Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Marzu 2026
- FʼMarzu 2026, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €259.5 miljun.
- Matul Marzu 2026, l-importazzjoni naqset bi €3.7 miljuni, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bʼ€35.3 miljun, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Fl-ewwel tliet xhur tal-2026, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) kienet taʼ €1,091.5 miljun (61.9 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- Minn Jannar sa Marzu 2026, l-importazzjoni rreġistrat żieda ewlenija mill-Olanda u tnaqqis ewlieni mill-Italja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn il-Ġermanja, filwaqt li t-tnaqqis ewlieni kien lejn it-Turkija.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Marzu 2026
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Marzu 2026
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Marzu 2026
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼMarzu 2026, kien irreġistrat defiċit taʼ €259.5 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €298.5 miljun taʼ Marzu 2025. L-importazzjoni kienet taʼ €664.1 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €404.5 miljuni, li jiġu tnaqqis taʼ €3.7 miljuni fl-importazzjoni u żieda taʼ €35.3 miljun fl-esportazzjoni, meta mqabbla mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€59.1 miljun) u mit-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€14.8-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€69.8 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin dehru fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€28.7 miljun) u fil-Kimika (€13.5-il miljun). Min-naħa l-oħra, naqset l-esportazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€5.3 miljuni) u tʼOġġetti mixxellanji tal-manifattura (€3.0 miljuni) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Marzu 2026
Tul l-ewwel tliet xhur tas-sena, id-defiċit naqas bʼ€183.8 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u laħaq is-€664.1 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €1,764.7 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni kienet taʼ €1,100.6 miljun. Dan fisser tnaqqisiet taʼ €198.4 miljun u €14.6-il miljun, rispettivament, fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€76.8 miljun), fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€45.8 miljun) u fi Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€26.8 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqisiet ewlenin kienu fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€66.7 miljun), fi Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€26.9 miljun) u fʼOġġetti mixxellanji tal-manifattura (€13.9-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-esportazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€59.4 miljun), fil-Kimika (€18.0-il miljun) u fl-Ikel (€17.6-il miljun) (Tabella nru 3).
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (61.9 fil-mija) u mill-Asja (24.0 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (38.8 fil-mija) u l-Asja (12.2 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Olanda (€80.1 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€82.3 miljun). L-esportazzjoni lejn il-Ġermanja rreġistrat l-akbar żieda (€28.4 miljun), filwaqt li dik lejn it-Turkija kellha l-akbar tnaqqis (€35.7 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Marzu 2026
FʼMarzu, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €188.0 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €276.6 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2025. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €443.8 miljun u €255.9 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 13.0 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 9.6 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Marzu 2026
Tul l-ewwel tliet xhur tal-2026, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi naqas bʼ€194.1 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel biex laħaq il-€534.9 miljun. L-importazzjoni naqset bi 11.4 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bʼ4.9 fil-mija biex laħqu l-€1,252.3 miljun u s-€717.3-il miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota nru 8 fil-metodoloġija.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Subsidiary Legislation 406.08, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
