Home » L-Indikaturi Industrijali Bikrin: L-Ewwel Kwart tal-2023
Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Fl-ewwel kwart tal-2023, il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bʼ0.8 fil-mija fuq it-tliet xhur taʼ qabel. L-ogħla żjieda kienet irreġistrata fl-enerġija (4.5 fil-mija). Żjidiet oħra kienu rreġistrati wkoll fl-Oġġetti intermedji (4.3 fil-mija) u fl-Oġġetti kapitali (0.1 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fl-Oġġetti tal-konsum (2.7 fil-mija) (Tabella nru 1).
Fl-oqsma industrijali, l-għadd taʼ impjiegi aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bʼ1.2 fil-mija (Tabella nru 3). Matul dan il-perjodu, is-sigħat maħduma żdiedu bʼ0.8 fil-mija (Tabella nru 5), filwaqt li l-pagi u s-salarji gross naqsu bʼ0.9 fil-mija (Tabella nru 7).
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2022, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bi 15.9 fil-mija. L-ogħla żjieda, hawnhekk, kienet irrappurtata fl-Oġġetti intermedji (22.8 fil-mija), fl-Oġġetti kapitali (19.9 fil-mija), u fl-Oġġetti tal-konsum (12.0 fil-mija). Kien irreġistrat tnaqqis taʼ 0.3 fil-mija fl-enerġija (Tabella nru 2).
Sena għal sena, uriet ruħha żjieda taʼ 2.8 fil-mija fl-għadd taʼ impjiegi industrijali li ma kienx aġġustat għall-effetti tal-istaġun (Tabella nru 4). In-numru taʼ sigħat maħduma fl-industrija, li kien aġġustat għall-effetti tal-istaġun, żdied bi 2.7 fil-mija (Tabella nru 6), waqt li l-pagi u s-salarji gross aġġustati bil-jiem tax-xogħol telgħu bʼ9.7 fil-mija (Tabella nru 8).
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
Please provide a valid CSV file.
10. The calculation of growth rates from the indices table may slightly differ from the growth rates published due to rounding.
11. The data contained in this release should be considered as provisional and thereby subject to revision. Each release may include revisions of the past quarterly data in respect of a rolling two-year period.
12. As from January 2018, the index has been re-referenced from 2010 = 100 to 2015 = 100. Hence, news releases published before January 2018 cannot be directly compared with those published afterwards.
13. More information relating to this news release may be accessed at:
14. References to this news release are to be cited appropriately.
15. A detailed news release calendar is available online.