L-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Produtturi Industrijali (IPPI): Awwissu 2026

PDF Aqsam
Abbona għall-aħħar aħbarijiet
Worker,Packing,Ripe,Red,Vine,Tomatoes,On,Production,Line,In

Il-Punti ewlenin

  • FʼAwwissu 2026, l-indiċi totali tal-prezzijiet tal-produtturi industrijali żdied bi 2.3 fil-mija meta mqabbel maʼ Awwissu 2025.
  • L-akbar bidla annwali notevoli fil-prezz kienet iż-żieda taʼ 5.0 fil-mija fl-oġġetti kapitali.
  • Il-prezzijiet annwali għas-swieq domestiċi u mhux domestiċi telgħu bʼ1.0 fil-mija u bi 3.5 fil-mija, rispettivament.
  • Meta mqabbel maʼ Lulju 2026, l-indiċi totali tal-prezzijiet tal-produtturi industrijali telaʼ bʼ0.1 fil-mija, bʼżidiet seħħew kemm fl-oġġetti intermedji kif ukoll fl-oġġetti tal-konsum (0.1 fil-mija).

Il-Kummentarju

FʼAwwissu 2026, l-indiċi totali tal-prezzijiet tal-produtturi industrijali rreġistra żieda taʼ 2.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tal-2025.

Tqabbil mas-sena taʼ qabel 

Meta mqabbel maʼ Awwissu 2025, l-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi industrijali żdied bi 2.3 fil-mija. L-akbar żieda fil-prezz kienet irreġistrata fl-oġġetti kapitali (5.0 fil-mija). Wara dawn, kien hemm l-oġġetti intermedji (4.0 fil-mija) u l-oġġetti tal-konsum (1.1 fil-mija). Ma kienx hemm tibdil fil-prezz fis-settur tal-enerġija.

Il-prezzijiet tal-produtturi industrijali għas-suq domestiku telgħu bʼ1.0 fil-mija. Kienu rreġistrati żidiet fl-oġġetti kapitali (2.7 fil-mija), fl-oġġetti intermedji (2.4 fil-mija), u fl-oġġetti tal-konsum (1.4 fil-mija).

Il-prezzijiet mhux domestiċi żdiedu bi 3.5 fil-mija. Il-prezzijiet maħsuba għaż-Żona tal-Ewro u għaż-Żona mhux tal-Ewro telgħu bi 3.8 fil-mija u bi 3.3 fil-mija, rispettivament (Tabella nru 2).

Tqabbil max-xahar taʼ qabel

FʼAwwissu 2026, l-indiċi tal-prezzijiet tal-produtturi industrijali telaʼ bʼ0.1 fil-mija meta mqabbel maʼ Lulju 2026. Kienet irreġistrata żieda taʼ 0.1 fil-mija kemm fl-oġġetti intermedji kif ukoll fl-oġġetti tal-konsum. Min-naħa l-oħra, l-oġġetti kapitali niżlu bʼ0.1 fil-mija. Ma kienx hemm tibdil fil-prezz fis-settur tal-enerġija.

Il-prezz totali tas-suq domestiku ma nbidilx, filwaqt li l-prezzijiet mhux domestiċi żdiedu bʼ0.1 fil-mija. Il-prezzijiet tal-oġġetti maħsuba għaż-Żona mhux tal-Ewro telgħu bʼ0.2 fil-mija, filwaqt dawk maħsuba għaż-Żona tal-Ewro ma rreġistraw l-ebda tibdil (Tabella nru 3).

Tables

Methodological Notes

1. The Industrial Producer Price Index (IPPI) monitors the changes in selling prices of all leading products within a sample of the largest businesses which account for over 80 per cent of the total industrial turnover.

2. The pricing point for the monthly price collection is the 15th day of the month or the nearest trading day prior to that date.

3. The methodologies and guidelines used are set by Eurostat and the International Monetary Fund (IMF).

4. Commission Implementing Regulation 2020/1197 specifies that it is the objective of the Industrial Producer Price Index to measure the development of transaction prices from the point of view of the producer. The observed producer price is the basic price that excludes VAT and adds subsidies on products received by the producer.

5. Euro area exports are transactions between Maltese enterprises and enterprises within the euro area. The euro area includes Austria, Belgium, Croatia (from 2023), Cyprus, Estonia (from 2011), Finland, France, Germany, Greece, Ireland, Italy, Latvia (from 2014), Lithuania (from 2015), Luxembourg, the Netherlands, Portugal, Slovakia, Slovenia, and Spain. These are classified as ‘non-domestic euro-area’. The ‘non-domestic non-euro area’ covers transactions between Maltese enterprises and enterprises within the non-euro area. Examples include the USA and Sweden. The latter country is in the EU but does not use the euro currency. Transactions among local resident enterprises are considered as ‘domestic’.

6. The objective of Main Industrial Groupings (MIGs) is to provide an activity breakdown of industry using the internationally recognised classification of economic activities (NACE Rev. 2 Sections B, C, D and E) in terms of demand-based products: intermediate goods, energy, capital goods, durable consumer goods, and non-durable consumer goods. These regroup NACE Sections B to E and cover the following economic activities: quarrying, manufacturing, electricity and water supply.

7. The figures in this news release are unadjusted, that is, there are no working-day or seasonal adjustments. Indices are calculated using a Laspeyres-type index (2021=100). The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Selected Indicators for this domain.

8. Weighting structure by Main Industrial Groupings.

Main Industrial Groupings (MIGs) Weight (%)
Intermediate goods 32%
Energy 21%
Capital goods 17%
Consumer goods 30%
- Durable consumer goods 2%
- Non-durable consumer goods 28%

9. The calculation of the percentage changes from the indices table may slightly differ from the published percentage changes due to rounding.

10. More information about this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts
Classifications

11. A detailed news release calendar is available online.

12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

13. For further assistance send your request through our online request form.

Skip to content