Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Jannar 2026
- FʼJannar 2026, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €157.3 miljun.
- Matul Jannar 2026, l-importazzjoni esperjenzat tnaqqis taʼ €166.7 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi €2.1 miljuni, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- FʼJannar 2026, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea kienet taʼ €334.2 miljun (62.4 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- Matul Jannar 2026, l-importazzjoni rreġistrat żieda ewliena minn Spanja u tnaqqis ewlien mill-Italja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewliena fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja, filwaqt it-tnaqqis ewlieni kien lejn it-Turkija.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Jannar 2026
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Jannar 2026
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar 2026
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼJannar 2026, kien irreġistrat defiċit taʼ €157.3 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €322.0 miljun taʼ Jannar 2025. L-importazzjoni kienet taʼ €535.5 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €378.2 miljun, li jiġu tnaqqis taʼ €166.7 miljun fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ €2.1 miljuni fl-esportazzjoni, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€92.9 miljun), mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€33.7 miljun) u mill-Ikel (€14.0-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien deher fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€64.0 miljun). Min-naħa l-oħra, żdiedet l-esportazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€57.9 miljun) (Tabella nru 3).
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (62.4 fil-mija) u mill-Asja (25.4 fil-mija), filwaqt li l-esportazzjoni marret l-aktar lejn l-Unjoni Ewropea (34.8 fil-mija) u l-Amerka taʼ Fuq u Ċentrali (13.5 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet minn Spanja (€51.8 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€66.5 miljun). L-esportazzjoni lejn il-Ġermanja rreġistrat l-akbar żieda (€20.1 miljun), filwaqt li dik lejn it-Turkija kellha l-akbar tnaqqis (€21.3 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar 2026
FʼJannar, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €124.3 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €245.8 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2025. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €360.7 miljun u €236.4 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 19.6 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 16.4 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Subsidiary Legislation 406.08, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
