News Releases

L-Indiċi tal-Produzzjoni Industrijali (IIP): Marzu 2024

NR 085/2024
Data tal-Ħruġ: 10 taʼ Mejju 2024
Data tal-Għeluq: 03 taʼ Mejju 2024

FʼMarzu 2024, il-produzzjoni industrijali naqset bi 3.3 fil-mija meta mqabbla maʼ Marzu 2023.
Fiberglass,Production,Industry,Equipment,At,Manufacture,Background

L-Indiċi tal-Produzzjoni Industrijali (IIP) huwa indikatur taċ-ċiklu tan-negozju. Kull xahar, huwa jieħu qies bikri tat-tibdil fil-volum tal-produzzjoni industrijali tan-negozji domestiċi fil-manifattura, l-enerġija, u l-barrieri fʼMalta.

Il-Produzzjoni Industrijali Sħiħa – Tqabbil mas-sena taʼ qabel

FʼMarzu 2024, l-indiċi tal-produzzjoni industrijali naqas bi 3.3 fil-mija meta mqabbel mal-istess xahar tal-2023. Meta kienet eskluża l-enerġija, l-indiċi naqas bi 2.1 fil-mija (Ċart nru 1).

Ċart nru 1. Paragun annwali tal-produzzjoni industrijali sħiħa

Id-differenza perċentwali li toħroġ mit-tqabbil mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel

No Data Found

Drag to view in full

Il-Produzzjoni tal-Manifattura – Tqabbil mas-sena taʼ qabel

FʼMarzu 2024, il-produzzjoni tal-manifattura naqset bi 2.6 fil-mija. L-akbar tnaqqis kien irreġistrat fil-produzzjoni tal-injam, prodotti tal-karta u l-istampar (18.8 fil-mija). Wara dan, kien hemm tnaqqis fil-produzzjoni taʼ manifattura oħra (11.7 fil-mija). Min-naħa l-oħra, il-produzzjoni ta’ prodotti kimiċi u tal-farmaċewtika, il-produzzjoni taʼ prodotti tal-lastku, plastik u prodotti oħra minerali mhux tal-metall, u l-produzzjoni taʼ prodotti tal-ikel u tax-xorb żdiedu bi 19.9 fil-mija, bʼ4.3 fil-mija u bi 2.8 fil-mija, rispettivament (Ċart nru 2).

Ċart nru 2. Il-produzzjoni tal-manifattura - paragun annwali taʼ ċerti oqsma

Id-differenza li toħroġ mit-tqabbil mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel

No Data Found

Drag to view in full

Il-Produzzjoni Industrijali – Tqabbil mas-sena taʼ qabel imqassam bl-iggruppar industrijali ewlieni

Il-Gruppi Industrijali Ewlenin (MIGs) jagħtu analiżi alternattiva tal-istatistika tal-attivitajiet ekonomiċi kklassifikati skont kategoriji taʼ użu aħħari. Huma jgħaqqdu flimkien diversi taqsimiet, gruppi u klassijiet tan-NACE (ara t-tabella metodoloġika għal aktar tagħrif).

FʼMarzu 2024, kien hemm tnaqqis ġenerali fil-gruppi industrijali ewlenin, bl-enerġija tirreġistra l-akbar tnaqqis bi 12.9 fil-mija.  Wara dan, kien hemm tnaqqis taʼ 10.7 fil-mija fil-produzzjoni tal-oġġetti kapitali, taʼ 6.0 fil-mija fl-oġġetti tal-konsum, u taʼ 3.8 fil-mija fl-oġġetti intermedji (Ċart nru 3).

Ċart nru 3. Paragun annwali maqsum bl-iggruppar industrijali ewlieni

Id-differenza perċentwali li toħroġ mit-tqabbil mal-istess xahar tas-sena taʼ qabel

No Data Found

Drag to view in full

Il-Produzzjoni Industrijali aġġustata għall-effetti tal-istaġun – Tqabbil max-xahar taʼ qabel

Dehra aktar ċara tal-iżviluppi ekonomiċi tistaʼ tinkiseb meta l-indiċijiet ikunu aġġustati għall-effetti tal-istaġun. Dawn l-effetti, li jitfaċċaw minn żmien għal żmien, jitneħħew mis-serje tal-indiċi sabiex ikunu jistgħu jsiru l-paraguni xahar maʼ xahar (ara l-punti metodoloġiċi 5 u 6).

FʼMarzu 2024, l-indiċi tal-produzzjoni industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun żdied bʼ1.6 fil-mija meta mqabbel max-xahar taʼ qabel sabiex laħaq 106.6 punti (2021=100) (Ċart nru 4).

Ċart nru 4. L-Indiċi tal-produzzjoni industrijali aġġustat għall-effetti tal-istaġun

Indiċi (2021 = 100)

No Data Found

Drag to view in full

Methodological Notes

1. This Index of Industrial Production is a Principal European Economic Indicator (PEEI) and is compiled in accordance with Commission Regulation (EU) 2019/2152 and Commission Implementing Regulation 2020/1197 of the European Parliament and of the Council on European Business Statistics. The NSO has also adopted methodologies and guidelines recommended by Eurostat and the United Nations.

2. The Maltese Index of Industrial Production is calculated using a Laspeyres-type index (2021=100). Aggregation weights are updated every five years and the gross value added is used as the weighting variable. The whole series is available from the year 2000 onwards.

3. The sample covers 80 per cent of the total industrial turnover and the number of surveyed businesses is around 200. A combination of cut-off and stratified random sampling techniques are used. The volume of industrial production is calculated using three methods: the physical quantities of output, the deflated turnover and the number of hours worked.

4. In this news release, Energy refers to NACE D35 only – Electricity, gas steam and air conditioning supply. It excludes B05 – mining of coal and lignite, B06 – extraction of crude petroleum and natural gas, C19 – manufacture of coke and refined petroleum products and E36 – water collection, treatment and supply. The index excludes the electricity supply imported via the Malta-Sicily Interconnector.

5. Year-on-year comparisons refer to indices that are calendar adjusted, while month-on-month comparisons refer to calendar and seasonally-adjusted index numbers. These adjustments aid the interpretation of data by removing regularly recurring variations from a time series. The officially recommended software JDemetra+ is used to adjust all series in this news release.

6. The calendar effect is the variation caused by the changing number of working/trading days, fixed and moving holidays, leap year and other calendar-related phenomena. The seasonal effect is the variation caused by any pattern that repeats on a regular basis in the same period each year.

7. The average weighted response rate for this indicator is around 80%. The data is to be considered as provisional and therefore subject to revision.

8. The aggregation weights (gross value added) of the various categories used for the calculation of the Index of Industrial Production for the year 2021 (base year) are as follows:

NACE Section NACE Divisions Description Share
B8 Mining and Quarrying0.01
C13, 14, 25, 27, 28 and 31 to 33 Other manufacturing0.31
10 and 11 Food products and beverages0.13
26 and 29 Computer, electronic and optical products and motor vehicles 0.17
22 to 23 Rubber, plastic products and other non-metallic mineral products0.13
16 to 18 Wood, paper products and printing 0.11
20 and 21 Chemicals and pharmaceuticals products0.09
D35 Energy0.07
Total (Sections B, C and D)1.00
Main Industrial Grouping Description Example
Capital Goods Capital goods are physical assets used by businesses to produce consumer (final) goods Machinery equipment
Intermediate goods Intermediate goods, also called semi-finished goods are products used as inputs to produce a consumer (final) good Rubber and plastic products
Consumer goods Consumer goods, also called final goods are products that are readily available for consumption by consumers. These goods do not undergo further transformation in production Food products and beverages
Energy Energy refers to the production of electricity Electricity excluding supply imported via the Malta-Sicily Interconnector

9. More information relating to this news release may be accessed at:

Sources and Methods
Statistical Concepts 
Metadata 
Classifications 

10. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time-series which includes past data, please refer to the Selected Indicators for this domain.

11. A detailed news release calendar is available online.

12. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.

13. For further assistance send your request through our online request form.

L-Indiċi tal-Produzzjoni Industrijali (IIP): Marzu 2024  

NR 085/2024
Data tal-Ħruġ: 10 taʼ Mejju 2024
Data tal-Għeluq: 03 taʼ Mejju 2024

Fiberglass,Production,Industry,Equipment,At,Manufacture,Background
  • FʼMarzu 2024, il-produzzjoni industrijali naqset bi 3.3 fil-mija meta mqabbla maʼ Marzu 2023.
  • L-akbar tnaqqis annwali fil-produzzjoni industrijali kien irreġistrat fil-produzzjoni tal-injam, prodotti tal-karta u l-istampar (18.8 fil-mija).
  • Meta mqabbla maʼ Frar 2024, il-produzzjoni industrijali sħiħa żdiedet bʼ1.6 fil-mija.

L-Indiċi tal-Produzzjoni Industrijali (IIP): Marzu 2024

Fiberglass,Production,Industry,Equipment,At,Manufacture,Background

to do

to do

to do

to do

Kalkulatur tal-Inflazzjoni Kalendarju tal-Istqarrijiet tal-Aħbarijiet Talbiet għat-Tagħrif Mistoqsijiet dwar il-Kodiċi tan-NACE
Skip to content