News Releases

Tables

Tables

Table 1. Revenue/Expenditure categories by period and description

Methodological Notes

1. Data in this news release is compiled in order to provide users with regular up-to-date information on the Consolidated Fund of Government. Data are sourced as follows:

i. Revenue and Expenditure, and Public Debt Servicing → The Consolidated Fund, the transactions of which are consolidated at the Treasury.
ii. Central Government Debt (excluding EBUs and Local Councils) → Central Bank of Malta and the Treasury.

All allocations provided from the Consolidated Fund are either authorised by Parliament under an Appropriation Act, or are permanently appropriated by Parliament under other relevant legislation. On the other hand, the Treasury Clearance Fund contains all those funds and accounts the expenses in respect of which are initially defrayable out of public funds and are eventually repayable from the Consolidated Fund or other sources.

2. In this release Revenue and Expenditure categories are recorded in accordance with their presentation in the 2024 Financial Estimates.

3. This news release follows the guidelines set out in the European System of Accounts (ESA 2010) Manual on Government Deficit and Debt. Therefore, the difference between the recurrent revenue and expenditure as listed in Table 1 is essentially the cash-based position as far as the Central Government’s Consolidated Fund is concerned. In this respect, financial transactions, such as proceeds from loans, proceeds from sale of financial assets, and revenue from other accounts of Government are not taken into consideration. Likewise, direct loan repayments, contributions to sinking funds, acquisition of equity, as well as transfers into other accounts of Government, are excluded from the total expenditure.

4. The debt position includes the actual debt which is held by Government. On the other hand, any investments made by Government in its own funds are excluded from the total debt. As from December 2007, the Euro coins issued in the name of the Treasury are considered as a currency liability pertaining to the Central Government.

5. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.

6. The Enhanced Economic Governance package adopted by the European Parliament and Council in November 2011 included requirements on the collection and dissemination of fiscal data, through the Council Directive 2011/85/EU. The requirements in the government finance statistics domain included a methodological reconciliation table (showing the transition between monthly data used for national policy purposes and ESA-quarterly data used to produce national accounts and EU fiscal surveillance).

a. Reconciliation Table 
b. ESA 2010 Glossary.

7. Data on Government Expenditure by the Classification of Functions of Government (COFOG) classifies government expenditure data by the purpose for which the funds are used. COFOG data in Table 3 refers to the total expenditure of the Consolidated Fund and is not fully consistent with the General Government sector expenditure by function and in ESA 2010 methodology, that is compiled by NSO on an annual basis with a delay of one year. The functions are in line with the COFOG classifications as published in the Government Finance Statistics Manual 2001 (ISBN 1-58906-061-X).

8. Tables 4 and 5 present the Consolidated Fund year to date in ESA 2010 codes according to the EU Council Directive 85/2011 requirements.

9. More information relating to this news release may be accessed at:

Statistical Concepts 
Statistical Database

10. A detailed news release calendar is available online.

11. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern: Jannar-April 2024
NR 101/2024
Data tal-Ħruġ: 31 taʼ Mejju 2024
Finance,Banking,Profit,Money,Profit,Concept
  • Fi tmiem April 2024, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra surplus taʼ €22.9 miljun.
  • Meta mqabblin mas-sena taʼ qabel, id-dħul rikorrenti u n-nefqa sħiħa żdiedu bi €361.1 miljun u bʼ€145.7 miljun, rispettivament. Iż-żieda fid-dħul rikorrenti kienet akbar minn dik fin-nefqa biex bʼhekk kien hemm bidla pożittiva taʼ €215.4-il miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern.
  • L-akbar żieda fid-dħul ġiet mit-Taxxa tad-Dħul (€272.2 miljun), filwaqt li l-Programmi u Inizjattivi (€96.9 miljun) irrappurtaw l-akbar żieda fost il-kategoriji tan-nefqa.
  • Sa tmiem April 2024, id-Dejn kollu tal-Gvern Ċentrali kien jgħodd €9,927.2 miljun, €764.2 miljun aktar mill-istess xahar fl-2023.
Iċ-Ċifri tal-Finanzi tal-Gvern: Jannar-April 2024
NR 101/2024
Data tal-Ħruġ: 31 taʼ Mejju 2024
Fi tmiem April 2024, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra surplus taʼ €22.9 miljun.

Finance,Banking,Profit,Money,Profit,Concept

Bejn Jannar u April 2024, id-Dħul Rikorrenti ammonta għal €2,251.9 miljun, €361.1 miljun ogħla minn dak li kien irrappurtat sena qabel. L-akbar żidiet kienu rreġistrati fit-Taxxa tad-Dħul (€272.2 miljun), fit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (€68.5 miljun) u fis-Sigurtà Soċjali (€68.3 miljun). Min-naħa l-oħra, it-tnaqqisiet ewlenin kienu rrappurtati fl-Għotjiet (€69.8 miljun), fid-Dazju u s-Sisa (€14.3-il miljun) u fʼBejgħ Ieħor (€5.9 miljuni).

Sa tmiem April 2024, in-nefqa totali laħqet €2,229.0 miljun, li hija €145.7 miljun aktar mis-sena ta’ qabel.

Fiż-żmien taʼ riferenza, in-Nefqa Rikorrenti kienet ta’ €1,979.1 miljun, li hija żieda taʼ €135.1 miljun meta mqabbla mal-€1,844.0 miljun li kienet irrappurtata sena qabel. Iż-żieda taʼ €96.9 miljun fil-Programmi u Inizjattivi kellha l-akbar sehem fʼdin iż-żieda. Barra minn dan, kienu rreġistrati żidiet fis-Salarji u Pagi (€31.4 miljun), fl-Ispiża tal-Operat (€5.8 miljuni) u fil-Kontribuzzjonijiet lill-Entitajiet tal-Gvern (€1.1 miljun). L-iżviluppi ewliena fil-kategorija tal-Programmi u Inizjattivi kienu nefqiet akbar fuq il-Benefiċċji tas-Sigurtà Soċjali (€52.2 miljun), l-Għajnuna għar-ristrutturar tal-linja nazzjonali tal-ajru (€13.8-il miljun) u l-iskema tal-indukrar tat-tfal mingħajr ħlas (€7.3 miljuni).

Il-parti tal-imgħax tal-ispejjeż tal-manutenzjoni tad-dejn pubbliku laħqet b’kollox €83.0 miljun, żieda ta’ €17.0-il miljun meta mqabbla mas-sena ta’ qabel.

Bejn Jannar u April 2024, in-nefqa kapitali tal-Gvern ammontat għall-€166.9 miljun, li hija €6.5 miljuni anqas meta mqabbla mal-istess żmien fl-2023. Dan it-tnaqqis kien ġej minn nefqiet aktar baxxi fuq l-Inċentivi għall-Investiment (€11.2-il miljun), is-Sistemi tal-Immaniġġjar tal-Identità Nazzjonali (€5.9 miljuni) u l-Għajnuna diretta lill-bdiewa (€5.1 miljuni). Min-naħa l-oħra, kienu rrappurtati żidiet fl-għotja għax-xiri taʼ vetturi elettriċi (€9.1 miljuni) u fil-kostruzzjoni u t-titjib tat-toroq (€9.0 miljuni).

Id-differenza bejn id-dħul u l-infiq totali wriet surplus ta’ €22.9 miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern fi tmiem April 2024, mentri sena qabel kien irreġistrat defiċit ta’ €192.5 miljun. Din id-differenza tirrifletti żieda fid-Dħul Rikorrenti totali (€361.1 miljun), li kienet sa ċertu punt impattija bʼżieda fin-nefqa sħiħa, li hija magħmula min-Nefqa Rikorrenti (€135.1 miljun), l-Imgħax (€17.0-il miljun) u n-Nefqa Kapitali (-€6.5 miljuni) (Tabella nru 1).

Fl-aħħar taʼ April 2024, id-dejn tal-Gvern Ċentrali laħaq id-€9,927.2 miljun, żieda taʼ €764.2 miljun meta mqabbel mal-2023. Iż-żieda rreġistrata fl-Istokks tal-Gvern taʼ Malta (€1,087.1 miljun) kienet il-kontribut ewlieni għaż-żieda fid-dejn. Aktar dejn kien irreġistrat ukoll fid-Dejn Barrani (€71.9 miljun) u fil-ħruġ tal-muniti tal-ewro fʼisem it-Teżor (€3.8 miljuni). Fid-direzzjoni opposta, kien hemm tnaqqis fil-Kambjali tat-Teżor (€306.7 miljuni) u fl-Istokks taʼ Tifdil 62+ tal-Gvern taʼ Malta (€43.6 miljun). Fl-aħħar, investimenti akbar minn fondi tal-gvern fl-Istokks tal-Gvern ta’ Malta wasslu għal tnaqqis ta’ €48.3 miljun fid-dejn (Tabella nru 6).

Ċart nru 1. Is-surplus/id-defiċit fil-Fond Konsolidat: Jannar-April bis-sena

fʼmiljuni tal-ewro

No Data Found

Ċart nru 2. Id-dħul rikorrenti maqsum bil-kategoriji ewlenin

Jannar-April 2024

No Data Found

Ċart nru 3. In-nefqa maqsuma bil-kategoriji ewlenin

Jannar-April 2024

No Data Found

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content