Stqarrijiet tal-aħbarijiet

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K3/2025

NR 195/2025
Data tal-Ħruġ: 28 taʼ Ottubru 2025

Fit-tielet kwart tal-2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq it-350,338, żieda taʼ 8.9 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
Watchtower,And,Cruise,Ship,In,The,Grand,Harbour,In,Valletta,

Fit-tielet kwart tal-2025, żaru Malta 140 vapur tal-kruċieri, żieda ta’ 16 meta mqabblin mal-istess perjodu taʼ sena qabel. Il-passiġġieri li għaddew minn Malta biex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jagħmlu l-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu, u laħqu l-294,501 (84.1 fil-mija). Bħala medja, kull bastiment li kien irmiġġat f’Malta ġarr 2,502 passiġġieri, 93 inqas mis-sena ta’ qabel (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 50.2 fil-mija tat-traffiku kollu. Is-swieq ewlenin kienu dak Taljan li laħaq id-19.0 fil-mija tal-passiġġieri kollha, segwit minn dak Spanjol bʼ10.4 fil-mija tal-passiġġieri. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq il-174,427, li minnhom 37.1 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit u 32.7 fil-mija kienu ġejjin mill-Istati Uniti (Tabella nru 1).

Il-passiġġieri nisa laħqu 53.7 fil-mija tat-total. L-akbar ammont taʼ passiġġieri kienu fl-età taʼ bejn l-40 u d-59  sena (33.0 fil-mija). Warajhom, kien hemm dawk li kienu fl-età taʼ bejn is-60 u d-79 sena (29.9 fil-mija) (Tabella nru 1).

Jannar-Settembru 2025

Fl-ewwel tliet kwarti tas-sena 2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq is-691,261, li 47.0 fil-mija minnhom kienu ġejjin minn pajjiżi tal-UE (Tabella nru 2).

Il-biċċa l-kbira tal-passiġġieri kienu nisa u ammontaw għal 369,154, jew 53.4 fil-mija tat-total. Fost il-gruppi tal-età, l-akbar grupp taʼ passiġġieri kellhom bejn is-60 u d-79 sena, u laħqu l-235,046 (34.0 fil-mija). Warajhom, kien hemm il-passiġġieri li kellhom bejn l-40 u d-59 sena, li laħqu 214,145 (31.0 fil-mija) (Tabella nru 2).

Kien hemm 294 żjara taʼ vapuri tal-kruċieri fl-ewwel tliet kwarti tas-sena, bʼmedja taʼ 2,351 passiġġier fʼkull waħda, apparagun tal-271 żjara u medja taʼ 2,481 passiġġier fʼkull waħda fl-istess perjodu tal-2024 (Tabella nru 2).

Ċart nru 1. L-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri biż-żmien

Methodological Notes

1. The data in this release is compiled on the basis of administrative records supplied by Transport Malta.
 
2. Cruise liners calling at both Malta and Gozo during a single voyage are recorded as one cruise liner call.
 
3. Data regarding passengers on cruise liners anchored off Mgarr, Gozo for the period April 2024 to November 2024 has been revised from the source.
 
4. The majority of passengers embarking on cruise liners from Malta generally end their trip at the same destination. Embarkations are therefore not included in total traffic figures, in order to avoid double counting. This measure was adopted as from News Release no. 079/2013, dated 23 April 2013. The referred news release also includes figures for 2011 and 2012.
 
5. For clarity, embarkation figures for the period under review are being provided:
Embarkations 2023 2024 2025
July-September 56,808 49,943 55,147
January-September 97,042 103,386 104,582

6. Definitions:

Cruise passenger traffic: comprises transit passengers and passengers who land in Malta.

Embarkations: comprise all cruise passengers who are either Maltese or who are foreigners who arrive in Malta by other means of transport.

Transit passengers: comprise all cruise passengers who arrive in and leave Malta on the same cruise ship.

Landed passengers: comprise all cruise passengers who arrive in Malta on a cruise ship and leave by other means of transport, or alternatively, stay in Malta.

Passengers staying overnight: comprise passengers who spend at least one night in the Maltese Islands, either onboard the cruise ship or on land.

Average number of passengers per vessel: computed by dividing total cruise passenger traffic by the number of cruise liner calls.

7. A detailed news release calendar is available online.

8. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

9. For further assistance send your request through our online request form.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K3/2025

NR 195/2025
Data tal-Ħruġ: 28 taʼ Ottubru 2025

Watchtower,And,Cruise,Ship,In,The,Grand,Harbour,In,Valletta,
  • Fit-tielet kwart tal-2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri tal-kruċieri laħaq it-350,338, żieda taʼ 8.9 fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
  • Fl-istess perjodu, 140 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ 16 meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel.
  • Fl-ewwel tliet kwarti tal-2025, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri laħaq is-691,261, żieda taʼ 2.8 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.
  • Fl-ewwel tliet kwarti tal-2025, 294 vapur tal-kruċieri żaru pajjiżna, li huma żieda ta’ 23 meta mqabblin mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.

Il-Passiġġieri tal-Vapuri tal-Kruċieri: K3/2025

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content