Il-Punti ewlenin
- FʼAwwissu 2026, Malta rreġistrat żbilanċ proviżorju taʼ €295.7 miljun fil-kummerċ tal-merkanzija.
- FʼAwwissu 2026, l-importazzjoni tal-merkanzija żdiedet bʼ0.1 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni tal-merkanzija żdiedet bi 19.0 fil-mija, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Minn Jannar sʼAwwissu, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-UE kienet tammonta għal €3,756.5 miljun, li tirrappreżenta 59.5 fil-mija tal-importazzjoni kollha tal-merkanzija, filwaqt li l-esportazzjoni tal-merkanzija lejn l-UE laħqet l-€1,134.7 miljun, li tammonta għal 32.6 fil-mija tal-esportazzjoni kollha tal-merkanzija.
Il-Kummentarju
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Awwissu 2026
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼAwwissu 2026, kien irreġistrat defiċit taʼ €295.7 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €371.8 miljun taʼ Awwissu 2025. L-importazzjoni kienet taʼ €777.1 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €481.4 miljun, li jiġu żidiet taʼ €0.8 taʼ miljun fl-importazzjoni u taʼ €76.9 miljun fl-esportazzjoni, meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Iż-żieda fl-importazzjoni kienet ġejja l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€91.1 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-importazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€50.1 miljun), tal-Kimika (€36.1 miljun) u tal-Ikel (€12.7-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, l-akbar żidiet dehru fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€65.1 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€26.7 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-esportazzjoni tal-Kimika (€30.6 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Awwissu 2026
Tul l-ewwel tmien xhur tas-sena, id-defiċit naqas bʼ€624.1 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u laħaq l-€2,837.5 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €6,317.3-il miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €3,479.7 miljun. Dan fisser tnaqqis taʼ €152.2 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €471.9 miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar minn importazzjoni aktar baxxa tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€390.6 miljun), tal-Kimika (€56.4 miljun) u taʼ Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€29.6 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-importazzjoni tal-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€291.4 miljun) u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€34.4 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€200.0 miljun), fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€194.2 miljun) u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€47.7 miljun) (Tabella nru 3).
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (59.5 fil-mija) u mill-Asja (20.7 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (32.6 fil-mija) u l-Asja (12.7 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Belġju (€102.7 miljuni), filwaqt li l-importazzjoni minn Franza rreġistrat l-akbar tnaqqis (€512.9-il miljun). L-esportazzjoni lejn il-Ġermanja rreġistrat l-akbar żieda (€55.4 miljun), filwaqt li dik lejn it-Turkija kellha l-akbar tnaqqis (€44.9 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Awwissu 2026
FʼAwwissu 2026, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €175.2 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €211.3-il miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2025. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €439.6 miljun u €264.4 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 4.3 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 6.5 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Awwissu 2026
Tul l-ewwel tmien xhur tal-2026, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi naqas bi €340.3 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel biex laħaq l-€1,720.3 miljun. L-importazzjoni naqset bi 2.7 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bi 12.7 fil-mija biex laħqu t-€3,807.9 miljuni u l-€2,087.7 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
- xlsx Table 1. Trade in Goods by period and trade flow 55.07 KB
- xlsx Table 2. Total Trade in Goods by period and Broad Economic Category (BEC) 56.77 KB
- xlsx Table 2a. Total Trade in Goods by quarter and Broad Economic Category (BEC) 56.37 KB
- xlsx Table 3. Total Trade in Goods by period and major commodity group 54.84 KB
- xlsx Table 4. Direction of Total Trade in Goods by period and continent/region/country 58.91 KB
- xlsx Table 4a. Total imports by period and region/country 66.38 KB
- xlsx Table 4b. Total exports by period and region/country 66.11 KB
- xlsx Table 5. Direction of Trade in Goods excluding Specific Chapters by period and continent/region 54.69 KB
- xlsx Table 6. Total Trade in Goods by period and main trade chapter 54.72 KB
- xlsx Table 6a. Total Imports by period and trade chapter 59.01 KB
- xlsx Table 6b. Total Exports by period and trade chapter 58.55 KB
- xlsx All Tables 146.58 KB
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Subsidiary Legislation 406.08, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
v. Miscellaneous Codes refer to special geographical codes defined in the Eurostat Geonomenclature. These codes are used for transactions involving high seas, stores and provisions, unspecified countries or territories, and partner countries withheld for commercial or military confidentiality reasons. They include the codes QP, QR, QS, QV, QW, QY, and QZ.
(a) High Seas (QP), refers to areas of sea that are not part of the territorial waters of any country. In International Trade in Goods Statistics (ITGS), this code is used for goods supplied to or obtained from vessels and installations operating on the high seas where no specific partner country can be attributed.
(b) Stores and Provisions – Intra-Union Trade (QR), forms part of the official Intra-Union aggregate used by Eurostat. Consequently, values reported under QR should be included when compiling the total Intra-Union trade aggregate but should not be attributed to any individual Member State.
(c) Stores and Provisions – Extra-Union Trade (QS), forms part of the official Extra-EU aggregate used to measure trade between the European Union and non-EU countries. To ensure complete coverage and prevent undervaluation, trade values reported under QS must be added to the non-EU partner country totals when calculating total Extra-EU trade. This treatment is consistent with the Eurostat ITGS framework, which classifies these transactions as occurring within the statistical scope of Extra-EU trade.
(d) Countries and Territories Not Specified (Intra-Union Trade) (QV), is a code used when goods are traded within the European Union, but the specific partner country or territory cannot be identified or allocated at the time of compilation. It enables such transactions to be included in ITGS while preserving the completeness of trade statistics.
(e) Countries and Territories Not Specified (Extra-Union Trade) (QW), is a code used for trade transactions with non-EU countries where the specific partner country or territory cannot be identified or allocated at the time of compilation. It ensures that such transactions are included in ITGS while preserving the completeness of the data.
(f) Countries and Territories Not Specified For Commercial/Military Reasons (Intra-Union Trade) (QY). This code is used for intra-EU trade transactions where the identification of the actual partner country is withheld for commercial or military reasons. The trade is recorded under code QY instead of the true partner country to protect sensitive information while ensuring that the transaction remains included in ITGS.
(g) Countries and Territories Not Specified For Commercial/Military Reasons (Extra-Union Trade) (QZ). This code is used for trade transactions with non-EU countries where the identification of the actual partner country is withheld for commercial or military reasons. The trade is recorded under code QZ instead of the true partner country to protect sensitive information while ensuring that the transaction remains included in ITGS.
vii. Treatment of Special Intra-Union Codes: The special partner codes QR, QV and QY are defined within the European Business Statistics (EBS) framework for intra-Union transactions that cannot be attributed to a specific EU Member State. Although these codes are presented separately under Miscellaneous Codes in this News Release, they form an integral part of total Intra-Union Trade and should therefore be included when compiling overall intra-Union aggregates.
For transparency and analytical purposes, the values associated with QR, QV and QY are shown separately; however, they must be added to the total value of Intra-Union Trade.
Accordingly, the complete Intra-Union Trade aggregate may be derived as follows:
Total Intra-Union Trade = Trade with EU Member States + QR + QV + QY
where Trade with EU Member States represents the sum of trade reported with individually identified EU Member States only.
Total Extra-Union Trade = Trade with identified non-EU countries + QP + QS + QW + QZ
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
