News Releases

Studenti fʼEdukazzjoni post-Sekondarja u Terzjarja: 2021-2022
NR195/2023
Data tal-Ħruġ: 07 taʼ Novembru 2023
Ir-reġistrazzjonijiet ta’ studenti f’istituzzjonijiet postsekondarji u terzjarji matul is-sena akkademika 2021-2022 żdiedu bi 2.5 fil-mija fuq is-sena akkademika ta’ qabel, u b’kollox laħqu 28,645.

Fashion students being attentive in class at the college

In-numru ta’ studenti rreġistrati fil-livell postsekondarju kien ta’ 9,610, filwaqt li 19,035 kienu rreġistrati fl-edukazzjoni terzjarja. L-ammont taʼ rġiel irreġistrati qabżu dak tan-nisa fl-edukazzjoni postsekondarja bʼ1.3 punti perċentwali, filwaqt li fl-edukazzjoni terzjarja kien hemm aktar nisa rreġistrati milli rġiel bʼ16.1-il punt perċentwali (Tabella nru 1).

Studenti post-Sekondarji

Studenti postsekondarji rreġistrati fʼsixth forms u fʼistituzzjonijiet postsekondarji oħra ammontaw għal 9,610 matul is-sena akkademika 2021-2022, żieda ta’ inqas minn 0.1 fil-mija fuq is-sena akkademika taʼ qabel (Tabella nru 1). Din is-sena ta’ referenza rat aktar reġistrazzjonijiet taʼ rġiel milli taʼ nisa fil-livell postsekondarju, għall-kuntrarju tas-sentejn skolastiċi taʼ qabel (Ċart nru 1).

L-akbar proporzjon ta’ studenti postsekondarji kienu taħt l-20 sena (88.9 fil-mija) (Tabella nru 2). Studenti barranin irreġistrati fʼistituzzjonijiet bħal dawn kienu jammontaw għal 1,160, ekwivalenti għal 12.1 fil-mija tal-istudenti kollha rreġistrati fil-livell postsekondarju (Tabella nru 3).

Ċart nru 1. Studenti fil-livell postsekondarju bis-sena akkademika u s-sess

No Data Found

Nota: post-Sekondarja tirreferi għal ISCED 2-4; irreferi għan-nota metodoloġika 4.

Is-sehem ta’ studenti ta’ bejn is-16 u s-17-il sena rreġistrati fil-livell post-sekondarju kien jammonta għal 75.6 fil-mija tal-popolazzjoni residenti tal-istess età. Is-sehem tal-popolazzjoni femminili ta’ bejn is-16 u s-17-il sena rreġistrata f’livell post-sekondarju kien ogħla mis-sehem tal-irġiel b’7.3 punti perċentwali (Ċart nru 2).

Ċart nru 2. Sehem taʼ studenti taʼ 16-17-il sena rreġistrati fʼlivell postsekondarju fi ħdan il-popolazzjoni residenti tal-istess età, bis-sess

sena akkademika 2021-2022

Noti:

  1. post-Sekondarja tirreferi għal ISCED 2-4; irreferi għan-nota metodoloġika 4.
  2. Is-sehem taʼ studenti taʼ bejn is-16 u s-17-il sena huwa maħdum fʼrelazzjoni maċ-ċifri tal-popolazzjoni residenti fl-istess kategorija taʼ età. Għad-definizzjoni ta’ ‘popolazzjoni residenti’ rreferi għan-nota metodoloġika 9.

Il-maġġoranza l-kbira tal-istudenti fil-livell postsekondarju kienu rreġistrati fʼistituzzjonijiet immexxija mill-istat (86.2 fil-mija). Ftit aktar minn nofs l-istudenti kienu rreġistrati fʼkorsijiet jew programmi ta’  studju bʼorjentazzjoni vokazzjonali (51.6 fil-mija) (Tabella nru 4). L-aktar qasam taʼ studju popolari fost studenti li segwew programm vokazzjonali kien dak tas-Servizzi (26.1 fil-mija), segwit minn studenti rreġistrati fi programmi relatati mal-oqsma tal- Inġinerija, manifattura u kostruzzjoni (16.3 fil-mija) u s-Saħħa u l-benesseri’ (14.7 fil-mija) (Ċart nru 3).

Ċart nru 3. Taqsim perċentwali taʼ studenti fil-livell postsekondarju vokazzjonali, bil-qasam taʼ studju

sena akkademika 2021-2022

No Data Found

Noti:

  1. post-Sekondarju vokazzjonali jinkludi biss ISCED 25, ISCED 35 u ISCED 45.
  2. Għal informazzjoni dwar edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni vokazzjonali, u oqsma taʼ studju, irreferi għan-noti metodoloġiċi 9 u 13.
  3. Il-persentaġġi jistgħu ma jgħoddux għal mija fil-mija minħabba l-arrotondament.

Studenti Terzjarji

L-istudenti rreġistrati fʼkorsijiet ta’ livell terzjarju ammontaw għal 19,035 matul is-sena akkademika 2021-2022, żieda ta’ 3.8 fil-mija meta mqabblin mas-sena akkademika 2020-2021. L-istudenti nisa kienu jagħmlu 58.1 fil-mija tal-istudenti kollha rreġistrati fil-livell terzjarju (Ċart nru 4).

Ċart nru 4. Taqsim perċentwali tal-karatteristiċi tal-profil tal-istudenti fil-livell terzjarju

sena akkademika 2021-2022

Sess:

No Data Found

Grupp tal-età:

No Data Found

Ċittadinanza:

No Data Found

Noti:

  1. Terzjarju jirreferi għal ISCED 5-8; irreferi għan-nota metodoloġika 5.
  2. Għal informazzjoni fuq ISCED irreferi għan-noti metodoloġiċi 9 u 13.

In-numru ta’ studenti fʼdan il-livell li kienu qed jistudjaw fuq bażi full-time kien jammonta għal 12,624, jew 66.3 fil-mija tat-total. Ir-reġistrazzjonijiet part-time wrew żieda ta’ 1.1 fil-mija fuq is-sena akkademika taʼ qabel.

L-akbar proporzjon ta’ studenti terzjarji kienu jsegwu korsijiet fil-livell ISCED 6 (Baċellerat jew ekwivalenti) (52.8 fil-mija), segwit mil-livell ISCED 7 (Masters jew ekwivalenti) bi 32.5 fil-mija (Tabella nru 5). Aktar minn nofs l-istudenti rreġistrati fil-livell terzjarju kellhom bejn l-20 u d-29 sena (53.7 fil-mija) (Ċart nru 4; Tabelli 5-6). L-ammont taʼ studenti nisa qabżu l-ammont taʼ studenti rġiel fi kważi kull livell terzjarju tal-ISCED, ħlief għal ISCED 8 (ekwivalenti għal PhD) (Ċart nru 5).

Ċart nru 5. Taqsim perċentwali tal-istudenti fil-livell terzjarju bil-livell ISCED u s-sess

sena akkademika 2021-2022

No Data Found

Noti:

  1. Terzjarju jirreferi għal ISCED 5-8; irreferi għan-nota metodoloġika 5.
  2. Għal informazzjoni ISCED irreferi għan-noti metodoloġiċi 9 u 13.

Matul is-sena akkademika 2021-2022, l-istudenti barranin fil-livell terzjarju ammontaw għal 4,709, ekwivalenti għal 24.7 fil-mija tar-reġistrazzjonijiet terzjarji kollha, fejn 13.1 fil-mija kienu ċittadini oħra tal-UE u 11.6 fil-mija kienu ċittadini mhux tal-UE (Ċart nru 4). Dan irriżulta f’żieda ta’ 7.1 punti perċentwali ta’ studenti barranin fuq is-sena akkademika taʼ qabel (Tabella nru 7).

Fil-livell terzjarju, il-qasam ta’ studju tan-Negozju, amministrazzjoni u liġi kien dak l-aktar popolari b’5,196 student, jew 27.3 fil-mija tan-numru totali ta’ studenti. Dan kien segwit mill-qasam tas-Saħħa u l-benesseri b’4,052 student, jew 21.3 fil-mija tat-total. Il-qasam taʼ studju l-anqas popolari fil-livell terzjarju kien dak tal-Agrikoltura, forestrija, sajd u veterinija bʼ0.3 fil-mija biss (Ċart nru 6).

Noti:

  1. Terzjarju jirreferi għal ISCED 5-8; irreferi għan-nota metodoloġika 5.
  2. Għal informazzjoni dwar l-oqsma ta’ studju, irreferi għan-noti metodoloġiċi 9 u 13.
  3. Il-persentaġġi jistgħu ma jgħoddux għal mija fil-mija minħabba l-arrotondament.

Ċart nru 6. Taqsim perċentwali tal-istudenti fil-livell terzjarju bil-qasam taʼ studju

sena akkademika 2021-2022

No Data Found

Methodological Notes

1. Education statistics presented in this news release are processed by the National Statistics Office (NSO) on an annual basis in accordance with Regulation (EC) No 452/2008 and (EU) 912/2013. These regulations establish the basis of information to be collected from educational institutions at all levels of education and all economic sectors. By adhering to these regulations, all education statistics collected and processed by the NSO are comparable to other European countries following the same regulatory standards.

2. This news release includes students enrolled in formal education with a minimum duration of one semester of full-time study (or the equivalent in part-time) and that are delivered from Malta.

3. Data collection covers all students enrolled in the respective institutions as at 31st March of the reference academic year.

4. For the purpose of this news release, post-secondary level refers to students enrolled in Sixth Forms, the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), University of Malta, and other public and private institutions offering courses at ISCED levels 2 to 4 (also refer to point 9).

5. For the purpose of this news release, tertiary level refers to students enrolled at the Malta College of Arts, Science and Technology (MCAST), Institute of Tourism Studies (ITS), University of Malta, and other public and private institutions offering courses at ISCED levels 5 to 8 (also refer to point 9).

6. The population of educational institutions considered for the purpose of this news release include institutions delivering formal education programmes from Malta at post-secondary and tertiary level:

Academic Year
2019-2020 2020-20212021-2022
Total number of institutions offering courses at post-secondary and tertiary education55 5259
of which:
         Offering courses at post-secondary education (ISCED 2-4)28 2428
         Offering courses at tertiary education (ISCED 5-8)36 3543
Notes:
  1. Institutions are considered based on them offering formal education courses having a minimum duration of one semester of full-time study (or the equivalent in part-time) and that are delivered from Malta.
  2. Institutions offering courses at both post-secondary and tertiary are counted in each category. Therefore, total refers to the unique number of institutions and does not tally with the summation of the sub-categories.

7. Education Statistics data is provided by NSO to Eurostat on an annual basis in a dedicated questionnaire as established by Regulation (EC) No 452/2008 and (EU) 912/2013.

8. Owing to the UK’s exit from the European Union (with effect from 1 February 2020), UK data is statistically classified as Non-EU as from academic year 2019-2020 in the tables relating to citizenship. Comparability between periods should be treated with caution.

9. Definitions:

● Education means organised and sustained communication designed to bring about learning (vide Regulation (EC) No. 452/2008).

● Formal education is an institutionalised, intentional and planned type of education which is provided by public organisations and recognised private bodies. It consists primarily of initial education designed for children and young people before their first entry to the labour market. It also includes other types of education such as vocational, special needs and adult education provided they are recognised as part of the formal education system by the relevant national education authorities.

● International Standard Classification of Education – ISCED 2011 is a framework for assembling, compiling, and analysing cross-nationally comparable statistics on education. ISCED belongs to the United Nations International Family of Economic and Social Classifications and is the reference classification for organising education programmes and related qualifications by levels and fields of education. ISCED is designed to serve as a framework to classify educational activities as defined in programmes and the resulting qualifications into internationally agreed categories. For more information refer to the ISCED 2011 manual.

ISCED levels are based on ISCED 2011 classification:

ISCED 0 – Early childhood and pre-primary education
ISCED 1 – Primary education
ISCED 2 – Lower secondary education
ISCED 3 – Upper secondary education
ISCED 4 – Post-secondary non-tertiary education
ISCED 5 – Short-cycle tertiary education
ISCED 6 – Bachelor’s or equivalent level
ISCED 7 – Master’s or equivalent level
ISCED 8 – Doctoral or equivalent level 

● Age is calculated as at 1st January of the reference academic year. For example, for academic year 2021-2022, age is calculated as at 1st January 2022.

● General education is defined as educational programmes that are designed to develop learners’ general knowledge, skills and competencies, as well as literacy and numeracy skills, often to prepare participants for more advanced education programmes at the same or a higher ISCED level and to lay the foundation for lifelong learning. These programmes are typically school-based or college-based. General education includes education programmes that are designed to prepare participants for entry into vocational education but do not prepare for employment in a particular occupation, trade or class of occupations or trades, nor lead directly to a labour market-relevant qualification.

● Vocational education is defined as educational programmes that are designed for learners to acquire the knowledge, skills and competencies specific to a particular occupation, trade, or class of occupations or trades. Such programmes may have work-based components (e.g. apprenticeships, dual-system education programmes). Successful completion of such programmes leads to labour market-relevant, vocational qualifications acknowledged as occupationally oriented by the relevant national authorities and/or the labour market.

● Fields of study (ISCED Fields of Education and Training 2013): The ISCED Fields of Education and Training 2013 classifies educational programmes and related qualifications by fields of study. A field is the broad domain, branch or area of content covered by an education programme or qualification. For more information refer to the International Standard Classification of Education – Fields of education and training 2013 (ISCED-F 2013).

● Resident population refers to the total population of all persons residing in the Maltese Islands during the reference period. The concept of residence refers to the place where a person normally spends the daily period of rest, regardless of temporary absences for purposes of recreation, holidays, visits to friends and relatives, business, medical treatment or religious pilgrimage. Usual residents of a specific geographical area are those who have lived in their place of usual residence for a continuous period of at least 12 months before the reference time or those who arrived in their place of usual residence during the 12 months before the reference time with the intention of staying there for at least one year.

Population estimates used in this news release are based on the end of year 2021 estimate which have been revised as a result of the latest Census of Population and Housing. The revised estimate for 2021 supersedes previous estimates published for this reference year. This updated estimate results from the ongoing intercensal revisions of the population time series. Due to the revision of the 2021 population estimate there is now a temporary break in series. It is therefore currently not possible to compare the estimates on the share of students within the population with previously published news releases.

● Locality of residence: The locality of residence is the locality where students are residing during the academic year, as registered by the institution. Students registering a foreign address of residence are reported as ‘foreign residence’, whilst students having missing information relating to the locality of residence are reported as students with an unspecified locality.

10. Totals/percentages may not add up due to rounding.

11. Data for 2021-2022 may be revised.

12. References to this news release are to be cited appropriately.

13. More information relating to this release may be accessed at:

Sources and Methods
ISCED 2011 Classification
ISCED Fields of Education and Training 2013
LAU Classification

14. European statistics related to students are available here.

15. More information is available from the NSO upon written request.

16. A detailed news release calendar is available online.

Studenti fʼEdukazzjoni post-Sekondarja u Terzjarja: 2021-2022
NR195/2023
Data tal-Ħruġ: 07 taʼ Novembru 2023
Fashion students being attentive in class at the college
  • B’kollox ġew irreġistrati 28,645 student f’livelli ta’ edukazzjoni postsekondarja u terzjarja.
  • Il-maġġoranza tal-istudenti rreġistrati fil-livelli postsekondarji u terzjarji kienu nisa (55.1 fil-mija).
  • Il-qasam ta’ studju l-aktar popolari fi programmi vokazzjonali fil-livell postsekondarju kien dak tas-Servizzi (26.1 fil-mija), filwaqt li l-aktar qasam ta’ studju popolari fil-livell terzjarju kien dak tan-Negozju, amministrazzjoni u liġi (27.3 fil-mija).
  • It-total taʼ studenti barranin kien jammonta għal 20.5 fil-mija tal-istudenti kollha rreġistrati fil-livelli postsekondarji u terzjarji.
  • L-akbar sehem ta’ reġistrazzjonijiet terzjarji kien magħmul minn studenti ta’ bejn l-20 u l-24 sena (39.4 fil-mija).
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content