Home » L-EU-SILC 2022: Indikaturi dwar il-Ġid tan-Nies, is-Soċjetà u s-Saħħa
L-Istħarriġ tal-Istatistika Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) huwa eżerċizzju dejjem għaddej li huwa magħmul mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) fost persuni li joqogħdu fi djar privati fʼMalta u Għawdex. L-istħarriġ jiġbor tagħrif dwar għadd taʼ indikaturi relatati mas-saħħa ġenerali u l-ġid tan-nies.
L-indikaturi tas-saħħa
Fl-2022, 76.7 fil-mija tal-persuni li joqogħdu fi djar privati kienu jaraw is-saħħa ġenerali tagħhom bħala waħda tajba (Ċart nru 1). L-irġiel kellhom aktar it-tendenza li jaraw is-saħħa tagħhom bħala waħda tajba (79.5 fil-mija) meta mqabblin man-nisa (73.8 fil-mija) (Tabella nru 1). Ftit inqas minn terz taʼ dawk li wieġbu (31.0 fil-mija) qalu li jbatu minn xi mard jew kundizzjonijiet kroniċi1 (Ċart nru 2, Tabella nru 2). Il-biċċa l-kbira qalu li li mʼgħandhomx limitazzjonijiet fil-ħajja taʼ kuljum tagħhom minħabba problemi tas-saħħa. Kienu biss 15.1 fil-mija li qalu bil-kontra (Ċart nru 3, Tabella nru 3).
¹ Mard jew kundizzjonijiet kroniċi jistgħu jinkludu l-artrite, allerġiji, pressjoni għolja, l-uġigħ taʼ ras li tibqaʼ għaddejja, ansjetà jew dipressjoni kroniċi, dijabete u ażma.
Żmien taʼ riferenza: 2020-2022
No Data Found
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
Żmien taʼ riferenza: 2020-2022
No Data Found
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
Żmien taʼ riferenza: 2020-2022
No Data Found
Nota: Tirreferi għal persuni taʼ 16-il sena u aktar li joqogħdu fi djar privati.
Il-maġġoranza tal-individwi ma rrappurtawx li kellhom ħtieġa taʼ eżami jew trattament mediku jew dentali li ma sarx, bi 2.8 fil-mija biss tal-individwi jirrappurtaw mod ieħor. Dan kien tnaqqis meta mqabbel mal-2021 (4.3 fil-mija) u l-2020 (3.0 fil-mija) (Tabella nru 4). Bʼrata taʼ 2.9 fil-mija, in-nisa kienu aktar probabbli li jirrappurtaw ħtieġa mhux milħuqa għal eżami jew trattament mediku jew dentali, tnaqqis ta’ 2.0 punti perċentwali meta mqabbel mal-2021 (4.9 fil-mija), u żieda ta’ 0.1 punti perċentwali meta mqabbel mal-2020 (2.8 fil-mija) (Ċart nru 4, Tabella nru 4).
Żmien taʼ riferenza: 2020-2022
No Data Found
Ir-rata ta’ riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali (AROPE) tiddefinixxi l-proporzjon/l-għadd ta’ persuni li huma f’riskju ta’ faqar jew fʼtiċħid materjali u soċjali sever, jew li jgħixu f’unitajiet domestiċi b’intensità ta’ xogħol baxxa ħafna. Fl-2022, il-persuni li kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kienu inqas probabbli li jaraw is-saħħa ġenerali tagħhom bħala tajba. Fil-fatt, 57.9 fil-mija biss tal-persuni li kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali kienu jqisu s-saħħa ġenerali tagħhom bħala waħda tajba, meta mqabblin ma’ 81.3 fil-mija ta’ dawk li wieġbu li ma kinux f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali (Tabella nru 1).
Meta kienu meqjusin il-fatturi ewlenin li juru s-saħħa ħażina u l-mard kroniku, in-nisa, l-individwi li għandhom aktar minn 65 sena, u l-individwi fir-riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali, kienu aktar probabbli li jirrappurtaw li jbatu minn mard jew kundizzjonijiet kroniċi, u li huma mġarrbin minn limitazzjonijiet minħabba problemi taʼ saħħa. Tali xejriet kienu osservati wkoll fl-2021 u fl-2020 (Tabelli nri 2 u 3).
L-indikaturi tal-ġid tan-nies
Fuq skala minn 0 sa 10, fejn 0 jirrappreżenta ʼl min ma kien sodisfatt xejn u 10 jirrappreżenta ʼl min kien sodisfatt għalkollox, kien irrappurtat punteġġ medju ta’ 8.6 minn dawk li wieġbu dwar is-sodisfazzjon tagħhom bir-relazzjonijiet personali mal-familja u l-ħbieb. Barra minn hekk, kien irrappurtat punteġġ medju ta’ 7.7 dwar is-sodisfazzjon tagħhom bl-impjieg attwali tagħhom, filwaqt li kien ukoll irrappurtat punteġġ medju ta’ 7.4 b’rabta mas-sodisfazzjon tagħhom bil-ħajja ġenerali. Fil-livell ta’ 6.8, il-punteġġi medji l-aktar baxxi kienu rrappurtati fuq is-sodisfazzjon bil-qagħda finanzjarja u bl-użu tal-ħin. Dawk bejn is-16 u d-29 sena rrappurtaw punteġġ medju ogħla fuq is-sodisfazzjon ġenerali tal-ħajja (7.8), meta mqabblin ma’ dawk li kellhom 65 sena jew aktar (7.1). L-ogħla punteġġ medju fir-rigward tas-sodisfazzjon tar-relazzjoni personali kien irrappurtat minn dawk fl-età ta’ bejn it-18 u d-29 sena (8.7). Dawk li wieġbu li kienu f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali rrappurtaw punteġġi medji aktar baxxi fir-rigward tas-sodisfazzjon tagħhom bil-ħajja ġenerali, il-qagħda finanzjarja, l-impjieg attwali, u r-relazzjonijiet personali, meta mqabbla ma’ dawk li ma kinux f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali. Min-naħa l-oħra, dawn tal-aħħar irrappurtaw punteġġ medju ogħla fir-rigward tas-sodisfazzjon tagħhom bl-użu tal-ħin.
Id-Dħul Ekwivalizzat Nazzjonali (NEI) ta’ familja huwa definit bħala d-dħul kollu disponibbli tal-familja maqsum bid-’daqs ekwivalenti’ tagħha (imsejħa wkoll unitajiet ta’ konsum). In-NEI jqis id-daqs u t-tqassim tal-etajiet tal-membri tad-dar. Fl-2022, persuni fl-ogħla kategorija ta’ dħul ekwivalizzat irrappurtaw valuri medji ogħla għas-sodisfazzjon bil-ħajja ġenerali, il-qagħda finanzjarja, l-impjieg attwali u r-relazzjonijiet personali. Min-naħa l-oħra, valur medju ogħla għas-sodisfazzjon bl-użu tal-ħin kien irrappurtat minn persuni fil-kategorija tad-dħul ekwivalizzat l-aktar baxx (Tabella nru 5a).
Ċart nru 5. Il-livell taʼ sodisfazzjon dwar għadd taʼ karatteristiċi tal-ġid kif mifhum min-nies infushom
Żmien taʼ riferenza: 2022