Home » Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K1/2024
Fl-ewwel kwart tal-2024, żaru Malta 19-il vapur tal-kruċieri, tnaqqis ta’ tnejn meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu t-73,372 (95.8 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 4,030 passiġġier, 602 aktar mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 62.7 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan bi 28.4 fil-mija tal-passiġġieri u dak Spanjol bi 11.3 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq it-28,584, li minnhom 21.9 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 14.5 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri nisa laħqu 52.4 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (32.4 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (25.9 fil-mija) (Tabella nru 1).
No Data Found
Embarkations | 2022 | 2023 | 2024 |
---|---|---|---|
January-March | 1,735 | 3,701 | 3,172 |
6. A detailed news release calendar is available online.
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. For further assistance send your request through our online request form.