Home » Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: April 2024
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: April 2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼApril 2024, kien irreġistrat defiċit taʼ €332.4 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €493.4 miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €661.6 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €329.2 miljun. Dan juri tnaqqis taʼ €152.0 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €9.0 miljuni fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fl-importazzjoni kien fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€143.3 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żieda ewliena kienet irreġistrata fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€19.0-il miljun), li kienet sa ċert punt impattija bit-tnaqqis fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€8.0 miljuni) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-April 2024
Fl-ewwel erbaʼ xhur tas-sena, id-defiċit ċkien bi €52.7 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel sabiex laħaq l-€1,179.1 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €2,666.7 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€1,487.6 miljun. Dan fisser żidiet taʼ €25.0 miljun u €77.7 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€100.2 miljun) u fil-Kimika (€35.0 miljun), li kienu sa ċertu punt impattija bi tnaqqis fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€63.7 miljun) u fl-oġġetti semi-manifatturati (€58.3 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€100.4 miljun) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€29.4 miljun). Min-naħa l-oħra kien irreġistrat tnaqqis fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€24.8 miljun) u fl-Ikel (€23.7 miljun) (Tabella nru 3).
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (57.4 fil-mija) u mill-Asja (22.4 fil-mija), filwaqt li l-esportazzjoni kienet mibgħuta l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (34.5 fil-mija) u l-Amerka taʼ Fuq u Ċentrali (12.7 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Italja (€89.3 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mir-Renju Unit irreġistrat l-akbar tnaqqis (€66.2 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti rreġistrat l-akbar żieda (€138.0 miljun), filwaqt li dik lejn il-Ġermanja kellha l-akbar tnaqqis (€14.8-il miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: April 2024
FʼApril, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €196.0 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €220.8 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €424.0 miljun u €228.0 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqisa taʼ 4.3 fil-mija fl-ewwel waħda u żieda taʼ 2.6 fil-mija fit-tieni waħda fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-April 2024
Fl-ewwel erbaʼ xhur tal-2024, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bʼ€117.3-il miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq it-€846.7 miljun. L-importazzjoni żdiedet bi 2.1 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi 8.4 fil-mija u ammontaw għal €1,730.5 miljun u €883.8 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
No Data Found
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
April 2024
No Data Found
April 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
16. A detailed news release calendar is available online.
17. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
18. For further assistance send your request through our online request form.