Home » Il-Jeddijiet għall-Pensjoni: 2021
Il-jeddijiet għall-pensjoni f’Malta
Il-jeddijiet akkumulati għall-pensjoni (ADLs) jirrappreżentaw il-valur preżenti tal-pensjonijiet li għandhom jitħallsu fil-ġejjieni skont il-jeddijijiet akkumulati mill-kontributuri matul ħajjithom. Fi kliem ieħor, dan juri kemm ikun jiswa biex jitħallsu l-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet pendenti kieku l-iskema tal-pensjoni kellha, teoretikament, tingħalaq.
Dawn il-jeddijiet jipprovdu żewġ perspettivi differenti; il-jeddijiet (i) tal-unitajiet domestiċi (kredituri) ekwivalenti għall-obbligazzjonijiet (ii) tal-gvern (debitur).
Suppożizzjonijiet ewlenin
Kienet applikata rata ta’ skont reali ta’ tnejn fil-mija sabiex ikun stabbilit il-valur preżenti tal-jeddijiet għall-pensjoni ta’ Malta sa tmiem l-2021. Kienet imbassra wkoll rata ta’ inflazzjoni ta’ tnejn fil-mija, u għalhekk kienet ikkunsidrata rata ta’ skont nominali ta’ erbgħa fil-mija. Dawn is-suppożizzjonijiet huma stabbiliti mil-linji Gwida miġbura mill-Eurostat u l-Bank Ċentrali Ewropew, u li jimxu magħhom l-Istati Membri kollha sabiex ikun jistaʼ jsir it-tqabbil fuq livell ġeografiku1.
Is-suppożizzjoni dwar it-tkabbir tal-pagi li tinsab fir-Rapport tal-Kummissjoni Ewropea 2024 dwar it-Tixjiħ intużat biex ikun maħdum l-iżvilupp tal-pagi, filwaqt li l-istennija tal-għomor kienet stabbilita permezz tal-aħħar tbassir tal-EUROPOP (2023).
Riżultati
Sal-aħħar tal-2021, il-jeddijiet kollha għall-pensjoni taʼ Malta laħqu €37.5 biljun, li jiġu daqs 244.4 fil-mija tal-PDG nazzjonali. Il-pensjonijiet tas-Sigurtà Soċjali kienu jirrappreżentaw il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-jeddijiet, li jammontaw għal €34.7 biljun jew 92.6 fil-mija tat-total (Tabella nru 1). Is-7.4 fil-mija l-oħra huma jeddijiet tal-Pensjonijiet tas-Servizz (Ċart nru 1).
Description | Service | Social Security | Total | |
Pension Entitlements | € billion | 2.8 | 34.7 | 37.5 |
% of GDP | 18.1 | 226.3 | 244.4 |
Nota: Il-PDG kif maħruġ fl-Istqarrija tal-Aħbarijiet tal-NSO News Release 214/2023.
No Data Found
Il-kontribuzzjonijiet soċjali laħqu bʼkollox ż-€2.3 biljuni, li 99.6 fil-mija tagħhom qed jintużaw biex tkun sostnuta s-sistema tal-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali u l-bqija isostnu il-pensjonijiet tas-Servizz (Tabella nru 2). Sal-aħħar tal-2021, kien hemm 407,238 persuna fl-età tax-xogħol b’kontribuzzjonijiet imħallsa jew akkreditati; li minnhom 82,882 jew 20.4 fil-mija huma barranin b’permess ta’ residenza (Ċart nru 2).
2018
No Data Found
2021
No Data Found
Barra minn hekk, kien hemm €1.0 biljun fi ħlasijiet tal-pensjoni, li €0.8 taʼ biljun minnhom marru għal riċevituri ta’ pensjonijiet marbutin max-Xjuħija. Meta mqabbel mal-eżerċizzju tal-2018, il-pensjonijiet żdiedu bi 15.2 fil-mija (Ċart nru 3).
No Data Found
Analiżi tas-sensittività
Barra mir-rata standard ta’ skont ta’ tnejn fil-mija, ir-robustezza tar-riżultati tinsilet ukoll mir-rati ta’ skont differenti għall-mudell tal-jeddijiet akkumulati għall-pensjoni (ADLs) ta’ Malta. B’mod partikolari, il-jeddijiet kienu stmati mill-ġdid bl-użu ta’ rati ta’ skont ta’ wieħed fil-mija u taʼ tlieta fil-mija. Bit-tbassir ta’ rata ta’ skont ta’ wieħed fil-mija joħorġu obbligi ta’ pensjoni ogħla bʼ26.8 fil-mija fejn il-kont jitlaʼ għal €47.5 biljun. Bil-maqlub, l-obbligazzjonijiet tal-pensjonijiet jonqsu bi 19.2 fil-mija u jinżlu għal €30.3 biljun meta tintuża rata ta’ skont ta’ tlieta fil-mija (Tabella nru 2).