Home » L-Indikaturi Bikrin tas-Servizzi: K2/2024
Tqabbil mat-tliet xhur taʼ qabel
Wara l-aġġustar għall-effetti tal-istaġun u l-għadd taʼ jiem tax-xogħol, l-indiċi totali tal-fatturat tas-servizzi naqas bʼ1.7 fil-mija bejn l-ewwel kwart u t-tieni kwart tal-2024.
L-ogħla żieda kienet irreġistrata fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni (20.8 fil-mija). Wara dawn, kien hemm żidiet fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (14.0 fil-mija), fit-trasport u l-ħażna (2.3 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (2.3 fil-mija) u fil-kummerċ bl-imnut (0.2 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fil-fatturat taʼ 4.9 fil-mija fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur, fil-kummerċ bl-ingrossa, u fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn, rispettivament. Barra minn hekk, l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi rreġistraw ukoll tnaqqis fil-fatturat taʼ 3.8 fil-mija (Tabella nru 1).
Bejn l-ewwel kwart u t-tieni kwart tal-2024, in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 3), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 5) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 7) naqsu bʼ1.0 fil-mija, bʼ0.3 fil-mija u bi 3.0 fil-mija, rispettivament.
Tqabbil mas-sena taʼ qabel
Fit-tieni kwart tal-2024, l-indiċi tal-fatturat sħiħ tas-servizzi żdied bi 8.8 fil-mija fuq bażi annwali wara l-aġġustar għall-għadd taʼ jiem tax-xogħol. Kienu rreġistrati żidiet fl-informazzjoni u l-komunikazzjoni (28.6 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz amministrattiv u taʼ sostenn (20.0 fil-mija), fit-trasport u l-ħażna (16.1 fil-mija), fl-attivitajiet tal-proprjetà immobbli (14.4 fil-mija), fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur (9.7 fil-mija), fl-attivitajiet taʼ servizz tal-akkomodazzjoni u tal-ikel (7.9 fil-mija), fil-kummerċ bl-imnut (3.3 fil-mija) u fl-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi (3.0 fil-mija). Min-naħa l-oħra, kien irreġistrat tnaqqis fil-fatturat tal-kummerċ bl-ingrossa (6.2 fil-mija) (Tabella nru 2).
L-indikaturi dwar in-numru taʼ persuni impjegati (Tabella nru 4), il-pagi u s-salarji gross (Tabella nru 6) u s-sigħat maħduma (Tabella nru 8) żdiedu bʼ1.0 fil-mija, bʼ4.5 fil-mija u bʼ1.8 fil-mija, rispettivament, fuq l-istess perjodu tal-2023.
(differenza fil-persentaġġ meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena taʼ qabel)
No Data Found
NACE Section/ Division | NACE label | Turnover | Employment | Hours Worked | Wages and Salaries |
G | Wholesale and retail; repair of motor vehicles and motorcycles | 43.6 | 28.5 | 28.2 | 23.3 |
G45 | Motor trade | 2.7 | 2.6 | 2.0 | 1.6 |
G46 | Wholesale trade | 26.9 | 9.5 | 11.3 | 11.2 |
G47 | Retail trade | 13.9 | 16.4 | 14.9 | 10.5 |
H | Transportation and storage | 14.5 | 10.5 | 10.5 | 12.1 |
I | Accommodation and food services activities | 4.0 | 15.1 | 13.7 | 10.0 |
J | Information and communication | 15.1 | 8.8 | 9.8 | 15.7 |
L | Real estate activities | 2.9 | 3.0 | 2.4 | 2.1 |
M | Professional, scientific and technical activities | 12.6 | 15.3 | 14.0 | 18.1 |
N | Administrative and support services activities | 7.2 | 18.8 | 21.4 | 18.6 |
7. The data contained in this release is subject to revision. For an updated time series which includes past data, please refer to the Statistical Indicators for this domain.
8. The calculation of percentage changes from the indices table may slightly differ from the published percentage changes due to rounding.
9. More information relating to this news release may be accessed at:
10. A detailed news release calendar is available online.
11. References to this news release are to be cited appropriately. For guidance on access and re-use of data please visit our dedicated webpage.
12. For further assistance send your request through our online request form.