L-EU-SILC 2025: Indikaturi Ewlenin
Mill-EU-SILC 2024, iddaħħal titjib metodoloġiku biex il-popolazzjoni residenti tkun irrappreżentata aħjar biċ-ċittadinanza permezz ta’ kalibrazzjoni separata tar-residenti Maltin u barranin. Dan jippermetti, għall-ewwel darba, it-tixrid ta’ indikaturi ewlenin magħżula kemm għall-popolazzjoni totali kif ukoll għaċ-ċittadini Maltin. Madankollu, minħabba limitazzjonijiet tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ rappreżentanza, ma tistax tinħareġ analiżi fid-dettall għall-popolazzjoni barranija.
It-tqassim skont iċ-ċittadinanza ppreżentat f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet huwa disponibbli għall-2024 u l-2025, u t-tqabbil mad-data ta’ qabel tal-EU-SILC għandu jsir b’kawtela. Aktar tagħrif dwar il-metodoloġija huwa pprovdut fl-Avviż ta’ Tagħrif għall-Istampa maħruġ fit-30 ta’ Marzu 2026.

- Mill-EU-SILC 2025, ħareġ li l-limitu tar-riskju tal-faqar (ARPT) kien taʼ €13,220.34.
- Fl-2025 l-għadd taʼ persuni f’riskju ta’ faqar, li jgħixu fi djar privati, kien stmat għal 16.9 fil-mija tal-popolazzjoni fil-mira, biex bʼhekk baqa bħalma kien fl-2024.
- Mill-EU-SILC 2025, ħareġ li r-rata taʼ persuni fʼriskju taʼ faqar jew esklużjoni soċjali (AROPE) kienet taʼ 19.4 fil-mija, tnaqqis taʼ 0.2 punti perċentwali fuq l-2024.
L-EU-SILC 2025: Indikaturi Ewlenin
L-EU-SILC 2025: Indikaturi Ewlenin
Mill-EU-SILC 2024, iddaħħal titjib metodoloġiku biex il-popolazzjoni residenti tkun irrappreżentata aħjar biċ-ċittadinanza permezz ta’ kalibrazzjoni separata tar-residenti Maltin u barranin. Dan jippermetti, għall-ewwel darba, it-tixrid ta’ indikaturi ewlenin magħżula kemm għall-popolazzjoni totali kif ukoll għaċ-ċittadini Maltin. Madankollu, minħabba limitazzjonijiet tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ rappreżentanza, ma tistax tinħareġ analiżi fid-dettall għall-popolazzjoni barranija.
It-tqassim skont iċ-ċittadinanza ppreżentat f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet huwa disponibbli għall-2024 u l-2025, u t-tqabbil mad-data ta’ qabel tal-EU-SILC għandu jsir b’kawtela. Aktar tagħrif dwar il-metodoloġija huwa pprovdut fl-Avviż ta’ Tagħrif għall-Istampa maħruġ fit-30 ta’ Marzu 2026.
It-tqassim skont iċ-ċittadinanza ppreżentat f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet huwa disponibbli għall-2024 u l-2025, u t-tqabbil mad-data ta’ qabel tal-EU-SILC għandu jsir b’kawtela. Aktar tagħrif dwar il-metodoloġija huwa pprovdut fl-Avviż ta’ Tagħrif għall-Istampa maħruġ fit-30 ta’ Marzu 2026.
Daħla
L-Istħarriġ tal-Istatistika Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) isir kull sena mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fost nies li joqogħdu fi djar privati f’Malta u Għawdex. L-għan tiegħu huwa li jiġbor tagħrif, li jkun jistaʼ jitqabbel, dwar id-dħul, is-saħħa, il-ġid tan-nies, ix-xogħol, u d-deprivazzjoni materjali.
L-istatistika Ewropea dwar id-deprivazzjoni materjali hija msejsa fuq il-ħila jew in-nuqqas tagħha, dejjem kif mifhuma min-nies infushom, tal-familji li jaffordjaw għadd ta’ oġġetti minn sett ta’ 13-il oġġett standard. Minn dawn il-komponenti, joħorġu żewġ kostruzzjonijiet ewlenin, li huma d-deprivazzjoni materjali u soċjali (MSD), u l-indikatur tad-deprivazzjoni materjali u soċjali severa (SMSD). Fl-2025 ir-rata tal-MSD kienet ta’ 8.7 fil-mija, filwaqt li r-rata tal-SMSD kienet ta’ 4.1 fil-mija.
L-istatistika dwar id-dħul tirreferi għas-sena ta’ riferenza 2024, filwaqt li l-komponenti li mhumiex tad-dħul jirreferu għall-2025, li hija s-sena taʼ meta nġabar dan it-tagħrif.
Id-dħul tal-familji
Għas-sena li tirreferi għad-dħul fl-2024, id-dħul gross medju tal-familji kien stmat li jilħaq il-€50,594. Min-naħa l-oħra, l-istima tad-dħul disponibbli medju tal-familji kienet ta’ €40,300. Id-dħul disponibbli huwa mfisser bħala l-ammont ta’ flus fil-but tal-familji, wara li jkunu tnaqqsu t-taxxi, il-kontribuzzjonijiet soċjali u l-allemonji (Tabella nru 1).
Id-dħul mix-xogħol kien jilħaq 82.3 fil-mija tad-dħul gross kollu tal-familji, fis-sena 2024. Is-sehem tal-benefiċċji soċjali (inklużi l-benefiċċji tax-xjuħija), min-naħa l-oħra, kien jammonta għal 13.9 fil-mija tad-dħul gross kollu tal-familji (Tabella nru 2, Ċart nru 1).
Noti:
- Għad-dettalji tat-tibdil fil-metodoloġija li daħal wara ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, ara nota nru 7 fil-metodoloġija.
- Għad-dettalji dwar il-waqfa fis-serje, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Id-Dħul Ekwivalizzat Nazzjonali (NEI)
In-NEI ta’ familja jindika d-dħul disponibbli kollu tal-familja li jinqasam bid-“daqs ekwivalenti” tagħha (imsejjaħ ukoll unitajiet ta’ konsum). In-NEI iqis id-daqs u t-tqassim tal-età tal-membri tal-familja. Il-ko-effiċjent Gini huwa wieħed mill-kejlijiet tal-inugwaljanza fid-dħul li jvarja bejn 0 u 100 fil-mija. Ko-effiċjent Gini ta’ 0 fil-mija juri tqassim perfettament ugwali tad-dħul. Min-naħa l-oħra, ko-effiċjent Gini ta’ 100 fil-mija juri li hemm inugwaljanza sħiħa fid-dħul.
Il-proporzjon S80/S20, li jqabbel il-medja tad-Dħul Ekwivalizzat Nazzjonali (NEI) tal-ogħla u l-inqas 20 fil-mija ta’ dawk li kellhom dħul, kien ikkalkulat għal 4.5 (Tabella nru 1).
Il-ko-effiċjent Gini għal Malta, kif maħruġ mill-EU-SILC 2025, naqas bi 2.1 punti perċentwali għal 29.2 fil-mija, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
In-nuqqas taʼ flus (ARP)
Ir-rata tar-riskju tal-faqar (ARP) tfisser l-għadd taʼ persuni bi dħul disponibbli ekwivalizzat li jkun taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar (ARPT), li qiegħed 60 fil-mija tad-dħul disponibbli ekwivalizzat medjan nazzjonali wara t-trasferimenti soċjali. Għaldaqstant, dawk li wieġbu għall-EU-SILC u li n-NEI tagħhom jaqa’ taħt dan il-limitu jitqiesu li huma f’riskju ta’ faqar.
L-ARPT maħruġ mill-EU-SILC 2025 kien stmat għal €13,220, li huwa 11.8 fil-mija ogħla meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Fuq il-bażi tas-sena tad-dħul 2024, l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar li joqogħdu Malta kien stmat għal 95,157 jew 16.9 fil-mija tal-popolazzjoni fil-mira. Meta tqiesu ċ-ċittadini Maltin li jgħixu fi djar privati, 57,253 persuna kienu f’riskju ta’ faqar, li jiġu 14.4 fil-mija ta’ din il-popolazzjoni (Tabella nru 3).
Ir-rati tal-ARP għall-irġiel u n-nisa tqiesu fid-daqs taʼ 16.8 fil-mija u 17.0 fil-mija rispettivament, żieda taʼ 1.6 punti perċentwali għall-irġiel u tnaqqis taʼ 1.8 punti perċentwali għan-nisa, meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. Ir-rata tal-ARP fost persuni taħt it-18-il sena kienet ikkalkulata għal 20.8 fil-mija, u bʼhekk naqset bi 2.9 punti perċentwali mis-sena ta’ qabel. Min-naħa l-oħra, dehret żieda ta’ 0.5 punti perċentwali għal persuni ta’ bejn it-18 u l-64 sena, biex b’hekk ir-rata tal-ARP għal dan il-koorti telgħet għal 12.9 fil-mija. Bl-istess mod, ir-rata għal dawk li għandhom 65 sena jew aktar żdiedet b’0.4 punti perċentwali għal 28.9 fil-mija (Tabella nru 3).
Ir-rati ta’ riskju ta’ faqar (ARP) għall-familji bi tfal dipendenti u għall-familji bla tfal dipendenti kienu ta’ 15.1 fil-mija u 18.3 fil-mija, rispettivament (Ċart nru 2). Membri ta’ familji b’persuna waħda u bi tfal dipendenti kienu nnotati li għandhom aktar ċans li jkunu f’riskju ta’ faqar, b’46.1 fil-mija tagħhom ikollhom dħul disponibbli ekwivalizzat taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar (ARPT). Il-membri ta’ unitajiet domestiċi ta’ persuna waħda kienu wkoll aktar fiċ-ċans li jkunu f’riskju ta’ faqar (Tabella nru 4).
Noti:
- Għad-dettalji tat-tibdil fil-metodoloġija li daħal wara ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, ara nota nru 7 fil-metodoloġija.
- Għad-dettalji dwar il-waqfa fis-serje, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
- Iċ-ċifri tal-EU-SILC 2024 ġew riveduti.
Ir-rata ta’ riskju ta’ faqar (ARP) fost in-nies f’familji b’mill-inqas membru wieħed ta’ età bejn 0-64 sena naqset għax l-intensità tax-xogħol tal-familji żdiedet. Fil-fatt, 82.7 fil-mija tan-nies li jgħixu f’familji b’intensità tax-xogħol baxxa ħafna nstabu li kienu f’riskju ta’ faqar meta mqabblin maʼ 7.7 fil-mija tan-nies jgħixu fʼfamilji b’intensità tax-xogħol għolja ħafna (Tabella nru 5a). Tiftixa biċ-ċittadinanza wriet l-istess xejriet, bir-rata tal-ARP għall-persuni Maltin tonqos ukoll hekk kif tiżdied l-intensita’ tax-xogħol fid-dar (Tabella nru 5).
Fis-sena ta’ riferenza dwar id-dħul, kienet irreġistrata żieda fir-rata ta’ riskju ta’ faqar għan-nies li jaħdmu, għan-nies irtirati u għan-nies inattivi oħra meta mqabblin mal-istħarriġ ta’ qabel (ara nota nru 4 fil-metodoloġija) (Tabella nru 6).
Ħarsa lejn id-distretti turi li t-tqassim tan-nies taħt il-limitu tar-riskju ta’ faqar ma kienx ugwali madwar il-Gżejjer Maltin, bid-distrett tan-Nofsinhar tal-Port ikollu l-akbar sehem ta’ nies f’riskju ta’ faqar. Warajh, ġie d-distrett tat-Tramuntana. Min-naħa l-oħra, id-distrett tax-Xlokk irreġistra l-aktar rata baxxa ta’ nies f’riskju ta’ faqar (Mappa nru 1).
Mappa nru 1. It-tqassim tar-rata tar-riskju taʼ faqar (ARP) bid-distrett
Noti:
- Għad-dettalji tat-tibdil fil-metodoloġija li daħal wara ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, ara nota nru 7 fil-metodoloġija.
- Għad-dettalji dwar il-waqfa fis-serje, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Meta tħallew barra t-trasferimenti soċjali, inklużi l-pensjonijiet, ir-rata ta’ riskju ta’ faqar (ARP) fl-2025 żdiedet bi 15.4-il punt perċentwali, jew 86,923 persuna (Tabella nru 7). Dan juri s-siwi tal-ħarsien soċjali fl-assistenza lill-persuni l-aktar dgħajfa fis-soċjetà.
Il‑medjan relattiv tad‑diskrepanza tar‑riskju ta’ faqar juri, bħala medja, kemm id‑dħul ta’ persuni f’riskju ta’ faqar ikun aktar baxx mil‑livell tal‑faqar. Meta dan il‑valur ikun baxx, ifisser li d‑dħul tagħhom huwa qrib il‑livell tal‑faqar; meta jkun għoli, ifisser li hemm distakk akbar bejn id‑dħul tagħhom u dan il‑livell. Fl‑EU‑SILC 2025, dan l‑indikatur ġie stmat għal 22.5 fil‑mija, li jfisser tnaqqis ta’ 2.2 punti perċentwali meta mqabbel mal‑istħarriġ ta’ qabel (Tabella nru 8).
L-Indikaturi tad–Deprivazzjoni Materjali u Soċjali
L-indikaturi tad-deprivazzjoni materjali u soċjali huma msejsa fuq 13-il fattur, li sebgħa minnhom għandhom x’jaqsmu mal-familja tal-persuna u s-sitta l-oħra huma relatati mal-persuni nfushom. Din il-lista ta’ komponenti ġiet adottata mill-Istati Membri tal-UE fl-2017 (ara nota nru 5 fil-metodoloġija). Minn dan is-sett ta’ komponenti, jinkisbu żewġ indikaturi ewlenin, jiġifieri, l-indikatur tad-Deprivazzjoni Materjali u Soċjali (MSD) u l-indikatur tad-Deprivazzjoni Materjali u Soċjali Severa (SMSD).
Persuna li tgħix f’dar titqies li hija mċaħħda materjalment u soċjalment jekk hija ma tkunx taffordja mill-inqas ħamsa mit-13-il oġġett, filwaqt li dawk li ma jkunux jaffordjaw mill-inqas sebgħa minn dawn l-oġġetti jitqiesu li huma mċaħħda materjalment u soċjalment bʼmod sever. Fl-EU-SILC 2025, ir-rata tal-MSD kienet ta’ 8.7 fil-mija, filwaqt li r-rata tal-SMSD kienet ta’ 4.1 fil-mija, tnaqqis ta’ 0.3 punti perċentwali, u 0.2 punti perċentwali, rispettivament, meta mqabbla mal-EU-SILC 2024 (Tabella nru 9, Ċart nru 3).
Noti:
- Għad-dettalji tat-tibdil fil-metodoloġija li daħal wara ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, ara nota nru 7 fil-metodoloġija.
- Għad-dettalji dwar il-waqfa fis-serje, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
- Iċ-ċifri tal-EU-SILC 2024 ġew riveduti.
B’riferenza għal oġġetti speċifiċi ta’ deprivazzjoni tal-familji, 27.6 fil-mija tal-popolazzjoni mistħarrġa qalet li l-familja tagħhom ma setgħetx taffordja tħallas għal btala ta’ ġimgħa fis-sena ʼl bogħod mid-dar. Warajhom, 18.7 fil-mija ta’ dawk li wieġbu qalu li l-familja tagħhom ma setgħetx tħallas spiża mhux mistennija ta’ madwar €950. Bil-maqlub taʼ dan, 2.8 fil-mija biss urew li l-familja tagħhom ma taffordjax li jkollha karozza (Tabella nru 9, Ċart nru 4a).
B’riferenza għal oġġetti speċifiċi ta’ deprivazzjoni personali, 11.5 fil-mija ta’ dawk li wieġbu stqarrew li ma kinux jaffordjaw li jieħdu sehem f’attività ta’ divertiment fuq bażi regolari. Kien irrapurtat ukoll li 10.0 fil-mija ta’ dawk li wieġbu ma kinux jaffordjaw jonfqu ammont żgħir ta’ flus kull ġimgħa fuqhom infushom. Min-naħa l-oħra, kienu biss 4.0 fil-mija dawk li wieġbu li ma felħux ibiddlu ħwejjeġ użati bi ħwejjeġ ġodda (Tabella nru 9, Ċart nru 4b).
Noti:
- Għad-dettalji tat-tibdil fil-metodoloġija li daħal wara ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, ara nota nru 7 fil-metodoloġija.
- Għad-dettalji dwar il-waqfa fis-serje, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
- Iċ-ċifri tal-EU-SILC 2024 ġew riveduti.
L-Indikatur tar-riskju taʼ faqar jew taʼ esklużjoni soċjali
Fl-EU-SILC 2025, l-għadd taʼ nies fʼriskju taʼ faqar jew soċjalment esklużi li jgħixu fʼMalta kien stmat għal 109,292 jew 19.4 fil-mija tal-popolazzjoni fil-mira. Meta tqiesu ċ-ċittadini Maltin, li jgħixu fi djar privati, 68,434 persuna kienu fl-AROPE, li jiġu 17.2 fil-mija ta din il-popolazzjoni (Tabell nru 10).
Noti:
- Għad-dettalji tat-tibdil fil-metodoloġija li daħal wara ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, ara nota nru 7 fil-metodoloġija.
- Għad-dettalji dwar il-waqfa fis-serje, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
- Iċ-ċifri tal-EU-SILC 2024 ġew riveduti.
Ħarsa lejn id-distretti turi li, għal darbʼoħra, id-distrett tan-Nofsinhar tal-Port kellu l-ogħla rata taʼ nies fʼriskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE), bʼ26.2 fil-mija. L-aktar rata baxxa tal-AROPE dehret fid-distrett tax-Xlokk, bi 15.2 fil-mija (Mappa nru 2).
Ċart nru 6 tqabbel l-indiċijiet tat-tkabbir tar-rati tal-ARPT, l-ARP u l-AROPE.
Noti:
- Għad-dettalji tat-tibdil fil-metodoloġija li daħal wara ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, ara nota nru 7 fil-metodoloġija.
- Għad-dettalji dwar il-waqfa fis-serje, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
- Iċ-ċifri tal-EU-SILC 2024 ġew riveduti.
Mappa nru 2. it-tqassim tar-rata taʼ riskju taʼ faqar jew taʼ esklużjoni soċjali (AROPE) bid-distrett
Noti:
- Għad-dettalji tat-tibdil fil-metodoloġija li daħal wara ċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021, ara nota nru 7 fil-metodoloġija.
- Għad-dettalji dwar il-waqfa fis-serje, ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Il-karatteristiċi tal-ġid tan-nies
Fuq skala minn 0 sa 10, fejn 0 jirrappreżenta sodisfazzjon ta’ xejn u 10 jirrappreżenta sodisfazzjoni sħiħ, dawk li wieġbu fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali rrappurtaw punteġġi medji aktar baxxi fir-rigward tas-sodisfazzjon tagħhom bil-ħajja inġenerali, il-qagħda finanzjarja, u r-relazzjonijiet personali, L-istess punteġġ medju deher ukoll għall-impjieg taʼ issa.
Fl-2025, il-punteġġi medji tal-varjabbli kollha tas-sodisfazzjon marbutin mar-riskju ta’ faqar jew l-esklużjoni soċjali kienu ogħla. B’mod partikolari, in-nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali rrappurtaw punteġġ medju ta’ 7.3 għas-sodisfazzjon bil-ħajja inġenerali – żieda ta 0.1 punti perċentwali; punteġġ medju ta’ 6.5 bil-qagħda finanzjarja tagħhom – żieda ta’ 0.2 punti perċentwali; punteġġ medju ta’ 7.9 bl-impjieg taʼ issa – żieda ta’ 0.5 punti perċentwali; u punteġġ medju ta’ 8.6 bir-relazzjonijiet personali – żieda ta’ 0.1 punti perċentwali (Tabella nru 11).
Tables
Tables
Mill-EU-SILC 2024, iddaħħal titjib metodoloġiku biex il-popolazzjoni residenti tkun irrappreżentata aħjar biċ-ċittadinanza permezz ta’ kalibrazzjoni separata tar-residenti Maltin u barranin. Dan jippermetti, għall-ewwel darba, it-tixrid ta’ indikaturi ewlenin magħżula kemm għall-popolazzjoni totali kif ukoll għaċ-ċittadini Maltin. Madankollu, minħabba limitazzjonijiet tat-teħid ta’ kampjuni u ta’ rappreżentanza, ma tistax tinħareġ analiżi fid-dettall għall-popolazzjoni barranija.
It-tqassim skont iċ-ċittadinanza ppreżentat f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet huwa disponibbli għall-2024 u l-2025, u t-tqabbil mad-data ta’ qabel tal-EU-SILC għandu jsir b’kawtela. Aktar tagħrif dwar il-metodoloġija huwa pprovdut fl-Avviż ta’ Tagħrif għall-Istampa maħruġ fit-30 ta’ Marzu 2026.
It-tqassim skont iċ-ċittadinanza ppreżentat f’din l-istqarrija tal-aħbarijiet huwa disponibbli għall-2024 u l-2025, u t-tqabbil mad-data ta’ qabel tal-EU-SILC għandu jsir b’kawtela. Aktar tagħrif dwar il-metodoloġija huwa pprovdut fl-Avviż ta’ Tagħrif għall-Istampa maħruġ fit-30 ta’ Marzu 2026.
Methodological Notes
The equivalised disposable income of a household (also referred to as national equivalised income) is defined as the household’s total disposable income divided by its “equivalent household size”. The computation of the equivalised disposable income takes into account all the income generated by the household members, as well as the size and composition of the selected household. For example, a household with two adults and two children aged less than 14 would have an equivalised household size of 2.1, which is calculated as follows:
If the total disposable income earned by the household is €20,000, then the household equivalised income would result in (€20,000/2.1) = €9,523.
While the household disposable income computation is carried out at the household level, this variable is assigned to every individual in the EU-SILC sample for the computation of EU-SILC indicators.
In 2017, a set of new Material and Social Deprivation (MSD) indicators were adopted by all the European Union (EU) Member States. The new indicators are the Material and Social deprivation (MSD) indicator and the Severe Material and Social Deprivation (SMSD) indicator. These indicators are based on 13 items: 7 household items and 6 personal items.
7. Following the 2021 Census of Population and Housing, EU-SILC was benchmarked with updated demographic estimates derived from this census. With the availability of the census, it became possible to apply separate calibration weights for Maltese and foreigners within the EU-SILC, starting from reference year 2023. This updated methodology ensured that the distribution by broad citizenship category in the survey population aligned with the census.
EU-SILC uses regularly updates population and household estimates for the calculation of the cross-sectional weights and the calibration of survey data with population and household estimates. For EU-SILC 2024, an refined version of the population and household estimates based on administrative data sources was used. In view of these updates, further refinements were also made to the weighting methodology, including adjustments to the household size classification structure as well as a more detailed breakdown of the foreign population into EU and Non-EU foreigners. These refinements led to a revision of the survey weights, and consequently, the figures published in this news release contain revised data for EU-SILC 2024.
An analysis was conducted, through several simulations, to re-estimate the headline indicators to assess the impact this change in methodology had on the estimates prior to 2023. The headline indicators are the core indicators produced as part of the EU-SILC and include the at-risk-of-poverty and social exclusion rate (AROPE), the at-risk-of-poverty rate (ARP), measures of material and social deprivation (MSD), and low work intensity (LWI). The analysis showed that, while the update adjusted the weighted counts, it did not significantly impact the estimate of the headline indicators, which remained consistent with those produced prior to the change and within the margin of error. Consequently, following consultation with Eurostat, an imminent revision of the time-series was not deemed necessary to ensure full adherence with EU Regulation (2019/1700). Revisions, as already discussed, took place only for 2024. Estimates of the headline indicators produced from 2023 onwards are therefore considered comparable with the previous time-series.
Due to the impact the change had on the weighted counts individually for foreign and Maltese nationals, caution must be taken when making comparisons between household and individual counts estimated from 2023 onwards, with counts estimated in previous years.
We encourage all users to consult with the NSO when using time-series data from the EU-SILC survey to ensure accurate interpretation of the results.
8. Following the 2021 Census of Population and Housing, EU-SILC was benchmarked with updated demographic estimates derived from this census. With the availability of the census, it became possible to apply separate calibration weights for Maltese and foreigners within the EU-SILC, starting from reference year 2023. While this updated methodology ensured that the distribution by broad citizenship category in the survey population aligned with the census, estimates of some secondary indicators were significantly impacted by the change in methodology. Secondary indicators are those indicators that are not part of the core set of headline indicators produced from the EU-SILC. Since a revision of the time-series prior to the update in 2023 has not been conducted, these indicators are not considered fully comparable to estimates produced prior to 2023, and therefore a break-in-time-series has occurred.
We encourage all users to consult with the NSO when using time-series data from the EU-SILC survey to ensure accurate interpretation of the results.
9. Sampling variability of main SILC 2025 indicators:
| Estimate | margin of error at 95% confidence interval |
95% confidence interval | ||
| At-risk-of-poverty | 95,157 | 10,186 | 95,157 ± 10,186 | |
| At-risk-of-poverty rate (%) | Total | 16.9 | 1.8 | 16.9 ± 1.8 |
| Males | 16.8 | 2.0 | 16.8 ± 2.0 | |
| Females | 17.0 | 2.1 | 17.0 ± 2.1 | |
| 0-17 | 20.8 | 4.7 | 20.8 ± 4.7 | |
| 18-64 | 12.9 | 1.7 | 12.9 ± 1.7 | |
| 65+ | 28.9 | 3.2 | 28.9 ± 3.2 | |
| Material and social deprivation | 49,053 | 8,664 | 49,053± 8,664 | |
| Material and social deprivation rate (%) | Total | 8.7 | 1.5 | 8.7 ± 1.5 |
| Males | 8.0 | 1.6 | 8.0 ± 1.6 | |
| Females | 9.5 | 2.0 | 9.5 ± 2.0 | |
| 0-17 | 11.8 | 3.8 | 11.8 ± 3.8 | |
| 18-64 | 8.8 | 1.7 | 8.8 ± 1.7 | |
| 65+ | 5.8 | 1.4 | 5.8 ± 1.4 | |
| Severe material and social deprivation | 23,233 | 5,872 | 23,233 ± 5,872 | |
| Severe material and social deprivation rate (%) | Total | 4.1 | 1.0 | 4.1 ± 1.0 |
| Males | 3.7 | 1.1 | 3.7 ± 1.1 | |
| Females | 4.6 | 1.3 | 4.6 ± 1.3 | |
| 0-17 | 5.6 | 2.4 | 5.6 ± 2.4 | |
| 18-64 | 4.2 | 1.2 | 4.2 ± 1.2 | |
| 65+ | 2.6 | 0.9 | 2.6 ± 0.9 | |
| Low work intensity | 18,768 | 4,902 | 18,768 ± 4,902 | |
| Low work intensity rate (%) | Total | 4.2 | 1.1 | 4.2 ± 1.1 |
| Males | 3.6 | 1.1 | 3.6 ± 1.1 | |
| Females | 4.8 | 1.5 | 4.8 ± 1.5 | |
| 0-17 | 5.2 | 2.2 | 5.2 ± 2.2 | |
| 18-64 | 3.9 | 1.0 | 3.9 ± 1.0 | |
| At-risk-of-poverty or social exclusion | 109,292 | 10,824 | 109,292 ± 10,824 | |
| At-risk-of-poverty or social exclusion rate (%) | Total | 19.4 | 1.9 | 19.4 ± 1.9 |
| Males | 19.2 | 2.1 | 19.2 ± 2.1 | |
| Females | 19.6 | 2.3 | 19.6 ± 2.3 | |
| 0-17 | 23.3 | 4.9 | 23.3 ± 4.9 | |
| 18-64 | 15.7 | 1.9 | 15.7 ± 1.9 | |
| 65+ | 30.3 | 3.3 | 30.3 ± 3.3 | |
| At-risk-of-poverty by household type | 95,157 | 10,186 | 95,157 ± 10,186 | |
| At-risk-of-poverty rate (%) | Household without dependent children | 18.3 | 2.0 | 18.3 ± 2.0 |
| One person household, under 65 years | 34.6 | 4.8 | 34.6 ± 4.8 | |
| One person household, 65 years and over | 35.9 | 5.5 | 35.9 ± 5.5 | |
| 2 adults, no dependent children, both under 65 years | 4.6 | 1.8 | 4.6 ± 1.8 | |
| 2 adults, no dependent children, at least one adult 65 years or more | 33.5 | 4.7 | 33.5 ± 4.7 | |
| Other households without dependent children | 6.9 | 3.7 | 6.9 ± 3.7 | |
| Household with dependent children | 15.1 | 3.3 | 15.1 ± 3.3 | |
| Single person household, one or more dependent children | 46.1 | 12.7 | 46.1 ± 12.7 | |
| 2 adults, one dependent child | 7.4 | 3.6 | 7.4 ± 3.6 | |
| 2 adults, two dependent children | 15.0 | 5.9 | 15.0 ± 5.9 | |
| 2 adults, three or more dependent children | 24.4 | 11.8 | 24.4 ± 11.8 | |
| Other households with one or more dependent children | 10.4 | 6.4 | 10.4 ± 6.4 | |
| At-risk-of-poverty or social exclusion by household type | 109,292 | 10,824 | 109,292 ± 10,824 | |
| At-risk-of-poverty or social exclusion rate (%) | Household without dependent children | 20.7 | 2.0 | 20.7 ± 2.0 |
| One person household, under 65 years | 36.6 | 4.9 | 36.6 ± 4.9 | |
| One person household, 65 years and over | 37.4 | 5.5 | 37.4 ± 5.5 | |
| 2 adults, no dependent children, both under 65 years | 7.4 | 3.0 | 7.4 ± 3.0 | |
| 2 adults, no dependent children, at least one adult 65 years or more | 36.5 | 4.7 | 36.5 ± 4.7 | |
| Other households without dependent children | 9.1 | 3.8 | 9.1 ± 3.8 | |
| Household with dependent children | 17.7 | 3.6 | 17.7 ± 3.6 | |
| Single person household, one or more dependent children | 47.6 | 12.7 | 47.6 ± 12.7 | |
| 2 adults, one dependent child | 9.4 | 3.9 | 9.4 ± 3.9 | |
| 2 adults, two dependent children | 15.2 | 5.9 | 15.2 ± 5.9 | |
| 2 adults, three or more dependent children | 27.0 | 12.0 | 27.0 ± 12.0 | |
| Other households with one or more dependent children | 14.8 | 7.3 | 14.8 ± 7.3 |
1. less than 20 reporting households; or
2. the non-response for the item concerned exceeds 50 per cent.
[ ] Figures to be used with caution: figures based on between 20 and 49 reporting households or figures with item non-response ranging between 20 per cent and 50 per cent.