Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K1/2026
Fl-ewwel kwart tal-2026, żaru Malta 33 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ tnejn meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-64,276 (98.5 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 1,977 passiġġier, 752 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 46.5 fil-mija tat-traffiku totali. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 17.5 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Spanjol bi 8.4 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq l-34,892, Mill-passiġġieri kollha, is-suq Amerikan laħaq 15.9 fil-mija, filwaqt li 11.6 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri nisa laħqu 53.0 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (35.5 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (27.2 fil-mija) (Tabella nru 1).
Methodological Notes
| Embarkations | 2024 | 2025 | 2026 |
|---|---|---|---|
| January–March | 3,172 | 3,673 | 1,085 |
- Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
- Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
- Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
- Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
- Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
- Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
6. A detailed news release calendar is available online.
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K1/2026
- Fl-ewwel kwart tal-2026, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq il-65,247, tnaqqis taʼ 22.9 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
- Fl-istess perjodu, 33 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ tnejn meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
- L-Italja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit kienu t-tlitt iswieq ewlenin fl-ewwel kwart tal-2026.
