Home » Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K2/2024
Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati
Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp li jkun ġej fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.
Matul it-tieni kwart tal-2024, inħarġu 453 permess tal-bini għal total taʼ 2,118-il residenza ġdida (Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess żmien tal-2023, in-numru taʼ permessi tal-bini u taʼ residenzi ġodda approvati naqsu bi 8.3 fil-mija u bi 13.7 fil-mija, rispettivament. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 4.7 (Ċart nru 1).
Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.
It-Tip taʼ residenzi approvati
Il-maġġoranza tar-residenzi approvati fit-tieni kwart tal-2024 kienu appartamenti (1,491); warajhom kien hemm il-penthouses (333), il-maisonettes (205), it-terraced houses (66) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (23) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 70.4 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).
1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.
Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati
Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta naqas bi 17.5 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna żdied bi 8.4 fil-mija. L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati kien fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (542), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (191) (Tabella nru 2).
Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati2
L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda ġew approvati fʼSan Pawl Il-Baħar (130). Wara, hemm Ħaż-Żabbar (128), Il-Mosta (124), Birkirkara (114) u Taʼ Sannat (111) (Ċart nru 3).
2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.
Key | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|
1 | Valletta | 18 | Floriana | 35 | Marsaskala | 52 | San Ġiljan |
2 | L-Imdina | 19 | Il-Fontana | 36 | Marsaxlokk | 53 | San Ġwann |
3 | Il-Birgu | 20 | Il-Gudja | 37 | Il-Mellieħa | 54 | San Lawrenz |
4 | L-Isla | 21 | Il-Gżira | 38 | L-Imġarr | 55 | San Pawl Il-Baħar |
5 | Bormla | 22 | Għajnsielem and Comino | 39 | Il-Mosta | 56 | Ta' Sannat |
6 | Ħal Qormi | 23 | L-Għarb | 40 | L-Imqabba | 57 | Santa Luċija |
7 | Ħaż-Żebbuġ | 24 | Ħal Għargħur | 41 | L-Imsida | 58 | Santa Venera |
8 | Ħaż-Żabbar | 25 | L-Għasri | 42 | Il-Munxar | 59 | Tas-Sliema |
9 | Is-Siġġiewi | 26 | Ħal Għaxaq | 43 | In-Nadur | 60 | Is-Swieqi |
10 | Iż-Żejtun | 27 | Il-Ħamrun | 44 | In-Naxxar | 61 | Ta' Xbiex |
11 | Ir-Rabat, Għawdex | 28 | L-Iklin | 45 | Raħal Ġdid | 62 | Ħal Tarxien |
12 | Ħ'Attard | 29 | Il-Kalkara | 46 | Pembroke | 63 | Ix-Xagħra |
13 | Ħal Balzan | 30 | Ta' Kerċem | 47 | Tal-Pieta' | 64 | Ix-Xewkija |
14 | Birkirkara | 31 | Ħal Kirkop | 48 | Il-Qala | 65 | Ix-Xgħajra |
15 | Birżebbuġa | 32 | Ħal Lija | 49 | Il-Qrendi | 66 | Iż-Żebbuġ, Għawdex |
16 | Ħad-Dingli | 33 | Ħal Luqa | 50 | Ir-Rabat, Malta | 67 | Iż-Żurrieq |
17 | Il-Fgura | 34 | Il-Marsa | 51 | Ħal Safi | 68 | L-Imtarfa |