News Releases

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K4/2023

NR033/2024
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Frar 2024
Data tal-Għeluq: 31 taʼ Diċembru 2023

Fir-rabaʼ kwart tal-2023 kienu approvati bʼkollox 1,292 residenza ġdida. Dan l-ammont juri tnaqqis taʼ 37.4 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel.
Architecture plans of a building with Small model house on top of blueprints, pen, ruler and notebook

Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati

Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp li jkun ġej fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.

Matul l-aħħar kwart tal-2023, inħarġu 321 permess tal-bini għal total taʼ 1,292 residenza ġdida (Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess żmien tas-sena taʼ qabel, kien hemm tnaqqis taʼ 10.1 fil-mija fʼdawn il-permessi kif ukoll tnaqqis taʼ 37.4 fil-mija fin-numru taʼ residenzi ġodda approvati. Il-permessi mgħoddija kellhom medja taʼ 4.0 residenzi ġodda (Ċart nru 1).

Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K4/2023

NR2024 033 Q4_2023

Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.

Ċart nru 1. Il-Permessi għall-bini residenzjali u r-residenzi ġodda approvati, biż-żmien

Drag to view in full

It-Tip taʼ residenzi approvati

Il-biċċa l-kbira tar-residenzi approvati fir-rabaʼ kwart tal-2023 kienu appartamenti (859); warajhom kien hemm il-penthouses (216), il-meżonetti (125), it-terraced houses (76) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (16) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 66.5 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).

1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bangalows, farmhouses u vilel.

Ċart nru 2. It-taqsim tar-residenzi ġodda approvati, bit-tip

Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati

Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2022, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta naqas bʼ34.1 fil-mija, mentri dak fʼGħawdex u fʼKemmuna naqas bʼ51.0 fil-mija. L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (466), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tan-Nofsinhar tal-Port (101) (Tabella nru 2).

Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati2

L-akbar numru taʼ residenzi ġodda ġew approvati fʼSan Ġwann (73). Warajhom, hemm dawk fʼSan Pawl il-Baħar (66), il-Ħamrun (64), in-Nadur (59) u ż-Żurrieq (59) (Ċart nru 3).

2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.
Nota: It-totali jistgħu ma jgħoddux minħabba l-arrotondament.

Ċart nru 3. Ir-residenzi ġodda approvati, bil-lokalità

Drag to view in full

Methodological Notes

1. The data source of this news release is the Maltese Planning Authority. It includes approved building permits for the:
●  construction of approved new dwellings
●  change of use from non-residential buildings to residential ones
 
2. Building permits for dwelling extensions, restorations, alterations, or demolitions that have no effect on the number of new dwellings are not included in this news release.
 
3. Definitions:
● Building permit: An authorisation to start work on a building project. It can include more than one approved new dwelling.
● Dwelling: A room or suite of rooms and its accessories in a permanent building or structurally separated part thereof which by the way it has been built, rebuilt and converted, is intended for private habitation.
 
4.  More information relating to this news release may be accessed at:
European statistics comparable to data in this news release.
 
5. For further assistance please submit your query through the online request form.
 
6. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
 
7. A detailed news release calendar is available online.

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K4/2023  

NR033/2024
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Frar 2024
Data tal-Għeluq: 31 taʼ Diċembru 2023

Architecture plans of a building with Small model house on top of blueprints, pen, ruler and notebook
  • Fir-rabaʼ kwart tal-2023, inħarġu 321 permess tal-bini għal total taʼ 1,292 residenza ġdida.
  • Meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati naqas bʼ37.4 fil-mija.
  • L-appartamenti ammontaw għal 66.5 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
  • L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati (73) kien irreġistrat fʼSan Ġwann.

Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K4/2023

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content