Home » EU-SILC 2023: Stimi tad-Deprivazzjoni Materjali u Problemi tad-Djar
L-Istħarriġ tal-Istatistika Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) għandu l-għan li jiġbor tagħrif komparabbli dwar id-dħul, is-saħħa u d-diżabbilità, l-impjiegi, u d-deprivazzjoni materjali. L-istatistika Ewropea dwar id-deprivazzjoni materjali hija msejsa fuq kemm il-familji jaħsbu, jew ma jaħsbux, li jistgħu jaffordjaw għadd ta’ ħwejjeġ standard minn sett ta’ 13-il ħaġa. Dawn il-ħwejjeġ standard kienu stabbiliti fil-livell Ewropew bħala l-aktar komponenti rilevanti għall-kejl tad-deprivazzjoni materjali u soċjali (Tabella nru 1). Minn dawn il-komponenti tal-EU-SILC joħorġu żewġ indikaturi ewlenin, jiġifieri l-indikatur tad-Deprivazzjoni Materjali u Soċjali u l-indikatur tad-Deprivazzjoni Materjali u Soċjali Severa.
Xi ħadd li jgħix f’dar privata jitqies li huwa mċaħħad materjalment u soċjalment jekk huwa ma jkunx jaffordja mill-inqas ħamsa mit-13-il fattur tad-deprivazzjoni materjali u soċjali, filwaqt li dawk li ma jkunux jaffordjaw mill-inqas sebgħa minn dawn il-fatturi jitqiesu li huma mċaħħda materjalment u soċjalment bʼmod sever. Fl-2023, ir-rata ta’ deprivazzjoni materjali u soċjali kienet ta’ 9.2 fil-mija, filwaqt li r-rata ta’ deprivazzjoni materjali u soċjali severa kienet ta’ 4.1 fil-mija; tnaqqis ta’ 0.4 punti perċentwali u 0.8 punti perċentwali, rispettivament, meta mqabblin mal-2022 (Tabella nru 2).
B’rabta mal-fatturi speċifiċi tad-deprivazzjoni, 30.0 fil-mija tal-popolazzjoni mistħarrġa stqarret li l-familja tagħha ma taffordjax tħallas għal btala ta’ ġimgħa fis-sena ‘l bogħod mid-dar. Barra minn hekk, 15.9 fil-mija stqarrew li l-familja tagħhom ma tistax tħallas spiża finanzjarja mhux mistennija ta’ €770 u aktar. Barra minn hekk, 6.8 fil-mija ma kinux jaffordjaw li jżommu d-dar sħuna biżżejjed fix-xitwa u 5.7 fil-mija oħra ta’ dawk li wieġbu stqarrew li familthom kienet waqgħet lura fil-ħlas tad-dejn fuq darhom jew il-kera, kontijiet tas-servizzi tad-dar, ħlasijiet ta’ xiri bin-nifs jew ħlasijiet oħra ta’ self.
fl-aħħar sebaʼ snin 1
No Data Found
1 Ara n-nota metodoloġika nru 7.
L-indikaturi personali tad-deprivazzjoni materjali
Sar magħruf li fl-2023 anqas minn 5.7 fil-mija tal-popolazzjoni mistħarrġa qalet li l-familja tagħha ma setatx taffordja l-bżonnijiet l-aktar meħtieġa, bħat-tibdil taʼ ħwejjeġ użati mʼoħra ġodda (mhux użati), jew li jkollhom żewġ pari żraben li jiġuhom sewwa (inkluż par żarbun li jkun tajjeb għal kull temp) (Tabella nru 1).
Fl-2023, 5.6 fil-mija tat-tfal kienu joqogħdu fʼfamilji li kienu fʼdeprivazzjoni materjali u soċjali severa. Barra dawn, 3.7 fil-mija tal-adulti li kellhom bejn it-18 u l-64 sena, u 4.5 fil-mija taʼ dawk li kellhom 65 sena u aktar kienu wkoll meqjusin li huma fʼdeprivazzjoni materjali u soċjali severa (Ċart nru 2).
Sena taʼ riferenza: 2023
No Data Found
fl-aħħar sitt snin 1
No Data Found
1 Ara n-nota metodoloġika nru 7.
Sena taʼ riferenza: 2023 (Minn 16-il sena ʼl fuq)
No Data Found
Dwar l-indikaturi li jixħtu dawl fuq il-kwalità tal-ħajja, 6.7 fil-mija wrew li ma kinux jaffordjaw li jmorru jixorbu jew jieklu maʼ ħbieb jew familjari għall-inqas darba fix-xahar, filwaqt li 11.1 fil-mija stqarru li ma setgħux jieħdu sehem bʼmod regolari fʼattivitajiet tal-mogħdija taʼ żmien (bħal sport jew imorru xi kunċert). Fʼkull indikatur tal-kwalità tal-ħajja, ir-rata tan-nisa li ma kinux jaffordjawhom kienet ogħla minn dik tal-irġiel (Tabella nru 3). Dwar jekk setgħux jonfqu somma żgħira taʼ flus kull ġimgħa għalihom infushom u jekk kinux imqabbdin mal-internet għal użu personali fid-dar, 11.9 fil-mija u 1.4 fil-mija, rispettivament, stqarrew li ma kinux jaffordjawhom. Fost dawk fl-età taʼ 65 sena u akbar kien hemm l-ogħla rata taʼ dawk li ma kinux jaffordjaw jonfqu somma żgħira taʼ flus għalihom infushom (13.7 fil-mija). Barra dawn, 2.3 fil-mija taʼ dawk ʼil fuq minn 65 sena ma kinux jifilħu għal konnessjoni tal-internet għal użu personali fid-dar (Tabella nru 4).
Problemi bid-dar ewlenija
Il-familji kienu mitlubin ukoll jgħidu jekk kellhomx problemi bid-dar ewlenija tagħhom. Dwar dan instab li, fl-2023, l-aktar problemi li kienu qegħdin iġarrbu n-nies bʼrabta maʼ fejn joqogħdu kienu t-tniġġis, il-ġmied u problemi oħra ambjentali (34.6 fil-mija) u storbju mill-ġirien jew mit-triq bi 30.5 fil-mija. Kien hemm ukoll 9.0 fil-mija tal-familji li stqarrew li darhom kienet wisq imdallma jew li ma kinitx imdawla biżżejjed, filwaqt li 7.6 fil-mija semmew li kellhom problema bil-kriminalità, il-vjolenza jew il-vandaliżmu fl-inħawi tagħhom, (Ċart nru 5).
Sena taʼ riferenza 2023
No Data Found
Fost dawk li qalu li kellhom problemi bid-dar ewlenija tagħhom, 45.6 fil-mija stqarrew li darhom kellha mill-inqas problema waħda. Din hija żieda taʼ 3.0 punti perċentwali meta mqabbla mas-sena taʼ qabel (Ċart nru 6).
fl-aħħar sentejn 1
2022
No Data Found
2023
No Data Found
1 Ara n-nota metodoloġika nru 7.