News Releases

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2024

NR089/2024
Data tal-Ħruġ: 15 taʼ Mejju 2024
Data tal-Għeluq: 31 taʼ Marzu 2024

Fl-ewwel kwart tal-2024 kienu approvati bʼkollox 2,596 residenza ġdida. Dan l-ammont juri żieda taʼ 2.2 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023.
home

Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati

Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp li jkun ġej fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.

Matul l-ewwel kwart tal-2024, inħarġu 486 permess tal-bini għal total ta’ 2,596 residenza ġdida (Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess żmien tal-2023, kien hemm tnaqqis taʼ 2.0 fil-mija fʼdawn il-permessi, filwaqt li kien hemm żieda taʼ 2.2 fil-mija fin-numru taʼ residenzi ġodda approvati. Il-permessi approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 5.3 residenzi ġodda (Ċart nru 1).

Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K1/2024

Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.

Ċart nru 1. Il-Permessi għall-bini residenzjali u r-residenzi ġodda approvati, biż-żmien

Drag to view in full

It-Tip taʼ residenzi approvati

Il-biċċa l-kbira tar-residenzi approvati fl-ewwel kwart tal-2024 kienu appartamenti (1,872); warajhom kien hemm il-penthouses (404), il-maisonettes (218), it-terraced houses (77) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (25) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 72.1 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).

1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.

Ċart nru 2. It-taqsim tar-residenzi ġodda approvati, bit-tip

Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati

Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bi 2.4 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna żdied bʼ1.0 fil-mija. L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (811), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (236) (Tabella nru 2).

Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati2

L-akbar numru taʼ residenzi ġodda ġew approvati fʼBirkirkara (204). Wara, hemm Il-Mosta (193), Il-Gżira (130), San Pawl Il-Baħar (117) u L-Imsida (114) (Ċart nru 3).

2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 36 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux minħabba l-arrotondament.

Ċart nru 3. Ir-residenzi ġodda approvati, bil-lokalità

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The data source of this news release is the Maltese Planning Authority. It includes approved building permits for the:
●  construction of approved new dwellings
●  change of use from non-residential buildings to residential ones
 
2. Building permits for dwelling extensions, restorations, alterations, or demolitions that have no effect on the number of new dwellings are not included in this news release.
 
3. Definitions:
● Building permit: An authorisation to start work on a building project. It can include more than one approved new dwelling.
● Dwelling: A room or suite of rooms and its accessories in a permanent building or structurally separated part thereof which by the way it has been built, rebuilt and converted, is intended for private habitation.
 
4.  More information relating to this news release may be accessed at:
European statistics comparable to data in this news release.
 
5. For further assistance please submit your query through the online request form.
 
6. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
7. A detailed news release calendar is available online.

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2024  

NR089/2024
Data tal-Ħruġ: 15 taʼ Mejju 2024
Data tal-Għeluq: 31 taʼ Marzu 2024

home
  • Fl-ewwel kwart tal-2024, inħarġu 486 permess tal-bini għal total taʼ 2,596 residenza ġdida.
  • Meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati żdied bi 2.2 fil-mija.
  • L-appartamenti ammontaw għal 72.1 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
  • L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati (204) kien irreġistrat fʼBirkirkara.

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2024

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content