Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Diċembru 2025
- FʼDiċembru 2025, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €191.7 miljun.
- Tul Diċembru 2025, l-importazzjoni naqset bʼ€116.7-il miljun, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bʼ€60.1 miljun, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Fl-2025, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) kienet taʼ €5,663.3 miljun (61.5 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- Tul l-2025, l-importazzjoni rreġistrat żieda ewliena mill-Olanda u tnaqqis ewlien mill-Italja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewliena fl-esportazzjoni kienet lejn it-Turkija, filwaqt li t-tnaqqis ewlien kien lejn l-Istati Uniti.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Diċembru 2025
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Diċembru 2025
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Diċembru 2025
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼDiċembru 2025, kien irreġistrat defiċit taʼ €191.7 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €368.5 miljun taʼ Diċembru 2024. L-importazzjoni kienet taʼ €647.6 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €455.9 miljun, li jiġu tnaqqis taʼ €116.7-il miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €60.1 miljun fl-esportazzjoni, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€75.8 miljun) u mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€41.6 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żieda ewliena dehret fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€59.1 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Diċembru 2025
Tul l-2025, id-defiċit naqas bʼ€444.1 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u laħaq l-€4,321.0 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €9,207.0 miljuni, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €4,886.0 miljun. Dan fisser tnaqqisiet taʼ €811.0-il miljun u €366.9 miljun, rispettivament, fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€573.2 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€414.2-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-importazzjoni tal-Kimika (€188.1 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€204.3 miljuni) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€181.9 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-esportazzjoni tal-Kimika (€53.1 miljun) (Tabella nru 3).
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (61.5 fil-mija) u mill-Asja (19.5 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (35.6 fil-mija) u l-Asja (15.2 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Olanda (€193.0 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€172.4 miljun). L-esportazzjoni lejn it-Turkija rreġistrat l-akbar żieda (€45.5 miljun), filwaqt li dik lejn l-Istati Uniti kellha l-akbar tnaqqis (€110.3 miljuni) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Diċembru 2025
FʼDiċembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €140.3 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €127.2 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2024. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €431.9 miljun u €291.6 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm żieda taʼ 4.5 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 1.9 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Diċembru 2025
Tul l-2025, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi kiber bʼ€217.6-il miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel biex laħaq l-€2,620.7 miljun. L-importazzjoni żdiedet bi 2.5 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi 2.4 fil-mija, rispettivament, biex laħqu l-€5,754.6 miljun u t-€3,134.0 miljun (Tabella nru 1).
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Subsidiary Legislation 406.08, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
