Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Awwissu 2025
- FʼAwwissu 2025, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €326.8 miljun.
- Matul Awwissu 2025, l-importazzjoni esperjenzat tnaqqis taʼ €588.4 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ€34.1 miljun, fuq l-istess xahar tas-sena ta’ qabel.
- Fl-ewwel tmien xhur tal-2025, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) kienet taʼ €3,882.1 miljun (63.0 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- Matul il-perjodu Jannar-Awwissu 2025, l-importazzjoni rreġistrat żieda ewlenija mill-Olanda u tnaqqis ewlieni minn Franza. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn it-Turkija, mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn l-Istati Uniti.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Awwissu 2025
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Awwissu 2025
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Awwissu 2025
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼAwwissu 2025, kien irreġistrat defiċit taʼ €326.8 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €881.1 miljun taʼ Awwissu 2024. L-importazzjoni kienet taʼ €723.7 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €396.9 miljun, li jiġu tnaqqis taʼ €588.4 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €34.1 miljun fl-esportazzjoni, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kienet ġej l-aktar mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€551.7 miljun), mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€36.7 miljun) u l-Ikel (€16.2-il miljun). Min-naħa l-oħra, żdiedet l-importazzjoni tal-Kimika (€27.5 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien deher fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€34.7 miljun) u fl-Oġġetti semimanifatturati (€14.1-il miljun). Min-naħa l-oħra, żdiedet l-esportazzjoni tal-Kimika (€18.5-il miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Awwissu 2025
Fl-ewwel tmien xhur tas-sena, id-defiċit naqas bʼ€264.5 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u laħaq it-€3,241.9 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €6,166.4 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€2,924.5 miljun. Dan fisser tnaqqisiet taʼ €620.4 miljun u €355.9 miljun, rispettivament, fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€381.1 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€292.1 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-importazzjoni tal-Kimika (€92.8 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien kien fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€202.6 miljuni) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€143.1 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (63.0 fil-mija) u mill-Asja (18.5 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (37.7 fil-mija) u l-Asja (12.2 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Olanda (€118.5-il miljun), filwaqt li l-importazzjoni minn Franza rreġistrat l-akbar tnaqqis (€104.3 miljuni). L-esportazzjoni lejn it-Turkija rreġistrat l-akbar żieda (€88.5 miljun), filwaqt li dik lejn l-Istati Uniti kellha l-akbar tnaqqis (€121.0 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Awwissu 2025
FʼAwwissu, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €182.6 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €192.4 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2024. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €427.0 miljun u €244.4 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 1.5 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 1.4 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Awwissu 2025
Fl-ewwel tmien xhur tal-2025, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi kiber bʼ€69.3 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel biex laħaq l-€1,941.9 miljun. L-importazzjoni u l-esportazzjoni naqsu bʼ0.1 fil-mija u bʼ4.0 fil-mija, rispettivament, biex laħqu t-€3,762.7 miljun u l-€1,820.7 miljun (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Awwissu 2025
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Awwissu 2025
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Subsidiary Legislation 406.08, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
