Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2026
- Matul l-ewwel kwart tal-2026, ħarġu 504 permessi tal-bini għal total taʼ 3,010 residenza ġdida.
- Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati żdied bʼ40.5 fil-mija.
- In-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ47.2 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ6.0 fil-mija meta mqabbel mal-ewwel kwart tal-2025.
- L-appartamenti ammontaw għal 72.1 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.
- L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati (322) kien irreġistrat fʼTas-Sliema.
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2026
Il-Permessi għall-Bini Residenzjali: K1/2026
Il-Permessi tal-bini residenzjali u residenzi approvati
Il-permessi tal-bini huma awtorizzazzjonijiet sabiex jinbdew proġetti ġodda taʼ bini. L-għan taʼ din l-istatistika huwa li juri l-iżvilupp ġejjieni fil-kostruzzjoni fʼtermini tan-numru taʼ residenzi ġodda li jkunu ġew approvati.
Matul l-ewwel kwart tal-2026, ħarġu 504 permessi tal-bini għal total taʼ 3,010 residenza ġdida (Mappa nru 1 u Ċart nru 1). Meta mqabblin mal-istess perjodu tal-2025, in-numri taʼ permessi tal-bini u residenzi ġodda approvati żdiedu bi 18.6 fil-mija u bʼ40.5 fil-mija, rispettivament. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 6.0 (Ċart nru 1).
Mappa nru 1. Numru taʼ residenzi ġodda approvati, bil-lokalità (LAU 2): K1/2026
Nota: Għajnsielem u Kemmuna huma kklassifikati bħala lokalità waħda. Madankollu, ma kienx hemm permessi għal bini fʼKemmuna.
It-Tip taʼ residenzi approvati
Il-maġġoranza tar-residenzi ġodda approvati fl-ewwel kwart tal-2026 kienu appartamenti (2,171). Wara dawn, kien hemm il-penthouses (459), il-maisonettes (245), it-terraced houses (107) u unitajiet residenzjali oħrajn1 (28) (Tabella nru 1). L-appartamenti ammontaw għal 72.1 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati (Ċart nru 2).
1 Residenzi “Oħrajn” jinkludu bungalows, farmhouses u vilel.
Id-Distretti tar-residenzi ġodda approvati
Meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2025, in-numru taʼ residenzi ġodda approvati fʼMalta żdied bʼ47.2 fil-mija, filwaqt li dak fʼGħawdex u Kemmuna telaʼ bʼ6.0 fil-mija. L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati kien irreġistrat fid-Distrett tat-Tramuntana tal-Port (1,080), filwaqt li l-iżgħar numru kien fid-Distrett tal-Punent (213) (Tabella nru 2).
Il-Lokalitajiet tar-residenzi approvati
L-akbar numru taʼ residenzi ġodda approvati ħareġ għal-lokalità taʼ Tas-Sliema (322). Wara, hemm San Pawl Il-Baħar (171), Birkirkara (154), Il-Mosta (149) u Ħal Qormi (126) (Ċart nru 3).
2 FʼĊart nru 3, qegħdin jidhru biss l-ewwel 35 lokalità. Il-lista sħiħa tal-lokalitajiet bin-numru taʼ residenzi ġodda approvati tidher fʼTabella nru 3.
