News Releases

It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Jannar tal-2024

NR 024/2024
Data tal-Ħruġ: 09 taʼ Frar 2024
Data tal-Għeluq: 02 taʼ Frar 2024

FʼJannar 2024, il-Kuntratti taʼ bejgħ u l-Konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali ammontaw għal 1,112 u 1,157, rispettivament.
Real,Estate,Agent,Hand,Over,Property,Or,New,Home,Keys

Din l-Istqarrija tal-Aħbarijiet tippreżenta tagħrif proviżorju dwar tranżazzjonijiet taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali skont id-data tar-reġistrazzjoni mal-awtorità tat-taxxa.

Kuntratti taʼ Bejgħ

F’Jannar 2024, l-għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ taʼ proprjetajiet residenzjali kien jammonta għal 1,112, li juri tnaqqis taʼ 0.1 fil-mija meta mqabbel maʼ dawk irreġistrati fʼJannar 2023 (Tabella nru 1a, Ċart nru 1). Bʼkollox, il-valur taʼ dawn il-kuntratti laħaq il-€295.8 miljun, tnaqqis taʼ 2.8 fil-mija meta mqabbel mal-valur irreġistrat f’Jannar 2023 (Tabella nru 2a).

Ċart nru 1. Kuntratti taʼ bejgħ u konvenji rreġistrati

Taʼ kull xahar

No Data Found

Drag to view in full

Fix-xahar taʼ riferenza, 1,031 jew 92.7 fil-mija tal-kuntratti kienu jikkonsistu minn individwi, filwaqt li kważi l-bqija tal-kuntratti l-oħra kienu magħmula minn kumpaniji (Tabella nru 1b). Il-valur tal-kuntratti li jinvolvu individwi kien jammonta għal €244.0 miljun, li huwa ekwivalenti għal 82.5 fil-mija tal-valur kollu (Tabella nru 2b).

Kuntratti taʼ bejgħ bid-distrett u l-lokalità

F’Jannar 2024, l-akbar għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port u fid-Distrett tat-Tramuntana, bʼtotal taʼ 325 u 202 kuntratti, rispettivament. L-inqas numri taʼ kuntratti kienu nnotati fid-Distrett tal-Punent u fid-Distrett tax-Xlokk, bʼ110 u bʼ153 kuntratt, rispettivament (Tabella nru 3).

L-akbar għadd taʼ kuntratti taʼ bejgħ kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (79), Il-Mosta (46) u Birkirkara (43). (Tabella nru 8, Ċart nru 2a). Dawn il-kuntratti kienu jgħoddu 15.1 fil-mija tal-kuntratti kollha rreġistrati fʼJannar 2024.

Ċart nru 2a. Il-lokalitajiet li kellhom l-akbar ammonti fʼJannar 2024

Kuntratti taʼ bejgħ

No Data Found

Drag to view in full

Tranżazzjonijiet taʼ proprjetajiet irreġistrati fil-kuntratti taʼ bejgħ

Fix-xahar taʼ riferenza, l-għadd taʼ proprjetajiet irreġistrati fil-kuntratti taʼ bejgħ kien jilħaq l-1,196 (Tabella nru 4). L-Appartamenti (435) u l-Garaxxijiet (238) irreġistraw l-akbar sehem mit-total, b’36.4 fil-mija u 19.9 fil-mija, rispettivament.

Konvenji

FʼJannar 2024, kienu rreġistrati 1,157 konvenju taʼ proprjetajiet residenzjali, li huma riflessi fʼżieda taʼ 25.8 fil-mija fuq l-istess żmien tas-sena taʼ qabel (Tabella nru 5a, Ċart nru 1). L-individwi li kienu involuti fʼdawn il-konvenji kienu jgħoddu 1,051 jew 90.8 fil-mija, filwaqt li l-bqija kienu jinvolvu prinċipalment kumpaniji (Tabella nru 5b).

Konvenji bid-distrett u l-lokalità

L-akbar għadd taʼ konvenji taʼ proprjetajiet residenzjali kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port bi 313-il konvenju; segwit mid-Distrett tat-Tramuntana bʼ228 konvenju. Min-naħa l-oħra, l-inqas ammonti taʼ konvenji dehru fid-Distrett tal-Punent u fid-Distrett tax-Xlokk, bʼ103 u bʼ145 konvenju, rispettivament (Tabella nru 6).

L-akbar għadd taʼ konvenji kien irreġistrat fʼdawn il-lokalitajiet: San Pawl Il-Baħar (110), Birkirkara (67) u Il-Mosta (56) (Tabella nru 10, Ċart nru 2b). Dawn il-konvenji kienu jgħoddu 20.1 fil-mija tal-konvenji kollha rreġistrati fʼJannar 2024.

Ċart nru 2b. Il-lokalitajiet li kellhom l-akbar ammonti fʼJannar 2024

Konvenji

No Data Found

Drag to view in full

Tables

Tables

It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Jannar tal-2024  

NR 024/2024
Data tal-Ħruġ: 09 taʼ Frar 2024
Data tal-Għeluq: 02 taʼ Frar 2024

Real,Estate,Agent,Hand,Over,Property,Or,New,Home,Keys
  • FʼJannar 2024, l-għadd ta’ kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali ammonta għal 1,112; kuntratt inqas meta mqabbel ma’ dawk li kienu rreġistrati fʼJannar 2023.
  • Fl-istess xahar, kienu rreġistrati 1,157 konvenju, li juru żieda ta’ 237 wieħed meta mqabblin ma’ dawk tal-istess perjodu tas-sena l-oħra.
  • Meta mqabblin mal-ammonti rreġistrati fʼJannar 2023, il-kuntratti ta’ bejgħ naqsu b’0.1 fil-mija, filwaqt li l-konvenji żdiedu bʼ25.8 fil-mija.

It-Tranżazzjonijiet tal-Proprjetà Residenzjali: Jannar tal-2024

Methodological Notes

1. This news release presents data on property transactions based on final deeds of sale and promise of sale agreements (‘konvenji’) registered with the tax authority. The qualifier ‘period of registration’ common to the tables refers to such registration. Basing the data on the period when the final deed of sale or promise of sale agreement is registered with the tax authority, rather than when it is signed, is considered to produce more timely information.

2. The scope of this release follows the classification of the administrative data source, and includes only those transactions classified as ‘residential’ by the source. The data presented covers the following property types: airspace, boathouse, bungalow, farmhouse, flat/apartment, garage, garden, house, maisonette, penthouse, plot of land, semi-detached villa, terraced house, ‘terran’, urban tenement, and villa.

3. Excluded are transactions classified as ‘commercial’, comprising of business premises and warehouse/storeroom, and those classified as ‘other’, a category that incorporates car space, field, grave and redemption of ground rent, amongst others.

4. Therefore, deeds/agreements relating to land for residential purposes (‘plot of land’) are included, while those pertaining to land for non-residential purposes (‘field’) are not.

5. Only deeds/agreements relating to the sale of property, which also includes sale by auction (‘subasta’) and sale after assignment of rights, are considered. Therefore, donations and exchanges, amongst others, are not included.

6. In this news release, a promise of sale agreement is accounted for only once, and included at the time of registration with the tax authority. Therefore, if a promise of sale is extended to a later date, that record is excluded from the statistics presented in this news release.

7. In the light of notes 2, 3, 4, 5 and 6, this release must be viewed as a sub-set of all the property transactions and activities registered with the tax authority that take place during a given period.

8. In some cases, more than one property is listed under the same final deed of sale or promise of sale agreement. Table 1 to Table 10 of this news release reports the number of registered final deeds of sale and promise of sale agreements, and not the number of properties falling under these deeds/agreements. The number of properties falling under the registered final deeds of sale is presented in Tables 11 and 12. These tables cannot be replicated for the promise of sale agreements due to non availability of data.

9. The residential property transactions considered are not limited to individuals (households), but may also involve other economic agents. Besides individuals, the administrative data source distinguishes between companies, authorities and bodies of persons.

10. The districts and clusters incorporating localities in Tables 3, 6 and 12 correspond to the location of the property which has been or shall be purchased, not to the place of residence of the buyer or seller.

11. To achieve consistency, the methodological concepts used are aligned to the extent possible with the House Price Index concepts.

12. Users are reminded of several factors which might inhibit comparability between data on final deeds of sale and promise of sale agreements. These differences include: a) the time lag between promise of sale agreements and final deeds of sale; b) certain property being sold without a promise of sale agreement; and c) some promise of sale agreements falling through before the final contract is signed.

13. Data is provisional and subject to revisions, which may arise following updates in the source data.  

14. More information relating to this news release may be accessed at Classification of Localities by Cluster.             

15. A detailed news release calendar is available online.   

16. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

17. For further assistance send your request through our online request form.
Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content