Il-Punti ewlenin
- Matul it-tielet kwart tal-2026, ħarġu 444 permess tal-bini għal total taʼ 2,298 residenza ġdida.
- Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati naqas bʼ37.4 fil-mija.
- In-numri taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta u fʼGħawdex u Kemmuna naqsu bʼ35.6 fil-mija u bi 48.0 fil-mija, rispettivament, meta mqabbel mat-tielet kwart tal-2025.
- L-appartamenti ammontaw għal 70.0 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
- L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati (144) kien irreġistrat fʼSan Pawl Il-Baħar.
Il-Kummentarju
Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati
Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp ġejjieni fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.
Matul it-tielet kwart tal-2026, ħarġu 444 permess tal-bini għal total taʼ 2,298 residenza ġdida (Mappa nru 1 u Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2025, in-numri taʼ permessi tal-bini u taʼ residenzi ġodda approvati naqsu bʼ25.1 fil-mija u bʼ37.4 fil-mija, rispettivament. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 5.2 (Ċart nru 1).
Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K3/2026
Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.
It-Tip taʼ residenzi approvati
Il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati fit-tielet kwart tal-2026 kienu appartamenti (1,608). Wara dawn, kien hemm il-penthouses (358), il-maisonettes (220), it-terraced houses (60) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (52) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 70.0 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).
1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.
Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati
Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025, in-numri taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta u fʼGħawdex u Kemmuna niżlu bʼ35.6 fil-mija u bi 48.0 fil-mija, rispettivament. L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (782), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (171) (Tabella nru 2).
Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati 2
L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien irreġistrat fʼSan Pawl Il-Baħar (144). Wara, hemm Ħal Qormi (130), Il-Ħamrun (119), Marsaskala (109), u Il-Mosta (107) (Ċart nru 3).
2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.
Tables
- xlsx Table 1. Approved new dwellings by period and type 17.80 KB
- xlsx Table 2. Approved new dwellings by period and district (LAU 1) 16.38 KB
- xlsx Table 3. Approved new dwellings by locality (LAU 2): Q3/2026 19.10 KB
- xlsx Table 4. Additional information - Issued building permits by period and district (LAU 1) 17.92 KB
- xlsx All Tables 30.29 KB
Methodological Notes
4. The data contained in this release is subject to revision.
5. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Selected Indicators for this domain.
