Home » Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Diċembru tal-2023
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Diċembru tal-2023
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼDiċembru tal-2023, kien irreġistrat defiċit taʼ €237.6 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €446.9 miljun tal-istess xahar fl-2022. L-importazzjoni ammontat għal €626.5 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €388.9 miljun. Dan juri tnaqqisiet taʼ €210.0 miljuni u €0.7 miljun fl-importazzjoni u l-esportazzjoni, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis ewlieni fl-importazzjoni kien fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€115.1-il miljun) u l-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€63.7 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu rreġistrati fl-Oġġetti semi-manifatturati (€7.3 miljuni), fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€5.8 miljuni) u l-Ikel (€4.9 miljuni). Dawn it-tnaqqisiet kienu bbilanċjati bʼżieda fl-esportazzjoni tal-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€8.3 miljuni) u l-kimika (€6.6 miljuni) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Diċembru tal-2023
Fl-2023, id-defiċit naqas bʼ€779.3 miljun meta mqabbel mas-sena taʼ qabel sabiex laħaq l-€4,061.2 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €8,577.5 miljun, mentri l-esportazzjoni laħqet l-€4,516.3-il miljun. Dan irrappreżenta tnaqqisiet taʼ €934.3 miljun u €155.0 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). It-tnaqqis fl-importazzjoni kien irrekordjat l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€527.5 miljun), fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€459.8 miljun) u fil-Kimika (€66.1 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żidiet fl-Ikel (€86.4 miljun) u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€40.8 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€176.9 miljun), fl-Ikel (€73.6 miljun) u fil-Kimika (€47.1 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€153.4 miljun) (Tabella nru 3).
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (55.2 fil-mija) u mill-Asja (19.9 fil-mija). Bl-istess mod, l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (37.1 fil-mija) u l-Asja (16.9 fil-mija). L-akbar żieda ġiet mill-Ġermanja (€235.5 miljun), mentri l-importazzjoni mill-Kanada rreġistrat l-akbar tnaqqis (€684.5 miljun). L-esportazzjoni lejn il-Ġermanja rreġistrat l-akbar żieda (€320.6 miljun), mentri dik lejn Franza kellha l-akbar tnaqqis (€175.5 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Diċembru tal-2023
FʼDiċembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €98.4 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €120.2 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2022. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €363.7 miljun u €265.3 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqisiet taʼ 7.9 fil-mija fl-ewwel waħda u 3.4 fil-mija fit-tieni waħda meta mqabblin mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija Eskluż Kapitli Speċifiċi1: Jannar-Diċembru tal-2023
Fl-2023, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi twessaʼ bi €355.8 miljun meta mqabbel mas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq l-€2,285.3 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ6.2 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ1.4 fil-mija, rispettivament, u ammontaw għal €5,319.7-il miljun u €3,034.3 miljun (Tabella nru 1).
No Data Found
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Diċembru 2023
No Data Found
Diċembru 2023
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
16. A detailed news release calendar is available online.
17. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
18. For further assistance send your request through our online request form.