Home » Il-Kummerċ Internazzjonali tal-Merkanzija: Settembru 2024
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Settembru 2024
It-tagħrif kollu mogħti fʼdin l-Istqarrija tal-Aħbarijiet jippreżenta l-kummerċ kollu tal-merkanzija sad-data tal-għeluq imsemmija. Ċifri proviżorji juru li, fʼSettembru 2024, kien irreġistrat defiċit taʼ €301.1 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €270.8 miljun tal-istess xahar fl-2023. L-importazzjoni ammontat għal €750.4 miljun, mentri l-esportazzjoni kienet taʼ €449.3 miljun. Dan juri żieda taʼ €91.3 miljun fl-importazzjoni u żieda taʼ €60.9 miljun fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni kienet ġejja l-aktar mill-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€120.3 miljun) u Tranżazzjonijiet u prodotti mixxellanji (€12.1-il miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-Ikel (€24.6 miljun), u l-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€18.6-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żidiet ewlenin kienu rreġistrati fl-Oġġetti mixxellanji tal-manifattura (€44.4 miljun) u l-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€43.8 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fil-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€20.7 miljun) (Tabella nru 3).
Il-Kummerċ Sħiħ tal-Merkanzija: Jannar-Settembru 2024
Fl-ewwel disaʼ xhur tas-sena, id-defiċit ċkien bʼ€100.5 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel u kien taʼ €3,292.6 miljun. L-importazzjoni kienet taʼ €6,923.5 miljun, filwaqt li l-esportazzjoni laħqet it-€3,631.0 miljun. Dan fisser żidiet taʼ €283.0 miljun u €383.5 miljun, rispettivament (Tabella nru 1). Iż-żieda fl-importazzjoni dehret l-aktar fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€542.1 miljun). Min-naħa l-oħra, kien hemm tnaqqis fl-importazzjoni tal-Makkinarju u t-tagħmir tat-trasport (€218.7-il miljun). Min-naħa tal-esportazzjoni, iż-żieda ewliena kienet fil-Fjuwil minerali, lubrikanti u materjal relatat (€327.9 miljun) (Tabella nru 3).
No Data Found
Il-merkanzija kienet, fil-biċċa l-kbira tagħha, miġjuba mill-Unjoni Ewropea (56.4 fil-mija) u mill-Asja (21.3 fil-mija). Simili għas-sitwazzjoni tal-importazzjoni, l-akbar numri tal-esportazzjoni kienu rreġistrati lejn l-Unjoni Ewropea (35.7 fil-mija) u l-Asja (11.3 fil-mija). L-akbar żieda fl-importazzjoni ġiet mill-Italja (€167.6 miljun), filwaqt li l-importazzjoni mill-Ġermanja rreġistrat l-akbar tnaqqis (€242.2 miljun). L-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti rreġistrat l-akbar żieda (€139.7 miljun), filwaqt li dik lejn il-Ġermanja kellha l-akbar tnaqqis (€65.0 miljun) (Tabella nru 4).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Settembru 2024
FʼSettembru, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jħalli barra xi oġġetti speċifiċi kien jgħodd €139.5 miljun, meta mqabbel mad-defiċit taʼ €183.9 miljun li kien irreġistrat fl-istess xahar tal-2023. L-importazzjoni u l-esportazzjoni kienu jiswew €428.6 miljun u €289.1 miljun, rispettivament, u bʼhekk kien hemm tnaqqis taʼ 5.0 fil-mija fl-importazzjoni u żieda taʼ 8.2 fil-mija fl-esportazzjoni fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 1).
Il-Kummerċ tal-Merkanzija eskluż kapitli speċifiċi1: Jannar-Settembru 2024
Fl-ewwel disaʼ xhur tal-2024, id-defiċit fil-kummerċ tal-merkanzija li jeskludi xi oġġetti speċifiċi naqas bʼ€0.5 miljun meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, sabiex laħaq l-€1,921.8 miljun. L-importazzjoni u l-esportazzjoni naqsu bʼ0.3 fil-mija u bʼ0.5 fil-mija sabiex laħqu €4,070.5 miljun u €2,148.7 miljun, rispettivament (Tabella nru 1).
No Data Found
Tqabbil mal-istess xahar taʼ sena qabel
No Data Found
Settembru 2024
No Data Found
Settembru 2024
No Data Found
1 Id-data teskludi Fjuwil Minerali, Lubrikanti u Materjal Relatat (Kapitlu 27), Inġenji tal-Ajru, Inġenji tal-Ispazju, u Partijiet Tagħhom (Kapitlu 88) u Bastimenti, Dgħajjes u Strutturi li jżommu f’Wiċċ l-Ilma (Kapitlu 89). Ara nota 8 tan-Noti Metodoloġiċi.
Nota: It-totali jistgħu ma jammontawx minħabba l-arrotondament.
i. The Intrastat Supplementary Declaration that traders in merchandise goods must submit in respect of arrivals (imports) and dispatches (exports) of goods from and to the Member States of the European Union (EU) in compliance with Legal Notice 105 of 2008, and
ii. The Customs Declarations for imports from and exports to countries that are not Member States of the EU.
16. A detailed news release calendar is available online.
17. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
18. For further assistance send your request through our online request form.