Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Mejju 2025
- FʼMejju 2025, Malta rreġistrat żbilanċ kummerċjali taʼ €273.2 miljun.
- Matul Mejju 2025, l-importazzjoni u l-esportazzjoni esperjenzaw tnaqqis taʼ €193.6 miljun u €78.1 miljun, rispettivament, fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.
- Fl-ewwel ħames xhur tal-2025, l-importazzjoni tal-merkanzija mill-Unjoni Ewropea (UE) kienet taʼ €1,977.9 miljun (60.3 fil-mija tal-importazzjoni kollha).
- Matul il-perjodu Jannar-Mejju 2025, l-importazzjoni rreġistrat żieda ewlenija lejn il-Portugall u tnaqqis ewlieni mil-Italja. Min-naħa l-oħra, iż-żieda ewlenija fl-esportazzjoni kienet lejn it-Turkija, mentri t-tnaqqis ewlieni kien lejn l-Istati Uniti.
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Mejju 2025
Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Mejju 2025
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Mejju 2025
Fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet qed jingħata tagħrif dwar il-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼMejju 2025, kien irreġistrat defiċit taʼ €273.2 miljun meta mqabbel mad-defiċit taʼ €388.7 miljun taʼ Mejju 2024. L-importazzjoni ammontat għal €638.2 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €365.0 miljun. Dan juri tnaqqisiet taʼ €193.6 miljun u €78.1 miljun fl-importazzjoni u fl-esportazzjoni, rispettivament, fuq Mejju 2024 (Tabella nru 1).
It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€107.7 miljuni) u mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€93.2 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien deher fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€64.0 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€23.4 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Kimika (€8.6 miljuni) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Mejju 2025
Fl-ewwel ħames xhur tas-sena, id-defiċit naqas bʼ€130.3 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, u kien taʼ €1,492.2 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €3,277.7 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€1,785.4 miljun. Dan fisser tnaqqisiet taʼ €348.3 miljun u €218.0-il miljun, rispettivament, fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Importazzjoni aktar baxxa dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€214.8-il miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€171.4 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-importazzjoni tal-Kimika (€59.4 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, it-tnaqqis ewlien kien fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€180.2 miljun) u fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€74.7 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fl-esportazzjoni tat-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€29.5 miljun) (Tabella nru 3).
Ċart nru 1. Il-kummerċ internazzjonali tal-merkanzija: Data taʼ kull xahar
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (60.3 fil-mija) u mill-Asja (21.0 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (36.1 fil-mija) u l-Asja (12.9 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Portugall (€145.0 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Italja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€113.6-il miljun). L-esportazzjoni lejn it-Turkija rreġistrat l-akbar żieda (€76.9 miljun), filwaqt li dik lejn l-Istati Uniti kellha l-akbar tnaqqis (€122.2 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Mejju 2025
FʼMejju, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €234.2 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €214.1-il miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2024. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €472.6 miljun u €238.4 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm żieda taʼ 2.0 fil-mija fl-importazzjoni u tnaqqis taʼ 4.4 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Mejju 2025
Fl-ewwel ħames xhur tal-2025, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi kiber bi €68.8 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq l-€1,221.8 miljun. L-importazzjoni żdiedet bʼ1.9 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni naqset bi 2.2 fil-mija sabiex laħqu l-€2,343.4 miljun u l-€1,121.6 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
Ċart nru 2. Il-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 - Data taʼ kull xahar
No Data Found
Ċart nru 3. It-tibdil perċentwali fil-kummerċ tal-merkanzija
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Ċart nru 4. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ sħiħ tal-merkanzija bil-gruppi ewlenin tal-prodotti
Mejju 2025
No Data Found
Ċart nru 5. It-taqsim perċentwali tal-kummerċ tal-merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1 bil-kontinent/reġjun
Mejju 2025
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
Tables
Tables
Methodological Notes
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
14. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.
