Stqarrijiet tal-aħbarijiet

L-Akkwakultura: 2024

NR 213/2025
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Novembru 2025

Aerial view fish farm with floating cages in the Mediterranean sea
  • Fl-2024, il-produzzjoni tal-ħut kollu mrobbi mill-industrija tal-akkwakultura fʼMalta ammontat għal €191.8 miljun; tnaqqis taʼ €7.8 miljuni, jew 3.9 fil-mija, minn dak irreġistrat fl-2023.
  • Il-konsum intermedju, li jiġbor għadd taʼ spejjeż magħmula mill-industrija tal-akkwakultura, laħaq il-€160.2 miljun; tnaqqis ta’ €106.9 miljuni, jew 40.0 fil-mija, fuq dak imkejjel fl-2023.
  • Il-valur miżjud gross tal-industrija tal-akkwakultura rkupra minn bilanċ negattiv taʼ €67.4 miljun fl-2023 għal bilanċ pożittiv taʼ €31.6 miljun fl-2024.

L-Akkwakultura: 2024

L-Akkwakultura: 2024

NR 213/2025
Data tal-Ħruġ: 20 taʼ Novembru 2025

Sa tmiem l-2024, il-valur totali tal-produzzjoni tal-ħut kollu mrobbi mill-industrija tal-akkwakultura u tat-trobbija tat-tonn fʼMalta naqas bʼ€7.8 miljuni, jew 3.9 fil-mija, għal €191.8 miljun.
Aerial view fish farm with floating cages in the Mediterranean sea

Statistika miġbura minn ċensiment li jsir ta’ kull sena fost l-operaturi Maltin li  jaħdmu fl-industrija lokali tal-akkwakultura u tat-trobbija tat-tonn wera li, matul l-2024, il-produzzjoni totali ta’ ħut imrobbi li ġiet milħuqa naqset bʼ€7.8 miljuni, jew 3.9 fil-mija, għal total ta’ €191.8 miljun. Barra minn hekk, il-konsum intermedju tal-industrija, li jirrappreżenta bosta mill-ispejjeż operattivi li kellhom l-istess operaturi, niżel b’€106.9 miljuni, jew 40.0 fil-mija, fuq l-ammont irreġistrat is-sena taʼ qabel għal total ta’ €160.2 miljun. L-effett magħqud ta’ dawn iż-żewġ ċaqliqiet wassal biex il-valur miżjud gross tal-industrija żdied bʼ€99.0 miljun, minn defiċit ta’ €67.4 miljun fl-2023 għal bilanċ pożittiv ta’ €31.6 miljun.

Id-deprezzament tal-assi fissi użati biex jiġi ġġenerat id-dħul tal-industrija naqas naqra b’€0.1 miljun, jew 1.2 fil-mija, għal total ta’ €4.8 miljuni; filwaqt li n-nefqa sħiħa fuq il-pagi telgħet b’€0.9 miljun, jew 7.2 fil-mija, għal €13.2-il miljun. Għaldaqstant, il-qligħ operattiv nett tal-industrija huwa kkalkulat li żdied minn bilanċ negattiv ta’ €84.6 miljun tal-2023 għal wieħed pożittiv ta’ €13.6-il miljun fl-2024 (Tabella nru 1, Ċarts nri 1 u 2).

 

Ċart nru 1. Il-produzzjoni u l-konsum intermedju tal-industrija tal-akkwakultura

Fʼmiljuni tal-ewro

Output vs Intermediate consumption

Nota: Id-differenza bejn il-linji turi l-valur miżjud gross.

Ċart nru 2. It-taqsim perċentwali taʼ produzzjoni tal-akkwakultura magħżula

Nota: Minħabba t-totali li jvarjaw, it-tibdil fl-istokk huwa eskluż mill-produzzjoni aggregata.

F’termini ta’ piż, il-kwantità tal-ħut imrobbi niżlet bʼ0.8 miljun kilogramma, jew 4.1 fil-mija, għal total ta’ 20.0 miljun kilogramma. Fil-fatt, dan it-tnaqqis kien ir-riżultat ta’ volum aktar baxx ta’ Tonn/Tunnaġġ imrobbi ta’ 2.0 miljun kilogramma li ġabet fix-xejn iż-żieda li saret fl-ispeċijiet ta’ ħut imrobbijin b’ċiklu magħluq. Madankollu, meta mqabbel mal-2023, il-valur kollu tal-ħut imrobbi li ġie mibjugħ niżel b’€6.4 miljuni, jew 3.2 fil-mija, għaċ-ċifra taʼ €192.7 miljun (Tabella nru 2, Ċart nru 3).

Ċart nru 3. It-taqsim tal-bejgħ bl-ispeċi tal-ħut u s-sena

F’miljuni tal-ewro

Stacked Bar – Aquaculture Sales (€m)

Dwar l-ispejjeż li għamlet l-industrija, l-ispiża għax-xiri taʼ Tonn/Tunnaġġ ħaj u ħut ieħor għat-tkabbir naqset bi €92.9 miljun, jew 60.8 fil-mija, għal total ta’ €59.8 miljun. Fil-fatt, meta mqabbla ma’ sehem taʼ 57.2 fil-mija tal-ispiża kollha intermedja magħmula fl-2023, din l-istess nefqa ċkienet għal 37.3 fil-mija tal-konsum intermedju kollu milħuq mill-industrija fl-2024. L-ispejjeż varjabbli tal-produzzjoni u l-ispejjeż tal-bejgħ niżlu bi 19.1 fil-mija u bʼ24.8 fil-mija għal total ta’ €71.0 miljun u €3.4 miljuni rispettivament, filwaqt li l-ispejjeż ġenerali żdiedu bi 17.8 fil-mija għal total ta’ €26.0 miljun (Tabella nru 3, Ċart nru 4).

Ċart nru 4. It-taqsim tal-konsum intermedju bit-tip u s-sena

Fʼmiljuni tal-ewro

Cost breakdown (2020–2023)

L-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-industrija laħqu l-€449.3 miljun, tnaqqis ta’ 5.0 fil-mija fuq il-qagħda mkejla matul is-sena ta’ qabel (Tabella nru 4, Ċart nru 5).

Ċart nru 5. Il-qagħda finanzjarja fil-qosor tal-industrija tal-akkwakultura

Fʼmiljuni tal-ewro

Methodological Notes

1. The objective of this news release is to provide a complete overview of the structure, output and intermediate consumption registered by the aquaculture industry in MALTA through statistical data that is administratively collected via a yearly census conducted by the Aquatic Resources Malta amongst the entities that are operating fish farms.

2. The collected data is collated in line with Regulation (EC) No 762/2008 of the European Parliament and of the Council of 9 July 2008 regarding the submission by each Member State of statistics on aquaculture (thus repealing Council Regulation (EC) No 788/96 of 22 April 1996) and with Appendix X of the Commission Decision (2010/93/EU) of the 18 December 2009.

3. The data in this release is collected by means of a detailed census carried out amongst all the registered fish farms. Each fish farm is asked by the administrative source to submit information regarding their yearly structures and the economic and financial activity. The data consists essentially of the number, surface area and volume of cages utilised by the fish farm, the purchases and sales of fish in weight and in value recorded by the entity, the opening and closing valuation of stocks held for the year, the expenses incurred in the production of farmed fish and the total assets and liabilities (starting as from the year 2020) of the same fish farms. All the operating fish farms surveyed for this year’s census cooperated and responded to the requested statistics.

4. The figures reported in this publication (including the latest statistics) are subject to any revision/s that the Office may consider as necessary.

5.  Definitions:

The aquaculture industry, which is entirely dependent on marine resources, has two sectors:

–  tuna farming which relies on captured wild Atlantic bluefin tuna fish and is referred to as “capture-based species” (CBS); 
the farming of “closed cycle species” (CCS) such as Gilthead seabream, European seabass, Meagre and Amberjack that are cultured from eggs produced in hatcheries.

Change in stocks is the difference between the closing stock of the various species as at 31 December and the relative opening stock as at 1 January of the year under review.

Intermediate consumption represents the value of almost all goods and services used as inputs in the production process with the exception of some specific items which, by methodology, are necessarily classified elsewhere.

Gross value added of the aquaculture industry is the value of output less the intermediate consumption.

Consumption of fixed capital is the decline in value of fixed assets owned as a result of normal wear and tear and obsolescence sustained during an accounting period.

Compensation of employees is the total remuneration, in cash or in kind, payable by an employer to an employee in return for work done by the latter during an accounting period.

● Operating surplus is the surplus arising from production after allowing for intermediate consumption and compensation of employees.

● Total assets and liabilities in a balance sheet is a statement, drawn up for a particular point in time, of assets economically owned and of liabilities owed by an institutional unit or group of units.

6. MALTA encompasses the regions of Malta, and Gozo and Comino.  

7. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and methods
Metadata 
Statistical concepts

8. A detailed news release calendar is available online.

9. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

10. For further assistance send your request through our online request form.

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content