Kemmuna b’impjieg full-time fis-settur pubbliku kien fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; fil-qasam tal-edukazzjoni u fis-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q). Dan ammonta għal 80.7 fil-mija tas-settur pubbliku kollu. Min-naħa l-oħra, l-akbar proporzjon ta’ residenti ta’ Għawdex u Kemmuna  impjegati full-time fis-settur privat kienu jaħdmu fil-qasam tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; fil-qasam tat-trasport u l-ħżin; u fl-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I). Dan ammonta għal 29.8 fil-mija tas-settur privat kollu (Ċart nru 4a). Barra minn hekk, kemm l-irġiel kif ukoll in-nisa li kienu residenti f’Għawdex u Kemmuna u li ħadmu full-time kienu impjegati b’mod predominanti fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; fil-qasam tal-edukazzjoni u fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q) (Ċart nru 5a).

Bil-post tax-xogħol

Fl-2022, l-impjiegi full-time fir-reġjun ta’ Għawdex u Kemmuna laħqu t-13,661 biex bʼhekk urew żieda taʼ 4.8 fil-mija fuq l-2021 (Tabella nru 4). L-impjiegi full-time fis-settur privat kienu jgħoddu 70.8 fil-mija mit-total, filwaqt li l-irġiel li ħadmu f’dan is-settur ammontaw għal 44.7 fil-mija tat-total tal-impjiegi full-time f’Għawdex u Kemmuna (Ċarts nri 1 u 2 u Tabella nru 4). L-akbar sehem taʼ impjiegi full-time fis-settur privat kien fil-qasam tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; fil-qasam tat-trasport u l-ħżin; u fl-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I) bi 32.9 fil-mija. Fis-settur pubbliku, is-sehem tal-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; tal-qasam tal-edukazzjoni u tal-qasam tas-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q) kienu responsabbli għal 75.9 fil-mija (Ċart nru 4b). FʼGħawdex u Kemmuna, il-ħaddiema rġiel full-time kienu mħaddmin l-aktar fil-qasam tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; fil-qasam tat-trasport u l-ħżin; u fl-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I), filwaqt li n-nisa kienu mħaddmin l-aktar tal-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; tal-qasam tal-edukazzjoni u tal-qasam tas-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q) (Ċart nru 5b).

Ċart nru 2. L-impjiegi full-time fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna bis-settur, is-sess u s-sena

Ir-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li kienu jaħdmu full-time fʼMalta

Fl-2022, l-għadd taʼ residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li kienu jaħdmu Malta fuq bażi full-time kien taʼ 3,494, li minnhom 54.8 fil-mija kienu jaħdmu fis-settur pubbliku bil-bqija jkunu fis-settur privat (Tabelli nri 3 u 4 u Ċarts 3a-b). L-irġiel li kienu jaħdmu fis-settur privat kienu jgħoddu 29.3 fil-mija tar-residenti kollha taʼ Għawdex u Kemmuna li kienu jaħdmu full-time fʼMalta, filwaqt li n-nisa li kienu jaħdmu fi-settur pubbliku kienu jgħoddu 33.2 fil-mija tat-total (Ċart nru 3b).

Ċart nru 3a. L-impjiegi full-time tar-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna fir-reġjun taʼ Malta bis-settur, is-sess u s-sena

Ċart nru 3b. It-taqsim perċentwali tal-impjiegi full-time tar-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna fir-reġjun taʼ Malta bis-settur u s-sess: 2022

Fl-istess sena, 91.2 fil-mija taʼ dawk li kienu jaħdmu fis-settur pubbliku kienu fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; fil-qasam tal-edukazzjoni u fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q), filwaqt li 36.4 fil-mija taʼ dawk li kienu jaħdmu fis-settur privat kienu fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi u fl-attivitajiet ta servizz amministrattivi u ta sostenn (Taqsimiet tan-NACE M u N). Barra minn hekk, kemm l-irġiel u kemm in-nisa residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li kienu jaħdmu Malta full-time kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża; sigurtà soċjali obbligatorja; fil-qasam tal-edukazzjoni u fil-qasam tas-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali (Taqsimiet tan-NACE O, P u Q).

Ix-xogħol part-time taʼ residenti taʼ Għawdex u Kemmuna

It-taqsim perċentwali tal-impjiegi part-time ivarja minn attivita ekonomika għal oħra. Fl-2022, l-impjiegi part-time kollha tar-residenti ta’ Għawdex u Kemmuna ammontaw għal 6,079, li minnhom 60.2 fil-mija kienu impjieg sekondarji u l-bqija kienu impjiegi primarji (Tabella nru 3). Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi part-time tar-residenti ta’ Għawdex u Kemmuna, jew 31.7 fil-mija tagħhom, kienu fil-qasam tal-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut; tiswija ta’ vetturi bil-mutur u muturi; fil-qasam tat-trasport u l-ħżin; u fl-attivitajiet ta’ akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (Taqsimiet tan-NACE G, H u I). Dan deher kemm fl-impjiegi part-time primarji kif ukoll fʼdawk sekondarji (Ċart nru 7).

L-impjiegi

Fl-2022, l-impjiegi full-time taʼ impjegati tas-settur privat fir-reġuni taʼ Malta u taʼ Għawdex u Kemmuna kienu jgħoddu 55.5 fil-mija u 38.3 fil-mija tal-impjiegi kollha, rispettivament. L-impjiegi taʼ dawk li jaħdmu għal rashom full-time f’Malta, u f’Għawdex u Kemmuna kienu jagħmlu 8.5 u 11.8 fil-mija tal-impjiegi kollha, rispettivament. L-għadd kollu taʼ impjiegi part-time fir-reġjuni ta’ Malta, u ta’ Għawdex u Kemmuna kienu ta’ 66,415 u 5,634 rispettivament. Dawn l-ammonti jġibu 21.0 u 29.2 fil-mija tal-impjiegi kollha fir-reġjun rispettiv. Id-differenzi fit-taqsim tal-impjiegi (bis-settur, tip jew sess) bil-post tar-residenza u bil-post tax-xogħol jistgħu jkunu attribwiti l-aktar għall-ammont sinifikanti ta residenti ta Għawdex u Kemmuna li kienu jaħdmu fir-reġjun taʼ Malta (Tabelli nri 3 u 4). 

Il-persuni li kienu jirreġistraw għax-xogħol, bid-distrett (LAU 1)

Fl-2022, il-biċċa l-kbira tal-persuni qiegħda (27.0 fil-mija) kienu joqogħdu fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port bʼ282 persuna. Warajhom, kien hemm dawk tad-distrett tan-Nofsinhar tal-Port bʼ25.0 fil-mija (Tabella nru 5). L-akbar proporzjon taʼ persuni qiegħda dehru fil-kategorija tal-età taʼ dawk li kellhom minn ħamsin ʼil fuq billi kienu jgħoddu 34.0 fil-mija tat-total. Fʼtermini taʼ tul taʼ żmien tal-qgħad, id-distretti kollha rreġistraw l-ogħla proporzjonijiet fil-kategorija taʼ minn 0 sa 12-il ġimgħa (Ċart nru 8).

Additional Tables and Charts

Chart 4a. Full-time employment of Gozo and Comino residents by sector, industry and place of residence

2022

No Data Found

Chart 4b. Full-time employment in Gozo and Comino region by sector, industry and place of work

2022

No Data Found

Chart 5a. Full-time employment of Gozo and Comino residents by sex, industry and place of residence

2022

No Data Found

Chart 5b. Full-time employment in Gozo and Comino region by sex, industry and place of work

2022

No Data Found

Chart 6. Percentage distribution of full-time employment by region, industry and place of work

2022

No Data Found

Chart 7. Percentage distribution of part-time employment of Gozo and Comino residents by type, industry and place of residence

2022

No Data Found

Chart 8. Percentage distribution of registered unemployed by district (LAU 1), age and duration of unemployment as at end December 2022

Methodological Notes

1. All data in this News Release are in line with the European System of Accounts (ESA 2010) (ISBN 978-92-79-31242-7) and the manual on Regional Accounts Methods (ISBN 978-92-79-32357-7). The European System of National and Regional Accounts is an internationally compatible accounting framework for a systematic and detailed description of a total economy (whether this is a region, a country, or a group of countries), its components, and its relations with other total economies. Regional accounts are a regional specification of the corresponding accounts of the total economy.

2. The data provided in this release, including the relevant classifications, is based on administrative records held at Jobsplus and on the latest data published by the National Statistics Office i.e. News Release 084/2022 (issued on 12 May 2022) and News Release 083/2023 (issued on 12 May 2023). The information contained in this release is subject to revisions.

3. Full-time and part-time status is determined by the employer’s declaration (or that made by a self-employed person) in the engagement form which is required to be sent to Jobsplus upon commencement of employment.

4.
a.  Employment by place of work takes into account those persons who effectively work in the regions of Malta and Gozo and Comino respectively, irrespective of their locality/region of residence.
 
b. Employment by place of residence is based on employee residence as declared by the employer upon engagement with Jobsplus.
 
c. Gozo and Comino residents Commuter Workers (employed persons) is calculated using the following formula: Gozo and Comino Total employed persons by place of residence (Table 1) – Gozo and Comino Total employed persons by place of work (Table 2) – Maltese residents working in the Gozo and Comino region.
 
d. Gozo and Comino residents Commuter Workers (full-time employment) is calculated using the following formula: Gozo and Comino full-time employment by place of residence (Table 3) – Gozo and Comino full-time employment by place of work (Table 4) – Maltese residents working in the Gozo and Comino region.
 
During 2022, the total number of Maltese residents working in Gozo and Comino region amounted to 547.
 
5.  Registered Unemployed provides data on the number of persons actively seeking work through Jobsplus. The data includes Part I and Part II of the unemployment register: 
 
a. Part I of the unemployment register includes new job seekers who have left school, re-entrants into the labour market and individuals who have been made redundant by their former employers.
 
b. Part II of the unemployment register includes workers who have been dismissed from work due to disciplinary action, left work out of their own free will, refused work or training opportunities or were struck off the register after an inspection by the Law Enforcement personnel.
 
6. Labour Supply comprises the full-time registered employed population and the registered unemployed population.
 
7. Statistical Regions and Districts of MALTA.
 
The Nomenclature of Territorial Units for Statistics (NUTS) is a hierarchical classification which divides the economic territory of the European Union for the purpose of producing regional statistics that are comparable across the European Union (NUTS 1 to 3 levels). To meet the demand for statistics at a local level, Eurostat has created a system of Local Administrative Units (LAUs) that is compatible with NUTS.
 
NUTS 1   –   MALTA
NUTS 2   –   MALTA
NUTS 3   –  Malta Region 
Gozo and Comino Region
 
As indicated above NUTS 3 divides MALTA into two regions. In addition, LAU 1 divides MALTA into six districts and LAU 2 into 68 localities.
 
8. The industry classification of this news release is being published at NACE Rev. 2 at A*10/11. 
 
9.  Statistics in this news release should be interpreted in the context of the COVID-19 situation.
 
10. References to this news release are to be cited appropriately.
 
11.  A detailed news release calendar is available online.
Il-Provvista tal-Ħaddiema Reġjonali bil-Post tar-Residenza u tax-Xogħol: 2022
NR174/2023
Data tal-Ħruġ: 03 ta’ Ottubru 2023
Regional Labour Supply
  • Fl-2022, l-għadd sħiħ tal-persuni li kienu jaħdmu fʼMALTA kien taʼ 296,110, li huwa żieda taʼ 7.8 fil-mija meta mqabbel mas-sena taʼ qabel.
  • Meta mqabbel mal-2021, l-impjiegi full-time tar-residenti taʼ Malta żdiedu bi 8.6 fil-mija għal 245,059, filwaqt li r-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li kellhom impjieg full-time żdiedu bʼ5.7 fil-mija għal 17,702.
  • Fl-2022, l-impjiegi full-time fir-reġjun taʼ Malta kienu jgħoddu 249,100, li huma żieda taʼ 8.6 fil-mija mill-2021, filwaqt li fir-reġjun taʼ Għawdex u Kemmuna l-impjiegi full-time laħqu it-13,661, li huma żieda taʼ 4.8 fil-mija mill-2021.
  • Ir-residenti taʼ Għawdex u Kemmuna li kienu jaħdmu full-time fir-reġjun taʼ Malta kienu jgħoddu 3,494, li minnhom, 50.9 fil-mija kienu rġiel.
  • Matul l-2022, il-persuni jirreġistraw għax-xogħol kienu l-aktar fid-distrett tat-Tramuntana tal-Port (27.0 fil-mija).
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content