Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: April 2026
- FʼApril 2026, Malta rreġistrat żbilanċ proviżorju taʼ €314.8-il miljun fil-kummerċ tal-merkanzija.
- Matul April 2026, l-importazzjoni tal-merkanzija naqset bʼ€59.9 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni tal-merkanzija żdiedet bʼ€61.4 miljun, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Minn Jannar sa April tal-2026, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-UE kienet taʼ €1,550.1 miljun (61.8 fil-mija tal-importazzjoni kollha tal-merkanzija), filwaqt li l-esportazzjoni tal-merkanzija lejn l-UE kienet taʼ €571.8 miljun (37.7 fil-mija tal-esportazzjoni kollha tal-merkanzija).
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: April 2026
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: April 2026
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: April 2026
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼApril 2026, kien irreġistrat defiċit taʼ €314.8-il miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €436.1 miljun taʼ April 2025. L-importazzjoni kienet taʼ €714.8-il miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €400.0 miljun, li jiġu tnaqqis taʼ €59.9 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €61.4 miljun fl-esportazzjoni, meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€91.8 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€35.5 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin dehru fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€27.0 miljun), fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€25.8 miljun) u fʼOġġetti mixxellanji tal-manifattura (€18.7-il miljun). Min-naħa l-oħra, naqset l-esportazzjoni tal-Kimika (€9.9 miljuni) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-April 2026
Tul l-ewwel erbaʼ xhur tas-sena, id-defiċit naqas bʼ€296.1 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u laħaq id-€989.6 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €2,507.5 miljuni, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €1,517.9-il miljun. Dan fisser tnaqqis taʼ €232.0 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €64.1 miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€161.5 miljun), fi Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€26.7 miljun) u fil-Kimika (€24.6 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€85.3 miljun) u fl-Ikel (€17.9-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fi Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€27.1 miljun) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€23.4 miljun) (Tabella nru 3).
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (61.8 fil-mija) u mill-Asja (23.0 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (37.7 fil-mija) u l-Asja (12.0 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Olanda (€117.3-il miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€94.4 miljun). L-esportazzjoni lejn il-Ġermanja rreġistrat l-akbar żieda (€43.2 miljun), filwaqt li dik lejn it-Turkija kellha l-akbar tnaqqis (€45.8 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: April 2026
FʼApril, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €205.0 miljuni, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €293.6 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2025. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €459.8 miljun u €254.8 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 10.3 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 16.4 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-April 2026
Tul l-ewwel erbaʼ xhur tal-2026, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi naqas bʼ€257.6 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel biex laħaq is-€766.8 miljun. L-importazzjoni naqset bʼ9.7 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bʼ7.8 fil-mija biex laħqu l-€1,740.0 miljun u d-€973.2 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Subsidiary Legislation 406.08, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
