Home » Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K2/2024
Fit-tieni kwart tal-2024, żaru Malta 128 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ 30 meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-223,990 (81.8 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,140 passiġġier, 159 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 35.3 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 10.3 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bi 8.6 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-177,150, li minnhom 39.1 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti u 35.6 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri nisa laħqu 54.2 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn s-60 u d-79 sena (42.5 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (28.5 fil-mija) (Tabella nru 1).
Jannar-Ġunju 2024
Fl-ewwel nofs tas-sena 2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-350,462, li 41.3 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).
Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 188,641, jew 53.8 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn s-60 u d-79 sena, u laħqu l-136,137 (38.8 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu 102,931 (29.4 fil-mija) (Tabella nru 2).
Kien hemm 147 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel nofs tas-sena 2024, bʼmedja taʼ 2,384 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-119-il żjara u medja taʼ 2,498 passiġġier fʼkull waħda fil-perjodu komparattiv tal-2023 (Tabella nru 2).
No Data Found
Embarkations | 2022 | 2023 | 2024 |
April-June | 22,383 | 36,533 | 50,271 |
January-June | 24,118 | 40,234 | 53,443 |
7. A detailed news release calendar is available online.
8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
9. For further assistance send your request through our online request form.