Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Frar 2026
- Fi Frar 2026, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €209.4 miljuni.
- Matul Frar 2026, l-importazzjoni naqset bʼ56.1 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bʼ€40.5 miljun, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- FʼJannar u Frar 2026, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea kienet taʼ €686.0 miljun (63.6 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- FʼJannar u Frar 2026, l-importazzjoni rreġistrat żieda ewliena mill-Olanda u tnaqqis ewlien mill-Italja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewliena fl-esportazzjoni kienet lejn l-Eġittu, filwaqt it-tnaqqis ewlien kien lejn it-Turkija.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Frar 2026
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Frar 2026
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Frar 2026
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fi Frar 2026, kien irreġistrat defiċit taʼ €209.4 miljuni meta mqabbel mad-defiċit taʼ €225.0 miljun taʼ Frar 2025. L-importazzjoni kienet taʼ €534.3 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €324.8 miljun, li jiġu tnaqqis taʼ €56.1 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €40.5 miljun fl-esportazzjoni, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€30.1 miljun), mill-Kimika (€19.6-il miljun) u minn Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€8.8 miljuni). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien deher fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€25.3 miljun) u fi Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€24.4 miljun). Min-naħa l-oħra, żdiedet l-esportazzjoni tal-Ikel (€12.2-il miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Frar 2026
Tul l-ewwel xahrejn tas-sena, id-defiċit naqas bʼ€167.1 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u laħaq it-€380.3 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €1,078.8 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €698.5 miljun. Dan fisser tnaqqisiet taʼ €214.5-il miljun u €47.3 miljun, rispettivament, fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€122.9 miljun), fil-Kimika (€28.5 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€21.2 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€90.5 miljun) u fi Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€27.2 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-esportazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€63.2 miljun) (Tabella nru 3).
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (63.6 fil-mija) u mill-Asja (24.0 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (38.7 fil-mija) u l-Asja (11.8 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Olanda (€48.7 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€57.1 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Eġittu rreġistrat l-akbar żieda (€12.6-il miljun), filwaqt li dik lejn it-Turkija kellha l-akbar tnaqqis (€42.2 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Frar 2026
Fi Frar, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €198.2 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €204.4 miljuni li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2025. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €424.1 miljun u €225.9 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 6.1 fil-mija fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ 8.6 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Frar 2026
Tul l-ewwel xahrejn tal-2026, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi naqas bʼ€115.8-il miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel biex laħaq it-€334.8 miljun. L-importazzjoni naqset bi 11.9 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bʼ1.9 fil-mija biex laħqu s-€793.8 miljun u l-€459.1 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Subsidiary Legislation 406.08, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
