Home » L-Akkwakultura: 2023
Iċ-ċensiment li jsir ta’ kull sena fost l-entitajiet li joperaw fl-industrija lokali tal-akkwakultura u tat-trobbija tat-tonn wera li, matul l-2023, il-produzzjoni kollha ġġenerata u mibjugħa minn din l-attività ekonomika naqset bʼ€119.3-il miljun, jew 37.4 fil-mija, għal €199.7 miljun. Għall-kuntrarju taʼ dan, il-konsum intermedju tal-industrija, li jirrappreżenta bosta mill-ispejjeż operattivi ewlenin li kellhom l-istess operaturi, tela’ bi €28.5 miljun, jew 11.9 fil-mija, fuq l-ammont irreġistrat is-sena taʼ qabel għal total ta’ €266.8 miljun. L-effett magħqud ta’ dawn iż-żewġ ċaqliqiet wassal biex il-valur miżjud gross tal-industrija naqas bʼ€147.8 miljun sabiex għalaq is-sena bʼbilanċ negattiv taʼ €67.1 miljun.
Id-deprezzament tal-assi fissi użati fil-ġenerazzjoni tad-dħul mill-industrija naqas b’€0.1 miljun, jew 1.2 fil-mija, għal total ta’ €4.8 miljuni; filwaqt li n-nefqa sħiħa fuq il-pagi u s-salarji tal-impjegati tagħhom telgħat ‘il fuq b’€0.7 miljun, jew 5.7 fil-mija, għal €12.3-il miljun. B’riżultat ta’ dan, matul is-sena ta’ riferenza, l-industrija rrappurtat defiċit operattiv nett ta’ €84.3 miljun (Tabella nru 1, Ċarts nri 1 u 2).
Miljuni taʼ ewro
No Data Found
Nota: Id-differenza bejn il-linji turi l-valur miżjud gross.
Nota: Minħabba t-totali li jvarjaw, it-tibdil fl-istokks huma esklużi mill-produzzjoni aggregata.
Fejn għandu x’jaqsam il-piż tal-ħut imrobbi, il-kwantità kollha tal-ħut telgħat bʼ2.8 miljuni kilogrammi, jew 15.4 fil-mija, biex bʼkollox laħaq l-20.8 miljun kilogramma. Fil-fatt, din iż-żieda kienet ir-riżultat ta’ volum ogħla ta’ tonn imrobbi ta’ 2.8 miljuni kilogrammi li kkumpensat għalkollox għat-tnaqqis ċkejken irreġistrat fl-ispeċijiet ta’ ħut imrobbijin b’ċiklu magħluq. Madankollu, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel, il-valur kollu tal-ħut imrobbi mibjugħ niżel b’€121.3 miljun, jew 37.9 fil-mija, għaċ-ċifra taʼ €199.1 miljun (Tabella nru 2, Ċart nru 3).
No Data Found
Rigward l-ispejjeż li ġarrbet industrija, ix-xiri taʼ tonn ħaj u ħut ieħor għat-trobbija żdiedu b’€21.8 miljun, jew 16.6 fil-mija, sabiex laħqu l-€152.7 miljun. Fil-fatt, meta mqabbla mar-rata taʼ 54.9 fil-mija rreġistrata fl-2022, din l-aħħar spiża kibret għal 57.2 fil-mija tal-konsum intermedju kollu milħuq mill-industrija fl-2023. Barra minn hekk, l-ispejjeż varjabbli tal-produzzjoni żdiedu b’14.6 fil-mija għal €87.5 miljun, filwaqt li l-ispejjeż tal-bejgħ u l-ispejjeż ġenerali tal-industrija niżlu bi 18.9 fil-mija u bi 13.4 fil-mija għal total ta’ €4.6 miljuni u €22.0 miljun rispettivament (Tabella nru 3, Ċart nru 4).
No Data Found
1. The objective of this news release is to provide a complete overview of the structure, output and intermediate consumption registered by the aquaculture industry in MALTA through statistical data that is administratively collected via a yearly census conducted by the Aquatic Resources Malta amongst the entities that are operating fish farms.
2. The collected data is collated in line with Regulation (EC) No 762/2008 of the European Parliament and of the Council of 9 July 2008 regarding the submission by each Member State of statistics on aquaculture (thus repealing Council Regulation (EC) No 788/96 of 22 April 1996) and with Appendix X of the Commission Decision (2010/93/EU) of the 18 December 2009.
3. The data in this release is collected by means of a detailed census carried out amongst all the registered fish farms. Each fish farm is asked by the administrative source to submit information regarding their yearly structures and the economic and financial activity. The data consists essentially of the number, surface area and volume of cages utilised by the fish farm, the purchases and sales of fish in weight and in value recorded by the entity, the opening and closing valuation of stocks held for the year, the expenses incurred in the production of farmed fish and the total assets and liabilities (starting as from the year 2020) of the same fish farms. All the operating fish farms surveyed for this year’s census cooperated and responded to the requested statistics.
4. The figures reported in this publication (including the latest statistics) are subject to any revision/s that the Office may consider as necessary.
5. Definitions:
● The aquaculture industry, which is entirely dependent on marine resources, has two sectors:
– tuna farming which relies on captured wild Tuna fish and is referred to as “capture-based species” (CBS); and
– the farming of “closed cycle species” (CCS) such as Gilthead seabream, European seabass, Meagre and Amberjack that are cultured from eggs produced in hatcheries.
● Change in stocks is the difference between the closing stock of the various species as at 31 December and the relative opening stock as at 1 January of the year under review.
● Intermediate consumption represents the value of almost all goods and services used as inputs in the production process with the exception of some specific items which, by methodology, are necessarily classified elsewhere.
● Gross value added of the aquaculture industry is the value of output less the intermediate consumption.
● Consumption of fixed capital is the decline in value of fixed assets owned as a result of normal wear and tear and obsolescence sustained during an accounting period.
● Compensation of employees is the total remuneration, in cash or in kind, payable by an employer to an employee in return for work done by the latter during an accounting period.
● Operating surplus is the surplus arising from production after allowing for intermediate consumption and compensation of employees.
6. MALTA encompasses the regions of Malta, and Gozo and Comino.
7. More information relating to this news release may be accessed at:
Sources and methods
Metadata
Statistical concepts
8. References to this news release are to be cited appropriately.
9. A detailed news release calendar is available online.