Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K3/2026

PDF Aqsam
Abbona għall-aħħar aħbarijiet
Watchtower,And,Cruise,Ship,In,The,Grand,Harbour,In,Valletta,

Il-Punti ewlenin

  • Fit-tielet kwart tal-2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq it-325,681, tnaqqis taʼ 7.0 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
  • Fl-istess perjodu, 139 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma tnaqqis ta’ wieħed meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
  • Ir-Renju Unit, l-Italja u Spanja kienu t-tlitt iswieq ewlenin fit-tielet kwart tal-2026.
  • Fl-ewwel tliet kwarti tas-sena 2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq is-647,237, tnaqqis ta’ 6.4 fil-mija, meta mqabbel ma’ l-istess perjodu fis-sena li għaddiet.
  • Fl-ewwel tliet kwarti tas-sena 2026, 298 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ erbgħa meta mqabblin mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.

Il-Kummentarju

Fit-tielet kwart tal-2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq it-325,681, tnaqqis taʼ 7.0 fil-mija mill-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.

Fit-tielet kwart tal-2026, żaru Malta 139 vapur tal-kruċieri, tnaqqis ta’ wieħed meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-268,114 (82.3 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,343 passiġġier, 159 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 56.2 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 18.3 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Spanjol bi 12.7 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-142,541. Mill-passiġġieri kollha, is-suq tar-Renju Unit laħaq 20.8 fil-mija, filwaqt li 10.6 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri nisa laħqu 51.8 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59  sena (33.0 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (29.8 fil-mija) (Tabella nru 1).

Jannar-Settembru 2026

Fl-ewwel tliet kwarti tas-sena 2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq is-647,237, li 50.2 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 344,589, jew 53.2 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn is-60 u d-79 sena, u laħqu l-231,022 (35.7 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu 194,679 (30.1 fil-mija) (Tabella nru 2).

Kien hemm 298 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel tliet kwarti tas-sena 2026, bʼmedja taʼ 2,172 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-294 żjara u medja taʼ 2,351 passiġġier fʼkull waħda fis-sena 2025 (Tabella nru 2).

Tables

Methodological Notes

1. The data in this release is compiled on the basis of administrative records supplied by Transport Malta.
 
2. Cruise liners calling at both Malta and Gozo during a single voyage are recorded as one cruise liner call.
 
3. Cruise passengers data for the month of June 2026 has been revised from the source.
 
4. The majority of passengers embarking on cruise liners from Malta generally end their trip at the same destination. Embarkations are therefore not included in total traffic figures, in order to avoid double counting. This measure was adopted as from News Release no. 079/2013, dated 23 April 2013. The referred news release also includes figures for 2011 and 2012.
 
5. For clarity, embarkation figures for the period under review are being provided:
Embarkations 2024 2025 2026
July-September 49,943 55,147 55,307
January–September 103,386 104,582 103,336

6. Definitions:
 

    •  Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.

    •  Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.

    •  Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.

    •  Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.

    •  Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.

    •  Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.

7. A detailed news release calendar is available online.
 

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. For further assistance send your request through our online request form.

Skip to content