News Releases

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K3/2024

NR 213/2024
Data tal-Ħruġ: 13 taʼ Novembru 2024

Fit-tielet kwart tal-2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri kien taʼ 321,814, tnaqqis taʼ 7.6 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
Watchtower,And,Cruise,Ship,In,The,Grand,Harbour,In,Valletta,

Fit-tielet kwart tal-2024, żaru Malta 124 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ 16 meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-271,268 (84.3 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,595 passiġġier, 629 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 44.7 fil-mija tat-traffiku totali. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq 17.4 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Ġermaniż bi 8.5 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-178,124, li minnhom 36.8 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 36.2 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri nisa laħqu 53.4 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59  sena (32.7 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (30.8 fil-mija) (Tabella nru 1).

Jannar-Settembru 2024

Fl-ewwel tlett kwarti tas-sena 2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq is-672,276, li 42.9 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 360,571, jew 53.6 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn is-60 u d-79 sena, u laħqu l-235,340 (35.0 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu 208,308 (31.0 fil-mija) (Tabella nru 2).

Kien hemm 271 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fiż-żmien taʼ riferenza, bʼmedja taʼ 2,481 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-227 żjara u medja taʼ 2,844 passiġġier fʼkull waħda fil-perjodu komparattiv tal-2023 (Tabella nru 2).

Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The data in this release is compiled on the basis of administrative records supplied by Transport Malta.
 
2. Cruise liners calling at both Malta and Gozo during a single voyage are recorded as one cruise liner call.
 
3. Data regarding passengers on cruise liners anchored off Mgarr, Gozo for the period September 2022 to December 2023 has been revised from the source. This revision is reflected in all the 2023 figures in this release.
 
4. The majority of passengers embarking on cruise liners from Malta generally end their trip at the same destination. Embarkations are therefore not included in total traffic figures, in order to avoid double counting. This measure was adopted as from News Release no. 079/2013, dated 23 April 2013. The referred news release also includes figures for 2011 and 2012.
 
5. For clarity, embarkation figures for the period under review are being provided:
Embarkations202220232024
July-September40,38456,80849,943
January-September64,50297,042103,386

6. Definitions:
 
  • Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.
  • Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.
  • Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.
  • Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.
  • Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night on the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.
  • Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.
 

7. A detailed news release calendar is available online.

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K3/2024  

NR 213/2024
Data tal-Ħruġ: 13 taʼ Novembru 2024

Watchtower,And,Cruise,Ship,In,The,Grand,Harbour,In,Valletta,
  • Fit-tielet kwart tal-2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq it-321,814, tnaqqis taʼ 7.6 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
  • Fl-istess perjodu, 124 vapur tal-kruċieri żar pajjiżna, żieda ta’ 16 meta mqabbel mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
  • L-Italja u l-Ġermanja kienu ż-żewġt iswieq ewlenin tal-istati membri tal-UE fit-tielet kwart tal-2024.
  • Fl-ewwel tliet kwarti tal-2024, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-vapuri tal-kruċieri kien taʼ 672,276, żieda taʼ 4.1 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
  • Fl-istess perjodu, 271 vapur tal-kruċieri żar pajjiżna, żieda ta’ 44 meta mqabbel mas-sena taʼ qabel.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K3/2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content