Home » Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Novembru 2024
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Novembru 2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼNovembru 2024, kien irreġistrat defiċit taʼ €136.3 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €186.6 miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €645.3 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €509.0 miljuni. Dan juri tnaqqis taʼ €39.5 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €10.8 miljuni fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). It-tnaqqis fl-importazzjoni kien ġej l-aktar mill-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€52.1 miljun) u mill-Kimika (€24.1 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm żieda fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€37.5 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu rreġistrati fit-Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€15.8-il miljun), fl-Ikel (€12.1-il miljun) u fil-Kimika (€9.5 miljuni). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€10.6 miljuni), fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€9.6 miljuni) u fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€9.0 miljuni) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Novembru 2024
Fl-ewwel 11-il xahar tas-sena, id-defiċit kiber bi €382.6 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel u kien taʼ €4,234.1 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €8,964.9 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet l-€4,730.8 miljun. Dan fisser żidiet taʼ €862.1 miljun u €479.5 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€626.8 miljun) u fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€281.1 miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żieda ewliena kienet fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€323.5 miljun) u fil-Kimika (€90.2 miljun) (Tabella nru 3).
No Data Found
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Novembru 2024
FʼNovembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €47.9 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €144.8 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €401.5 miljun u €353.7 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 15.7 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 6.7 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Novembru 2024
Fl-ewwel 11-il xahar tal-2024, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi naqas bʼ€169.8 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq l-€2,138.8 miljun. L-importazzjoni naqset bʼ1.5 fil-mija, filwaqt li l-esportazzjoni żdiedet bi 3.3 fil-mija sabiex laħqu l-€5,008.5 miljuni u l-€2,869.7 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
No Data Found
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Xahar taʼ riferenza: Novembru 2024
No Data Found
Xahar taʼ riferenza: Novembru 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara n-nota metodoloġika nru 8.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux eżatt minħabba l-arrotondament.
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
15. A detailed news release calendar is available online.
16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
17. For further assistance send your request through our online request form.