News Releases

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K3/2024  

NR220/2024
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Novembru 2024
Data tal-Għeluq: 30 taʼ Settembru 2024

A set of open and rolled up blueprints on wooden table background with a pencil, a ruler and compasses lying beside. Engineering and design. Construction projects. Planning.
  • Matul it-tielet kwart tal-2024, inħarġu 394 permess tal-bini għal total taʼ 1,744 residenza ġdida.
  • Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati naqas bʼ4.5 fil-mija.
  • Meta mqabblin maʼ K3 2023, ir-residenzi approvati fʼMalta naqsu bi 8.1 fil-mija, filwaqt li dawk fʼGħawdex u Kemmuna żdiedu bʼ14.3 fil-mija.
  • L-appartamenti ammontaw għal 68.8 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
  • L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati (149) kien irreġistrat fʼBirkirkara.

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K3/2024

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K3/2024

NR220/2024
Data tal-Ħruġ: 21 taʼ Novembru 2024
Data tal-Għeluq: 30 taʼ Settembru 2024

Fit-tielet kwart tal-2024 kienu approvati bʼkollox 1,744 residenza ġdida. Dan l-ammont jirreġistra tnaqqis taʼ 4.5 fil-mija meta mqabbel mal-istess kwart tal-2023.
A set of open and rolled up blueprints on wooden table background with a pencil, a ruler and compasses lying beside. Engineering and design. Construction projects. Planning.

Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati

Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp ġejjieni fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.

Matul it-tielet kwart tal-2024, inħarġu 394 permess tal-bini għal total taʼ 1,744 residenza ġdida (Mappa nru 1 u Ċart nru 1). Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023, in-numru taʼ permessi tal-bini żdied bi 2.6 fil-mija, filwaqt li n-numru taʼ residenzi ġodda approvati naqas bʼ4.5 fil-mija. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 4.4 (Ċart nru 1).

Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K3/2024

Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.

Drag to view in full

It-Tip taʼ residenzi approvati

Il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati fit-tielet kwart tal-2024 kienu appartamenti (1,199). Wara dawn, kien hemm il-penthouses (281), il-maisonettes (153), it-terraced houses (88) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (23) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 68.8 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).

1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.

Ċart nru 2. It-taqsim tar-residenzi ġodda approvati, bit-tip

Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati

Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta naqas bi 8.1 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna żdied bʼ14.3 fil-mija. L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati kien fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (516), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (184) (Tabella nru 2).

Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati

L-ogħla numru taʼ residenzi ġodda approvati nħareġ għal-lokalità taʼ Birkirkara (149). Wara, hemm San Pawl Il-Baħar (94), Ħal Tarxien (72), Iż-Żurrieq (68) u Ħal Qormi (67) (Ċart nru 3).

2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The data source of this news release is the Maltese Planning Authority. It includes approved residential building permits for the:
●  construction of approved new dwellings
●  change of use from non-residential buildings to residential ones
 
2. Building permits for dwelling extensions, restorations, alterations, or demolitions that have no effect on the number of new dwellings are not included in this news release.
 
3. Definitions:
● Building permit: An authorisation to start work on a building project. It can include more than one approved new dwelling.
● Dwelling: A room or suite of rooms and its accessories in a permanent building or a structurally separated part thereof which by the way it has been built, rebuilt and converted, is intended for private habitation.
 
4.  More information relating to this news release may be accessed at:
European statistics comparable to data in this news release.
 
5. For further assistance please submit your query through the online request form.
 
6. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
7. A detailed news release calendar is available online.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content