Id-Direttur Ġenerali huwa l-Kap tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika u għandu r-rapreżentazzjoni legali tiegħu. L-Att tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta tas-sena Elfejn jagħmel dispożizzjoni għal din il-pożizzjoni f’Artiklu 9.
Staff
L-NSO huwa l-fergħa eżekuttiva tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta li jieħu l-mandat tiegħu mill-Att tal-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta, Kap. 422 tal-Liġijiet ta’ Malta. L-NSO huwa mmexxi mid-Direttur Ġenerali u huwa magħmul minn sitt Direttorati: l-Istatistika tal-Ekonomija, l-Istatistika tal-Kummerċ, l-Istatistika Soċjali, ir-Riżorsi tad-Data, IT, u Metodoloġija , s-Servizzi Korporattivi, u l-Finanzi. L-ewwel tliet direttorati huma responsabbli mill-oqsma tal-istatistika. Id-Direttorat tar-Riżorsi tad-Data, IT, u Metodoloġija għandu r-responsabbiltà li jgħin lit-taqsimiet fl-immaniġġjar tad-data u fi problemi ta’ metodoloġija, filwaqt li jgħin ‘l Uffiċċju jilħaq livell ogħla ta’ effiċjenza f’termini ta’ pproċessar u infrastruttura tal-IT. Id-Direttorat tas-Servizzi Korporattivi jagħti appoġġ laterali lit-taqsimiet kollha f’materji li jkollhom x’jaqsmu mar-riżorsi umani, il-finanzi, l-ipprokurar u l-amministrazzjoni mentri d-direttorat tal-Finanzi huwa responsabbli għall-kwistjonijiet finanzjarji. Ħames taqsimiet jirrapportaw lid-Direttur Ġenerali, filwaqt li l-uffiċċju tiegħu jissorvelja u jittratta materji tat-taqsimiet tekniċi u l-funzjonijiet orizzontali.
• It-Taqsima tal-Maniġment Ċentrali • Uffiċċju Legali • Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali
Id-Direttorat tal-Istatistika tal-Ekonomija
• Bilanċ tal-Pagamenti • Metodi, Standards u Kontijiet tas-Setturi tal-Kontijiet Nazzjonali • Produzzjoni tal-Kontijiet Nazzjonali • Statistika tal-Prezzijiet • Finanzi Pubbliċi
Id-Direttorat tal-Istatistika tan-Negozju, Settorjali u Reġjonali
• Reġistru tan-Negozji, Riċerka u Innovazzjoni • Ambjent, Biedja u Sajd • Regjonali, Ġeospazjali, Enerġija u Trasport • Statistika Bikrija tan-Negozju • Statistika Strutturali tan-Negozju • Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija
Id-Direttorat tal-Istatistika Soċjali
• Edukazzjoni u Sigurtà tal-Komunità • Suq tax-Xogħol u Soċjetà tal-Informazzjoni • Kundizzjonijiet tal-Għajxien u t-Turiżmu • Popolazzjoni u Migrazzjoni • Kultura u Ġbir tad-Data tat-Turiżmu