Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K2/2025
Fit-tieni kwart tal-2025, żaru Malta 123 vapur tal-kruċieri, tnaqqis ta’ ħamsa meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-210,567 (82.1 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,084 passiġġier, 56 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 39.3 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 11.5 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bʼ7.7 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-155,476, li minnhom 37.0 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 33.1 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).
Il-passiġġieri nisa laħqu 54.7 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (41.4 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59 sena (28.3 fil-mija) (Tabella nru 1).
Jannar-Ġunju 2025
Fl-ewwel nofs tas-sena 2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-340,923, li 43.6 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).
Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 180,904, jew 53.1 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn is-60 u d-79 sena, u laħqu l-130,376 (38.2 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu 98,493 (28.9 fil-mija) (Tabella nru 2).
Kien hemm 154 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel żewġ kwarti tas-sena, bʼmedja taʼ 2,214-il passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-147 żjara u medja taʼ 2,384 passiġġier fʼkull waħda fl-istess perjodu tal-2024 (Tabella nru 2).
Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri biż-żmien
No Data Found
Methodological Notes
| Embarkations | 2023 | 2024 | 2025 |
|---|---|---|---|
| April-June | 36,533 | 50,271 | 45,762 |
| January-June | 40,234 | 53,443 | 49,435 |
- Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
- Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
- Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
- Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
- Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
- Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
6. A detailed news release calendar is available online.
7. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
8. For further assistance send your request through our online request form.
Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K2/2025
- Fit-tieni kwart tal-2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq il-256,326, tnaqqis taʼ 6.4 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
- Fl-istess perjodu, 123 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma tnaqqis ta’ ħamsa meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
- Ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, u l-Italja kienu t-tlitt iswieq ewlenin fit-tieni kwart tal-2025.
- Fl-ewwel nofs tas-sena 2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq it-340,923, tnaqqis taʼ 2.7 fil-mija, meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
- Fl-ewwel żewġ kwarti tas-sena 2025, 154 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ sebgħa meta mqabblin mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
