Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Id-Dħul mit-Taxxi: 2023

NR 205/2024
Data tal-Ħruġ: 31 ta’ Ottubru 2024

Fl-2023, id-dħul sħiħ mit-taxxi kien ta’ €5,595.4 miljun, li juri piż tat-taxxa daqs 27.1 fil-mija tal-Prodott Domestiku Gross.
Tax,Concept,With,Wooden,Block,On,Stacked,Coins

Id-dħul mit-taxxa żdied b’€436.3 miljuni fuq is-sena ta’ qabel sabiex laħaq total ta’ €5,595.4 miljun. Din iċ-ċifra tirrappreżenta 85.3 fil-mija tad-dħul totali tal-gvern ġenerali miġbur fl-2023.

It-taxxi diretti ammontaw għal €2,548.9 miljun, li jagħmlu 45.6 fil-mija tad-dħul kollu mit-taxxa. Dan wera żieda ta’ €194.5 miljun meta mqabbel mal-2022. Il-komponent primarju f’din il-kategorija tibqa’ t-Taxxa fuq id-Dħul Individwali, li żdiedet b’€138.2 miljun, filwaqt li t-Taxxa fuq il-Profitti tal-Korporazzjonijiet żdiedet bʼ€41.3 miljun fuq is-sena ta’ qabel.

Wara l-ħruġ ta’ nota ta’ gwida mill-Eurostat dwar il-klassifikazzjoni taʼ ‘pagamenti għall-kisba taċ-ċittadinanza’, id-dħul imdaħħal mill-Programm taċ-Ċittadinanza bʼInvestiment (IIP) ġie kklassifikat mill-ġdid bħala taxxi. Filwaqt li qabel dan kien meqjus bħala pagament għal output ieħor mhux tas-suq (bejgħ), issa dawn il-pagamenti huma mdaħħlin taħt il-kategorija taʼ Taxxi Kurrenti Oħra.

It-taxxi indiretti, li ammontaw għal €1,978.3 miljun, urew tibdil taʼ min jinnotah bʼżieda ta’ €164.3 miljun meta mqabblin mal-2022. Dan huwa daqs 35.4 fil-mija tad-dħul kollu mit-taxxa. F’din il-kategorija, it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud kienet ta’ €1,268.8 miljun, li b’hekk uriet żieda ta’ €79.3 miljun meta mqabbla mal-2022. Barra minn hekk, it-Taxxi fuq il-Prodotti ammontaw għal €566.4 miljun, li b’hekk urew żieda ta’ €52.8 miljun fuq is-sena ta’ qabel. Din iż-żieda kienet dovuta l-aktar għal dħul ogħla mit-taxxa fuq id-dokumenti, u t-taxxa tar-reġistrazzjoni tal-vetturi bil-mutur. Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fit-taxxi fuq il-logħob u t-taxxa tas-sisa imposta fuq is-siment1. Taxxi oħra fuq il-produzzjoni għoddew €114.2-il miljun, żieda taʼ €30.7 miljun fuq is-sena taʼ qabel.

Il-kontribuzzjonijiet soċjali2 mħallsin mill-ħaddiema, minn min iħaddem, kif ukoll minn dawk li jaħdmu għal rashom u dawk qiegħda, ammontaw għal 19.1 fil-mija tad-dħul kollu mit-taxxa fl-2023, u ammontaw għal €1,068.2 miljun. Dan wera żieda ta’ €77.6 miljun meta mqabbel mas-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).

Il-piż globali tat-taxxi jirrappreżenta l-ammont kollu ta’ taxxi u kontribuzzjonijiet soċjali, murijin bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross (PDG). Fl-2023, il-piż totali tat-taxxi ta’ Malta naqas bʼ1.2 punti perċentwali għal 27.1 fil-mija tal-PDG, mit-28.3 fil-mija tal-PDG irrappurtat fl-2022. Iċ-ċifri juru piż medju tat-taxxa ta’ madwar 30.4 fil-mija għall-perjodu bejn l-1995 u l-2023. Dan jimplika li l-andament fil-ġbir tat-taxxa kien relattivament konsistenti matul dawn is-snin, b’varjazzjonijiet madwar din il-medja, inklużi valuri li jvarjaw minn livell baxx ta’ 25.5 fil-mija sa 34.0 fil-mija. (Tabella nru 2, Ċart nru 1).

Sal-aħħar tas-sena li għaddiet, it-taxxi diretti (li jinkludu t-taxxi kapitali) kienu jagħmlu 12.3 fil-mija tal-PDG, meta mqabblin mas-sehem tat-taxxi indiretti li kien ta’ 9.6 fil-mija. Sadattant, is-sehem tal-kontribuzzjonijiet soċjali kien ta’ 5.2 fil-mija tal-PDG, li juri tnaqqis ta’ 0.3 punti perċentwali meta mqabbel mal-2022 (Tabella nru 2, Ċart nru 2).

It-Taxxa fuq id-Dħul bil-qasam istituzzjonali tal-ESA 2010

Fl-2023, il-qasam tal-Unitajiet domestiċi (Households) ikkontribwixxa aktar minn nofs it-Taxxa fuq id-Dħul miġbura mill-Gvern Ġenerali, li ammontat għal 63.7 fil-mija tat-total, li huwa daqs €1,514.4 miljun, Sadattant, il-kontribuzzjonijiet mill-Korporazzjonijiet mhux Finanzjarji u mill-Korporazzjonijiet Finanzjarji ammontaw għal 18.9 fil-mija u 17.1 fil-mija, rispettivament. L-oqsma tal-Istituzzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jservu lill-Unitajiet domestiċi, il-Gvern Ġenerali, u l-Bqija tad-dinja, flimkien ammontaw għal 0.3 fil-mija.

F’termini assoluti, iż-żieda ta’ €180.8 miljun mit-Taxxa fuq id-Dħul fuq l-2022 kienet ġejja l-aktar minn dħul akbar mingħand l-Unitajiet domestici (€138.4 miljun), kif ukoll żidiet mit-Taxxa fuq id-Dħul mingħand il-Korporazzjonijiet Finanzjarji (€102.9 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis mit-Taxxa fuq id-Dħul minn Korporazzjonijiet Mhux Finanzjarji (€58.6 miljun) (Tabella nru 4).

Taxxi tal-ambjent

Fl-2023, id-dħul kollu mit-taxxi ambjentali tela’ bi €28.2 miljun sabiex laħaq it-€315.5-il miljun. Din iċ-ċifra tirrappreżenta 5.6 fil-mija tad-dħul kollu miġbur mit-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali, kif ukoll 1.5 fil-mija tal-PDG. It-taxxi fuq l-enerġija (li jinkludu taxxi fuq il-fjuwils tat-trasport) kienu jagħmlu l-akbar sehem ta’ taxxi ambjentali, li żdiedu bʼ€10.6 miljuni, l-aktar minħabba dħul akbar mill-permessi ta’ skemi ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (€9.4 miljuni). Wara dan, kien hemm id-dħul iġġenerat mit-Taxxi fuq it-Trasport b’41.1 fil-mija u t-Taxxi fuq it-Tniġġis bʼ9.7 fil-mija (Tabella nru 5).

1 Aktar tagħrif jinstab fil-Lista Nazzjonali tat-Taxxa ta’ Malta (Tabella nru 6).

2 Ara n-nota metodoloġika nru 4.

Methodological Notes

1. All data in this news release is in line with the European System of Accounts (ESA) 2010 Manual (ISBN 978-92-79-31242-7). This system of accounts is mandatory for all EU Member States.

2. Total tax revenue is made up of taxes received by the Central Government (S.1311) (which consists of Government Ministries and Departments and the Extra Budgetary Units) and the EU Institutions (S.212). The taxes that are reported represent ‘ultimately received’ tax revenues including the ‘own’ taxes paid to the EU.

3. The tax-to-GDP ratio measures the overall tax burden as the total amount of taxes and social contributions as a percentage of GDP. GDP figures for 2020-2023 are in line with the latest GDP news release no. 159/2024 published on 28 August 2024.

4. The Social Contributions figure includes also the Imputed Social Contributions (D.612). These represent the counterpart to social benefits paid directly by employers to their employees or former employees and other eligible persons. In Malta’s case, these refer to Treasury Pensions.

5. An environmental tax is a tax whose tax base is a physical unit (or a proxy of it) of something that has a proven, specific negative impact on the environment, and which is defined in the European System of Accounts (ESA 2010). The environmental taxes feature in Taxes on Products (D.214), Other Taxes on Production (D.29) and Other Current Taxes (D.59).

6. Revenues from VAT, Income Tax and Social Security Contributions are recorded using the time-adjusted cash method. Following a study undertaken by NSO in 2008, Eurostat approved a time adjustment of t+1 for VAT and t+2 for Income Taxes and Social Security Contributions.

7. For additional information on the taxes in Malta refer to the “Taxes in Europe” database which contains, for each individual tax, information on its legal basis, assessment base, main exemptions, applicable rate(s), economic and statistical classification, as well as the revenue generated by it. The “Taxes in Europe” database is the European Commission’s online information tool covering the main taxes in force in the EU Member States (IP/07/662). The system contains information on around 650 taxes, as provided to the European Commission by the national authorities. Access is free for all users at: http://ec.europa.eu/taxation_customs/tedb/splSearchForm.html

8. All data in this release should be considered as provisional and therefore subject to revision. Figures may not add up due to rounding.

9. More information relating to this news release may be accessed at:

10. A detailed news release calendar is available online.

11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

12. For further assistance send your request through our online request form.

Id-Dħul mit-Taxxi: 2023

NR 205/2024
Data tal-Ħruġ: 31 ta’ Ottubru 2024

Tax,Concept,With,Wooden,Block,On,Stacked,Coins
  • Fl-2023, id-dħul sħiħ mit-taxxi telaʼ bʼ€436.3 miljun fuq is-sena taʼ qabel u kien taʼ €5,595.4 miljun. It-taxxi diretti u indiretti żdiedu bʼ€194.5 miljun u bʼ€164.3 miljun, rispettivament, filwaqt li l-kontribuzzjonijiet soċjali telgħu bʼ€77.6 miljun.
  • It-Taxxa tad-Dħul Individwali żdiedet bʼ€138.2 miljun fuq l-2022, filwaqt li t-Taxxa fuq il-Profitti tal-Korporazzjonijiet telgħet bʼ€41.3 miljun.
  • Il-piż tat-taxxi fʼMalta kien taʼ 27.1 fil-mija tal-PDG, tnaqqis taʼ 1.2 punti perċentwali meta mqabbel mal-piż tat-taxxa sħiħ taʼ 28.3 fil-mija li kien irrekordjat fl-2022.
  • Il-qasam tal-Unitajiet domestiċi kkontribwixxa 63.7 fil-mija tat-Taxxa tad-Dħul tal-Gvern Ġenerali, li jiġu bʼkollox €1,514.4 miljun, mentri l-Korporazzjonijiet mhux Finanzjarji u l-Korporazzjonijiet Finanzjarji kkontribwew 18.9 fil-mija u 17.1 fil-mija, rispettivament.
  • Fl-2023, it-taxxi tal-ambjent taʼ Malta telgħu bi €28.2 miljun sabiex laħqu t-€315.5-il miljun, bit-taxxi fuq l-enerġija jgħoddu €155.3 miljun mill-għadd kollu.

Id-Dħul mit-Taxxi: 2023

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content