Home » L-Indikaturi Industrijali Bikrin: It-Tielet Kwart tal-2023
Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Fit-tielet kwart tal-2023, il-fatturat industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bi 3.4 fil-mija fuq it-tliet xhur taʼ qabel. Iż-żidiet kienu rreġistrati fil-gruppi industrijali ewlenin kollha. L-ogħla żieda kienet irreġistrata fl-Oġġetti kapitali (14.7 fil-mija). Warajha, kien hemm iż-żidiet fl-Oġġetti intermedji (5.4 fil-mija), fl-enerġija (1.3 fil-mija) u fl-Oġġetti tal-konsum (0.8 fil-mija) (Tabella nru 1).
Fl-oqsma industrijali, l-għadd taʼ impjiegi aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bʼ0.5 fil-mija (Tabella nru 3). Matul dan il-perjodu, is-sigħat maħduma naqsu bʼ0.5 fil-mija (Tabella nru 5), filwaqt li l-pagi u s-salarji gross naqsu bʼ1.3 fil-mija (Tabella nru 7).
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Meta mqabbel mal-istess tliet xhur tal-2022, il-fatturat industrijali aġġustat bil-jiem tax-xogħol żdied bʼ7.5 fil-mija. Iż-żidiet kienu rreġistrati fl-Oġġetti tal-konsum (12.1 fil-mija), fl-Oġġetti kapitali (10.2 fil-mija) u fl-Oġġetti intermedji (6.9 fil-mija). Sadattant, kien irreġistrat tnaqqis taʼ 3.4 fil-mija fl-enerġija (Tabella nru 2).
Sena għal sena, kienet irreġistrata żieda taʼ 2.4 fil-mija fl-għadd taʼ impjiegi industrijali li ma kienx aġġustat għall-effetti tal-istaġun (Tabella nru 4). In-numru taʼ sigħat maħduma fl-industrija u l-pagi u s-salarji gross, aġġustati bil-jiem tax-xogħol, żdiedu bʼ0.6 fil-mija (Tabella nru 6) u bi 8.9 fil-mija (Tabella nru 8), rispettivament.
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
Main industrial groupingenter | Turnover | Employment |
Wages and salaries |
Hours worked |
Intermediate goods | 35.8 | 31.9 | 31.4 | 33.8 |
Energy | 13.7 | 4.3 | 5.6 | 4.8 |
Capital goods | 17.3 | 22 | 24.6 | 22.2 |
Consumer goods | 33.2 | 41.8 | 38.4 | 39.2 |
Durable consumer goods | 2.3 | 6.4 | 2.9 | 4.4 |
Non-durable consumer goods | 30.9 | 35.4 | 35.5 | 34.8 |
Total industry | 100 | 100 | 100 | 100 |
10. The calculation of growth rates from the indices table may slightly differ from the growth rates published due to rounding.
11. The data contained in this release should be considered as provisional and thereby subject to revision. Each release may include revisions of the past quarterly data in respect of a rolling two-year period.
12. As from January 2018, the index has been re-referenced from 2010 = 100 to 2015 = 100. Hence, news releases published before January 2018 cannot be directly compared with those published afterwards.
13. More information relating to this news release may be accessed at:
14. A detailed news release calendar is available online.
15. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
16. For further assistance send your request through our online request form.